MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Assedji oħra li rajniehom fuq il-liżar il-kbir kienu dwar l-irvell Ċiniż f 'Peking (Beijing) fis-sajf tal-1900 magħruf bħala The Boxer Rebellion fil-produzzjoni 55 Days At Peking (1963) bl-atturi Charlton Heston, Ava Gardner, Davis Niven u Flora Robson bħala l-Imperatriċi Tzu-Hsi; fl-1966 ħareġ Khartoum jerġa' Charlton Heston fil-parti tal- Ġeneral Charles Gordon li fl- 1885 kien imqabbad jiddefendi din il-belt tas-Sudan mill- invażuri Musulmani taħt il- kmand tal-aħrax Muhammed Ahmed el Mahdi (Laurence Olivier) u jitlef ħajtu f 'dan l-assedju; għaqda ta' suldati ANZAC (l-aktar Awstraljani) f ' Tobruk, l-Afrika ta' Fuq it- Tieni Gwerra Dinjija jkunu assedjati mill-Ġermaniżi f ' The Desert Rats (1953); ukoll, fl- istess gwerra seħħ l-assedju aħrax ta' Leningrad (1941- 1944) fir-Russja Sovjetika minn Nazisti fejn in-numru ta' mejtin kien kbir sewwa u ħafna minnhom mietu minn nuqqas ta' ikel u mediċini. Intwerew ħafna dokumentarji dwar dan. L-Assedju ta' Sidney Street ġara fl-1910 f 'dan il-post tal- East End ta' Londra. Pulizija armati jdawru dar fejn grupp ta' refuġjati politiċi u anarkiki Russi li anki għamlu xi serqiet, kienu qed jgħixu. The Siege Of Sidney Street (1960) fih ħadmu Donald Sinden, Peter Wyngarde u Kieron Moore. Barra dawn l-assedji li ġraw veru u diversi oħrajn, fiċ-ċinema nħadmu diversi xogħlijiet oħra dwar assedji fittizji jew rakkontati mhux kif ġraw u stejjer ibbażati mhux ġenwinament minn fuq assedji reali jew minn fuq kotba aktarx best-sellers. Dawn ġeneralment jikkonċentraw dwar it- terroriżmu u jseħħu f 'lok komuni bħal xi dar, maħżen u anki f 'xi għassa tal-pulizija. Xi wħud mill-aħjar li ġew f 'moħħi huma: The Siege Of the Saxons – film Brittaniku (1963); fi sħab mal-invażuri Saxons, Edmund of Cornwall (Ronald Howard) jippjana biex joqtol lir-Re Arturu, jiżżewweġ lit-tifla tiegħu Katherine u jaħtaf ir-renju taħt idejh, imma s-saħħar Merlin (John Laurie) u Robert Marshall (Ronald Lewis), maħrub mil- liġi, jiqfulu. Straw Dogs (1971) – dan kien wieħed mill-films l-aktar qawwija ta' żmienu, kemm fil-vjolenza u f 'sekwenza ta' stupru, kif ukoll għax jinvadi l-emozzjonijiet ta' min ikun. Però taħt id-direzzjoni ta' espert ta' din ix-xorta ta' films bħal Sam Peckinpah, l-andament tassew jissorprendik. Koppja żagħżugħa, l-Amerikan David Sumner (Dustin Hoffman) u martu Amy (Susan George) imorru joqogħdu f 'post żgħir f 'Cornwall, l-Ingilterra fejn twieldet hi. Xi ħaddiema jaħdmu fid-dar tagħhom jieklu bil-ħars lil Amy u wieħed minnhom jistupraha b'mod goff waqt li David jaġixxi b'mod mistħi u ta' beżżiegħi. Meta fid-dar tagħhom jasal Henry Niles (David Warner), imfittex għax bi żball qatel tfajla, u milqut mill- karozza ta' David, il-ħaddiema li qabel ġew imkeċċija jiġu biex jagħmlu vendetta minnu. David joġġezzjona li jtih f 'idejhom u dawn jassedjaw id-dar u hawn tibda orġja ta' vjolenza liema bħala b'David issa jbiddel l-attitudni tiegħu ta' wieħed xipli. Il-film hu bbażat minn fuq it-thriller pskoloġiku tal-awtur Skoċċiż Gordon Williams, e Siege Of Trencher's Farm. The Siege of Pinchgut (1959) – tliet irġiel jippruvaw jaħarbu mill-ħabs, imma l-pjan tagħhom jisfratta meta d-dgħajsa li jkun fiha tegħreq ftit 'il barra mill-port ta' Sydney, l-Awstralja, qrib il-gżira ta' Fort Denison, magħrufa aħjar bħala Pinchgut. Dawn jaħtfu l-gwardjan ta' hemm u lil familtu bħala ostaġġi u jheddu b'kanun li jisparaw fuq vapur fil-port mimli splussivi jekk ma jkollhomx ġuri ieħor mill-ġdid. Il-pulizija tal-post idawru dan il-post, bil-bugħaddasa lesti għalihom. L-istorja kif murija hi fittizja, però ġara każ mhux daqshekk simili fl-1944 meta żewġ priġunieri Ġermaniżi heddew li jisplodu vapur jekk ma jmorrux l-Arġentina. Assault On Precinct 13 (1976) – Film li jimxi b'andament meraviljuż u mill-aktar sorprendenti, dirett b'ħila kbira minn John Carpenter li bbaża l-istorja minn fuq il-Western klassiku favorit tiegħu, Rio Bravo (1959). Bħala l-editur tal-film, Carpenter uża l-psewdonimu John T. Chance li huwa l-isem ta' John Wayne, il-protagonist ta' Rio Bravo. Uffiċjal tat-traffiku, żewġ kriminali u segretarja jiddefendu għassa battala tal- pulizija f 'Los Angeles minn gang irrabjati għatxana għall-vendetta. L-eċitament ma jħallikx taqla' għajnejk minn fuq l-iskrin. Mhux ta' b'xejn li dan il-film indipendenti magħmul b'baġit modest ħa l-fama ta' xogħol kult. Fl-2005 reġa' nħadem b'impatt ħafna aktar imnaqqas. Speak No Evil (2024) – Film ieħor b'andament psikoloġiku/ biża' li jbaqbaq bil-mod sakemm jisplodi fil-final. Koppja żagħżugħa tkun mistiedna tgħaddi l-weekend għand koppja oħra suppost ħbieb tagħhom u fl-aħħar jindunaw li dawn mhux ta' min jafdahom. Jispiċċaw b'assedju mbarrati fid-dar tagħhom. L-atturi huma James McAvoy, Mackenzie Davis, Scoot McNairy u Aisling Franciosi. F'dawn l-artikli għażilt forsi l-aħjar xogħlijiet ta' dan il- ġeneru! 14 films IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum Carmel Bonnici Assedji kbar fiċ-ċinema IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Siege Of the Saxons (1963)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 June 2025