Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258
16 letteratura IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 360 grad Bis-sod jew biss għall-mod tal-kelma Qabelxejn kurżità: f 'intervista li tajt m'ilux lil Rachelle Deguara għas-sensiela radjufonika Minn Taħt il-Qoxra għedt illi qattajt żmien tgħallem l-Ingliż fi Brussell. Kif kont sibtha s-sitwazzjoni edukattiva hemmhekk? U xi ngħidu għax-xena kulturali, l-iżjed dik letterarja? Tul iż-żmien illi qattajt ngħix fiċ-ċentru tal-Lussemburgu l-ktieb kien preżenti ħafna madwari, tant li kważi kien parti wkoll mill-għamara, biex ngħiduha hekk, tal-ambjent urban ta' ċerti nħawi tal-belt. Ħwienet tal-kotba kemm trid, spiss imballati bin-nies. Fil-bars tal-madwar f 'xi ħin jew ieħor issib nies jaqraw kotba jew rivisti. Għad illi għad-daqs tagħna kien diġà tassew qed isir ħafna, għall- bidu minn banda ħadt kemxejn ta' xokk kulturali meta rritornajt lura Malta. Meta inti ġejt lura minn hemmhekk, ħassejt illi ngħatajt perspettiva usa' dwar is-swieq tal-ktieb barranin? Mingħajr ma ninsew l-argument tan-nuqqas relattiv ta' riżorsi u lok għaċ-ċirkulazzjoni tal-kotba, u bla ma ninsew lanqas illi anke f 'pajjiż bħall-Italja – minn tant fl-Italja! – donnu bħal waqgħet bruda kulturali manja, akkont fejn taħseb illi qegħdin f 'pajjiżna llum apparagun mal-esperjenza tiegħek fil-kontinent? L-ewwel ħaġa li kont innotajt meta bdejt naħdem fi Brussell kienet il-kilba tat-tfal għat- tagħlim. Minkejja li ta' età żgħira, jien u nkellimhom kont ninnota li dat-tfal diġà għandhom sfond kulturali b'saħħtu ħafna u kienu kapaċi jitkellmu fuq ħafna ħwejjeġ. Bqajt impressjonata għax għalija kienet xi ħaġa ġdida. F'pajjiżna b'xorti ħażina niffokaw wisq fuq it-tagħlim bl-amment u fuq il- marki tal-eżamijiet. Iktar ma bdejt niskopri l-belt u n-nies li jgħixu fiha, iktar bdejt niem mnejn ġejja dil-kilba. Minkejja li Brussell hija belt multikulturali ħafna, nazzarda ngħid li l-qari huwa aspett li jgħaqqad lill-abitanti flimkien. Mhux biss – kif għedt sewwa int – il-ktieb issibu kullimkien (fil- kafès, fil-bars, fil-postijiet tax- xogħol, fil-parks...), iżda jsiru wkoll ħafna avvenimenti letterarji b'mod regolari, kemm f 'ċentri tal-arti bħall-BOZAR u kemm fi ħwienet tal-kotba u f 'postijiet oħra li kapaċi jattiraw lin-nies. Din ma nnotajthiex biss fi Brussell iżda anke meta kont nistudja l-Italja. Kien hemm bar partikolari li kull ġimgħa kien jagħmel lejla letterarja b'awturi differenti. L-ewwel darba li mort kont bqajt mistagħġba bl-ammont ta' żgħażagħ preżenti. M'iniex qed ngħid illi f 'Malta s-sitwazzjoni ma tjibitx f 'dawn l-aħħar snin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Inizjamed jagħmlu ħafna xogħol biex jippromovu l-letteratura u l-qari, iżda ħasra kif kważi dejjem tara l-istess nies fl-attivitajiet tagħhom. Jenħtieġ inrawmuha iktar il-prattika tal-qari fiż-żgħar biex din tibqa' xi ħaġa normali anke meta jikbru. Qed nistenna bil-ħerqa l-uħ tal-mużew tal-letteratura fil- Belt. Nemmen illi dan jista' jiaħ bibien ġodda. Il-kantawtur Awstraljan Nick Cave fit-taħdita tiegħu e Secret Life of the Love Song f 'ħin minnhom jaċċenna għall-erotografomanija, voldieri "x-xewqa ossessiva tal- kitba tal-ittri ta' mħabba". Cave jispekula li qabelxejn din hija għamla ta' attività erotika. Ċerti psikologi jgħodduha b'attività diżordinata u vizzjuża, saħansitra b'patoloġija sesswali. Hu x'inhu, Cave jiddefendi din il-pratka: jirrimarka li "l-iżjed forma għażiża ta' korrispondenza, l-ittra ta' mħabba, jaħasra, bħall- kanzunetta ta' mħabba, sofriet taħt il-madmad tal-ħeffa bierda tat-teknoloġija, taħt il-madmad tan-nuqqas ta' kont u ta' ruħ illi għandna llum fi żmienna." Naqtgħek taqbel ma' dil- osservazzjoni ta' Cave. Abbli bħali tiimha wkoll illi dan jgħodd għal ħafna metodi ta' komunikazzjoni oħra jew għal bosta forom ta' attivitajiet komunikattivi fir- rapporti personali, anke dawk mhux strettament amorużi. Ħafna, bħali, jgħidu illi hemm – jew aħjar żmien ilu kien hemm – ċertu faxxinu f 'li tikteb ittra b'ċerta kaligrafija u kura, titwiha, iddaħħalha f 'envelop, tagħlaqha, fl-imgħoddi f 'ċerti każi kienu jagħlqu kollox bl-inċira, tibgħatha, tistenna, tithenna, titherra u sebaħ u dalam. Ir-rumanz tiegħek 360º fil-biċċa l-kbira magħmul minn ittri bejn żewġ persuni stranġieri għal xulxin: ħafna ittri, ġieli postcards – użajt dan il-mezz ta' komunikazzjoni partikulari. F'din id-deċiżjoni stilistika, hemm xi ħjiel ta' protesta letterarja sottili kontra l-esiġenzi immedjati tal- konvenzjonijiet komunikattivi tal-lum? Naqbel miegħek illi hemm ċertu faxxinu fil-kitba tal-ittri u li llum sfortunatament dan qiegħed intilef. Jekk inħarsu lejn l-istorja tal- letterarja naraw illi bosta kittieba nqdew bl-ittri biex jesprimu aspetti importanti f 'ħajjithom: Frans Kaa, Emily Dickinson, George Orwell. Il-ġeneru epistolari minn dejjem kien jattirani għax narah jagħti xejra personali ħafna lill-kitba. Iżda mbagħad irridu noqogħdu attenti: minkejja li forsi l-qarrej isibha iktar faċli jirrelata mal-kontenut t'ittra iżjed milli ma' kontenut ieħor inqas realistiku, ktieb magħmul biss minn ittri faċli jmewwet l-interess tal-qarrejja. Jekk din tiegħi forsi kienet protesta letterarja sottili, din l-għażla għamiltha inkonxjament. Ridt inġib lura dak illi qed nitilfu kaġun tat- teknoloġija. Għalkemm naf illi llum diffiċli ngħixu mingħajrha, konxja wkoll illi t-teknoloġija għaġġlet il-ħajja u qerdet ħafna affarijiet, fosthom il-kitba tal-ittri. Din jaf tidher xi ħaġa minima, iżda fil-verità ġġib magħha konsegwenzi ikbar, bħall-fatt li llum il-ġurnata sirna nbatu ħafna iktar fl-ortografija għax donnu l-prijorità saret li niktbu ta' malajr biex mingħalina niehmu. Madankollu naħseb illi l-intenzjoni ta' dal-ktieb ma kinitx protesta kontra l-modi komunikattivi tal-lum, iżda messaġġ u tfakkira liż-żgħażagħ illi hemm modi ta' komunikazzjoni oħrajn possibbli u li dawn għandhom il-benefiċċji tagħhom ukoll. Fl-intervista msemmija qabel laqatni ħafna l-mument x'ħin għedt illi meta kont tifla kont tikteb stejjer dwar sħabek tal- klassi. Kienu l-materja prima tal-immaġinarju tan-narrattivi tiegħek. Maż-żmien tlaqthom għal riħhom, iżda mbagħad snin wara – meta bdejt tesperimenta bil-kitba – bħal qisu dawn reġgħu ġewk lura fil-menti. Sintendi jiġuk ukoll nies illi tiltaqa' magħhom, ngħidu aħna l-istudenti tiegħek qabelxejn – inevitabbli. Mhux qed Josianne Block