MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 05 Il-binjiet grotteski u megalomanijiċi ta' Charles Polidano jingħataw il-barka tal-Gvern IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Lil hinn mill-aħbar ta' Buhagiar, l-ikbar aħbar kienet li Polidano — meqjus bħala protett mill- klassi politika kollha inkluż dik Nazzjonalista — ġie mmultat multa redikola wara pressjoni minn Kastilja wara snin ta' abbuż, kif ukoll wegħdiet min- naħa taċ-Ċaqnu li jwaqqa' l-bini illegali u jħallas il-multi. Fi kliem Ministri li kellmuna bil- kundizzjoni li jibqgħu anonomi: "Id-deċiżjonijiet li qed iseħħu huma frott tal-politika ta' xejn ma jimpurtani u xejn mhu se jwaqqafni ta' Robert Abela." Ministri kkummentaw li kulħadd jaf kif Polidano jdur mal- politiċi u jagħmel minn kollox ma' dawk li jkunu viċin tiegħu. "Ċali jaf kif iġib il-politiċi fuq in-naħa tiegħu, ma tridx tkun għaref biex tiem kif jagħmilha!" Tliet ministri li tkellmu ma' din il-gazzetta qalulna li hemm kultura assoluta ta' għala bibiżmu bħalissa u minflok rispons kalm u maħsub, qed jaraw Prim Ministru li lest jinjora s-sewwa magħruf. "Is-sitwazzjoni hi dik li hi. L-opinjoni pubblika ma teżistix u, mhux hekk biss, in-nies jinsew xi jkun qal Robert Abela. Ara din tal-appelli, minn fejn sa fejn naslu biex innaqqsu ż-żmien tal- appelli. Dan kollu sempliċement biex nikkuntentaw lil xi Sandro Chetcuti ta' din id-dinja li xorta jilgħabna man-Nazzjonalisti." Ministru ieħor qal: "Qiegħed jagħmel hekk għax il-media Maltija mejta u l-Oppożizzjoni iktar minnhom. Din ta' Kurt Buhagiar kerha. Ma nafx għalfejn ħareġ għonqu għalih. Dan kien għamel sena l-ħabs Ragusa fuq traffikar ta migranti u l-binja li waqgħet u qatlet lil Jean Paul Sofia kienet tiegħu." Ministru ieħor qalilna: "Robert Abela nesa x'ġara fil-każ ta' Jean Paul Sofia. Qed jaħseb li n-nies se jinsew b'dak li ġara. U qed jimla rasu li jagħmel x'jagħmel ħa jibqa' minn fuq." "Dan l-inkwiet m'għandux bżonnu. Mhu se jiġrilu xejn sakemm l-Oppożizzjoni tibqa' kif inhi: zoppa u bla ras." Xempju ta' ħamallaġni u kruha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025