Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Filli bi 15-il misluta u xagħru kkulurit... Minn żgħożija normali: Xagħaru misbuħ, iħobb ir-rap u jilbes 15-il misluta sal-mawra, kontra qalbu, f' Medjugorje, li biddlitlu ħajtu. L-ILLUM tiltaqa' mal-Patri żagħżugħ Jethro Bajada ... CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV Spiss nisimgħu kif il-ħajja toħodna f 'toroq differenti anke minn dawk li nkunu ħlomna bihom. Hemm min il-ħajja tieħdu fi triq żbaljata... hemm min tiffjorixxilu b'mod li qatt ma jkun basar qabel. Eżempju minnhom huwa Jethro Bajada. Qatt ma basar x'kien se jsir minnu meta għalaq 18-il sena. Dak li kien bla sugu u meqjus li jgħodd għall-anzjani, sar il-manna ta' kuljum għalih; it-talb. Bih jikber u jgħin lill-oħrajn jimxu u jesploraw ħajjithom filwaqt li jgħinhom jagħrfu iżjed lilhom infushom. Ispirazzjoni għal kulħadd; mhux biss għal dawk li jsiru saċerdoti iżda wkoll għal dawk li għandhom ħolm xi jwettqu... Kellu b'kollox 15-il misluta u kien iħobb ir-rap Din il-gazzetta tistaqsih kif kienet ħajtu qabel sar patri. "Jien iż-żgħir minn tlett aħwa u d-dar tlajna f 'ambjent ta' għaqda, imħabba u dixxiplina. Tfuliti kienet pjuttost normali: nilagħbu barra mat-tfal ġirien (għax fi żmieni kienet normalissima!!), kont abbati u mort dejjem skola tal-gvern." Hu jispjega kif kien attiv ukoll, hekk kif kien jilgħab il- basketball mat-tim tal-iskola, "kont niżfen il-breakdance u kont inħobb id-drama. Kont imdawwar bi ħbieb bis-sens." Jirrakkonta kif meta għalaq is-16-il sena beda jiffissa fl- imsielet (kellu 15-il misluta) u l-kuluri f 'xagħru. "Kont iffissat fuq il-mużika rap (fiż-żmien tal-ħwejjeġ baggy). Biddilt ħafna skejjel wara s-sekondarja għax ma kontx naf eżattament xi rrid nagħmel b'ħajti. Meta kbirt naqra oħra bdejt nistudja l-pjanu u bil-mod il-mod bdiet tinteressani l-mużika klassika. Hawn bdejt nilbes ftit aktar pulit. Ħdimt fil-catering biex naqla xi ħaġa tal-flus. " Il-ħajja wara Medjugorje ... Imma allura x'kien il-punt tal-bidla f 'ħajtu? Jethro Bajada jispjega kif ta 17-il sena, bħal kull żagħżugħ ieħor kellu mitt elf mistoqsija. "Il-fidi bdiet titlef kull importanza f 'ħajti u kont infittex biss li nagħmel affarijiet li f 'għajnejja kienu jidhru li jagħmlu sens. Imma ftit kelli direzzjoni! Ta' 18- il sena ġejt mistieden biex immur pellegrinaġġ ġewwa Medjugorje, fejn kien jintqal li tidher il-Madonna. Ftit li xejn xtaqt immur pellegrinaġġ, għax ma kelli l-ebda interess fit-talb. Imma spiċċajt mort u din il-ġimgħa kienet esperjenza partikolari ħafna. Hawnhekk esperjenzajt xi ħaġa ġdida. Il- ferħ!" Huwa qal illi għalkemm qabel din il-mawra kien kuntent, imdawwar bi ħbieb li jħobbuh u ħajja kkulurita, dakinhar kien esperjenza ferħ li mhux ikkawżat minn xi ħaġa li kien qed jagħmel, "imma sens kontinwu ta' paċi u ferħ f 'qalbi." "Dan kollu laqatni ħafna, għax min ma jixtieqx ikun b'qalbu mimlija ferħ? Għalhekk, fittixt li nkun preżenti għall-attivitajiet kollha li konna mistednin għalihom u li ngħixhom b'qalb miftuħa. Wara li nżilna lura imbagħad, bdejt infittex li mmur quddies kuljum u li nitlob kuljum," jirrakkonta Jethro mal- ILLUM. Imma b'differenza; fejn qabel it-talb u l-quddies kienu boring u għall-anzjani, issa qal li għalih kienu jfissru xi ħaġa ġdida. "Wara Medjugorje fhimt xi ħaġa ċentrali ... li jien maħbub minn Alla hekk kif jien u li jinteressah tant minni u li jixtieqli kull ġid. U dan xtaqt dejjem nifhmu aktar u nduqu aktar!" Nistaqsu: Temmen fil-frażi li kien jgħid Santu Wistin li kulħadd għandu ċans jersaq lejn Alla anke jekk kellu passat immewweġ? "Ovvjament. Jekk le, dak kollu li nemmnu fih nistgħu narmuh. Dan hu l-qofol ta' kollox ... Alla jħobbna mhux għax aħna bravi, kif ħafna jaħsbu (u kif kont naħseb jien, anke wara Medjugorje!), imma huwa jħobbna mingħajr kundizzjoni, cioè, nagħmlu x'nagħmlu jibqa jħobbna l-istess ... iva, anke jekk ħajjitna diżastru totali," tkun ir- risposta ta' Jethro. "Jekk naħsbu li jekk tiżbalja ma għandek l-ebda ċans ieħor, mela aħna kkastigati, mentri mhux il-fatt! Emmnu fikom infuskom," jappella. Bejn ġirja, talba u xi film tajjeb Nitolbuh jispjegalna kif tkun il-ħajja tipika tiegħu llum bħala patri u Jethro jispjega: "Il-ġurnata tagħna fil-kunvent iddur mat-talb u l-ikel. Bejn is-6.45am u t-8.15am ikollna l-quddies, il-Lawdi (it-talb ta' filgħodu) u l-kolazzjon. F'11.45am niltaqgħu għar- rużarju u t-talb ta' nofs il-jum segwit bl-ikel. Niltaqgħu fit- 3.30pm sal-4.15pm għal nofs siegħa meditazzjoni (talb fis- skiet) u t-talb tas-salmi. Nerġgħu niltaqgħu fis-7.30pm għal nofs siegħa meditazzjoni oħra u l-Għasar (it-talb ta' filgħaxija) segwit bl-ikel ta' filgħaxija u ftit mument ta' rikreazzjoni. Fil-bqija tal-ħin kull patri jfittex li jagħmel ix-xogħol li jkollu. Jien nipprova nqum għall-5am biex immur niġri, ħafna mill-ħin ikun preparamenti għal-laqgħat, omeliji, u laqgħat man-nies, skont il-bżonn. Infittex ukoll mumenti biex naqra u nistudja u ħin għal xi film jew xi series insib ukoll." 'Iva r-reliġjon għadha tgħodd fil-ġurnata tal-lum!' Imma fi żminijiet tal-lum jara li r-reliġjon għadha tgħodd? "Iva, iva u iva," jisħaq Jethro. Huwa jgħid li r-reliġjon tibqa' tgħodd dejjem għax l-imħabba perfetta jisħaq li nibqgħu nixtiquha ħajjitna kollha. Patri Jethro Bajada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt