Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum MATTHEW BORG M'iniex xi dilettant kbir tad- diski ta' Jovanotti, imma għandu erba' versi li dejjem niakar fihom meta xi ħadd qrib tiegħi jitlaq, siegħa jekk inkun qed nistennieha u siegħa jekk għal għarrieda: "Son sempre i migliori che partono / Ci lasciano senza istruzioni / A riprogrammare i semafori / In cerca di sante ragioni". U filwaqt li qed nikteb dwar l-Isloopy din id-diska donnha ma tridx tieqaf tindaqq f 'moħħi, avolja nistqarr bil-kalma kollha li fil- każ tal-esperjenza tiegħi ma' Joe, b'wiċċi minn quddiem ngħidlu lil Jovanotti li m'għandux raġun. Hawn nies li anki jekk issir taom għal it taż-żmien titgħallem mingħandhom biżżejjed biex taċċerta ruħek li, sa ma anki inti jkellek tħalli dil- ħajja (għal għarrieda jew le), se tibqa' tiakar fihom għax ikunu saru appuntu bħal-lights li jsemmi Jovanotti - jiggwidawk, anki fid- dlam. Dawn id-dwal m'hemmx għalfejn tirriproggrammahom, anzi tirrealizza li rriprogrammaw lilek. Bdejt b'din l-analoġija għax jekk se jistaqsuni x'se nibqa' niakar dwar Joe hija din - il-ħeġġa li kellu biex jgħaddi lilna ż-żgħażagħ dak kollu li kien jaf. Prattikament kollox, ma kienx hemm passaturi. Ħajtu kienet ktieb jinqaleb waħdu, u meta qed nitkellmu dwar l-Isloopy qed nitkellmu dwar ħajja għal ħaddieħor, ħajja li temmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali, ħajja mqattgħa wara l-idea li sakemm hemm xi ħadd li mhux jirċievi mill-ġid maħluq mela ma nistgħux nieqfu, ma nistgħux nippompaw li kollox sejjer tajjeb, twemmin sfiq li l-inugwaljanza hija l-pern tal-problemi kollha li jiġu wara u minnha. Il-paga minima: l-ewwel ballun li tefa' f 'saqajna l-Isloopy Lil Joe sirt nafu sentejn ilu meta miet Charles Miceli. Terġa' lil Miceli kont diġà nafu mill-Caritas għax kont voluntier hemmhekk u konna għaqqadna l-grupp Caritas Youths. Terġa' tkompli u tgħid Miceli aktarx kien jafni daqs nitfa minn meta kont immur nara lil missieri li kien resident f 'wieħed mill-programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga li Miceli kien jieħu ħsieb. Tiskanta n-nies kif jiġu u jmorru u kif tkun ir-relazzjoni tagħhom ma' nies oħra li taf - kollox xibka u kollox taħsbu qed jitbiegħed imma fil-fatt ikun reġa' ġej lejk. Kont dejjem intella' u nniżżel biex ningħaqad mal-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF). Twaħħart u l-mewta għal għarrieda ta' Miceli skussjatni. F'das-sentejn l-AKF ħdimna esklussivament fuq pagi baxxi, u bdejna billi ġbidna l-attenzjoni dwar kemm mhix f 'lokha r-riga li tkejjel l-għoli tal-ħajja, kemm minħabba dal-kejl ħażin l-aktar li jintlaqtu huma dawk li għandhom dħul baxx, u finalment dwar il- ħtieġa li ssir reviżjoni mill-qiegħ dwar il-pagi baxxi biex id-dinjità tal-bniedem issir il-kejl ġdid li bih naraw kemm għandek bżonn biex tgħix ħajja dinjituża f 'Malta. Huwa ċar li l-paga minima hija farsa, u li rridu niddiskutu bis-serjetà kif din se togħla sostanzjalment għal Living Wage. Kien mill-ewwel il-ballun li tefgħalna f 'sieqna l-Isloopy, bniedem li minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa kien ikollu jimxi passejn u jistrieħ tlieta, imma li qalbu u l-intellett tiegħu kienu ħfief daqs tiegħi li niġi ibnu fil-wisgħa. L-Isloopy u Miceli kienu ħarġu migduma mill- Kampanja Paga Minima Diċenti - il-paga minima nazzjonali fil- verità m'għolietx. Għalhekk mal-mewta ta' Miceli, Joe għamilha l-missjoni tiegħu u tagħna biex nikkampanjaw fuq dawn il-linji li semmejt. Konna niltaqgħu spiss l-Accademia Cafè l-Belt - ħafna drabi Joe, Ivan Attard id-Dumnikan u jien - niddiskutu dal-proġett li hu radikali daqs kemm hu essenzjali (mela radikali xejn), niflu l-alleanzi tagħna u nidħku bil-bużullotti ta' Joe. Miceli kellu l-kariżma, Bartolo l-kalma Ħalli ma nkunx romantiku żżejjed, Joe ma kellux il-kariżma li kellu Miceli. Ġieli kien jiġi d-diskors fuq Miceli u Joe kien jgħidli kemm hu u Miceli kienu differenti, "Miceli kien aktar mitfugħ fuq kampanji u protesti, jien aħjar tħallini naħdem bil- mod minn wara l-kwinti u ma toqgħodx iddejjaqni", kien jgħidli b'ċerta kburija ta' xi ħadd li jaf li l-metodu tiegħu jservi mhux lill-ego personali imma lill-aktar batut, u allura dan kien biżżejjed biex hu jemmen fih sal-aħħar. Bħala żagħżugħ mimli enerġija fil-vojt l-Isloopy għallimni litteralment kif inpoġġi fuq mejda, nikkalma u naħseb fuq policies li nista' nippreżenta lill-awtoritajiet. "Tajjeb li tipprotesta, imma x'se twieġbu lill-Ministru tal-Finanzi meta jgħidlek li l-proġett mhux sostenibbli?" kien jisfidani (b'lingwaġġ ferm aktar ikkulurit, Sloopy-style.) Kien għalliem, kien għalliem li jibqa' jħeġġek u fl-istess ħin kont tħoss li għandu xi missjoni biex jgħaddi dak li jaf lilek. Saħħtu kienet dejjem sħaba griża li kultant żmien tixref fis- sema u ddejqek għax tkun taf x'ġej, imma nippreferi li mill-Isloopy nibqa' niakar il-leqqa f 'għajnejh meta fl-aħħar sena beda jara li l-idea tiegħu u ta' Miceli bdiet taqbad magħna ż-żgħażagħ, ma' ċrieki oħra t'attiviżmu bħall-Graffitti u ma' entitajiet b'saħħithom bħall-GWU. Mhux se ninsa meta fl-aħħar laqgħa li kellna mal-Graffitti u l-GWU ħares lejja u qalli kemm kien qed iħossu ferħan li l-affarijiet mexjin. Tiskanta kemm ġisem mifluġ jista' jarmi determinazzjoni u jixgħelha f 'ħaddieħor. Nies bħall- Isloopy, jew Miceli, għandhom ikunu l-gwidi ta' żgħażagħ li jemmnu li l-isbaħ rigal li tista' tagħti lilek innifsek hu meta tistinka biex għalenija kulħadd jiġi xprunat 'il quddiem, żgħażagħ li jemmnu li meta l-bażi tas-soċjetà (in-nies u l-ħaddiema) tavvanza indubjament kulħadd se jiġi traxxinat 'il quddiem f 'atmosfera verament demokratika u ġusta, żgħażagħ li jemmnu li dment li jibqa' mqar wieħed jew waħda ISLOOPY VENCEREMOS SIEĦBI! IL-ĠLIEDA TAL- TGĦALLIMNA NISIMGĦU MILL-BATUT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020