Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-ħsejjes imarrdu tat-tqattigħ tal-karti Il-lirika ta' Mario Vella f'Rub Al Khali "M'għad fadalli xejn għalxiex nissielet għajr għalbiex insemma' dil-passjoni tiegħi – ma nemmen f 'xejn, f 'ebda mkien fid-dinja". Hekk werżaq il-kantawtur u poeta Peter Hammill lejn l-aħħar tas- snin sebgħin fi tmiem is-silta Betrayed – bla dubju wieħed mill-iktar mumenti saljenti tal-album konfessjonali tiegħu Over (1977), jekk mhux ukoll tal-karriera prolifika kollha tiegħu. Niakar li snin ilu kont iddeskrivejt dan l-album ferm għal qalbi, fuq xi sit mużikali li ormaj insejt liem wieħed kien, bħala "the definite break-up record". Dejjem kelli interess qawwi f 'din ix-xorta ta' dokumenti mużikali li xi it jew wisq, b'xi mod jew ieħor, jaqgħu fil-kategorija tal-albums tat-tqattigħ tal-karti. Tul is- snin li kont qattajt nisma' l-mużika b'mod assidwu – l-iktar mill-bidu tal-għoxrinijiet sa nofs it-tletinijiet – tajjeb jew ħażin smajt sa ħraqt bosta minnhom, spiss b'mod kronoloġiku. Xi wħud forsi wkoll iżżejjed. Ngħidu aħna Lady Sings the Blues (Billie Holiday, 1956), Frank Sinatra Sings for Only the Lonely (Frank Sinatra, 1958), Diamonds and Rust (Joan Baez, 1975), Lonely and Blue (Roy Orbison, 1961), Blue (Joni Mitchell, 1971), Blood on the Tracks (Bob Dylan, 1975), Here, My Dear (Marvin Gaye, 1978), Rumours (Fleetwood Mac, 1977), Tunnel of Love (Bruce Springsteen, 1987), Rid of Me (PJ Harvey, 1993), e Boatman's Call (Nick Cave and the Bad Seeds, 1997), Sea Change (Beck, 2002) u Back to Black (Amy Winehouse, 2006) – sintendi. Tidher lista twila iżda mhix, żgur mhux itwal mis- sigħat meħtieġa biex dak li jkun jassorbi, fil-fond u bis-sħiħ, dawk il-ħsus kiebja li tħaddat tant tajjeb dwarhom Nick Cave fit- tħaditiet tiegħu e Secret Life of the Love Song u e Flesh Made Word. Smajthom kemm smajthom, minn żmien għal żmien – wara t-tqattigħ tal-karti daqqa ma' dik u daqqa mal-oħra – f 'widnejja Over dejjem baqa' jisboq bis-sod lil dawn il- ġabriet ta' kanzunetti mnebbħa minn stejjer ta' mħabba mitmuma. Mhux għax meta nqis kollox ngħoddu bl-aqwa wieħed fost dawn kollha. Anzi, nasal ngħid illi akkont f 'bosta waqtiet ġieli nħossu mużikalment kemxejn batut u minn daqqiet forsi wkoll tedjanti. Iżda ġaladarba din qabelxejn strettament hija paġna letterarja hawnhekk forsi mhix ħaġa li noqgħod infettaq fi kwistjonijiet purament mużikoloġiċi. F'dan ir-rigward ngħid biss illi kollox ma' kollox, almenu fis- suġġettività tiegħi, f 'Over Hammill seħħlu jiffissa riga gwappa, aktarx singulari, sabiex japprezza u jipprezza albums ta' din ix- xorta. Issa niġi għall-punt: hekk ukoll nemmen illi għamel Mario Vella, tal-inqas żgur fix- xena mużikali lokali – daqs tliet snin u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020