Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Iddominata mill-Covid, imma mhux biss Għaddiet sena minn meta Robert Abela sar PM u Mexxej Laburista. Mur għidilna x'kellu jiġri! Pandemija li mhux biss ħasdet id-dinja imma waqqfet l-ekonomija. Apparti l-isfidi l-oħrajn: Governanza, ambjent, immigrazzjoni u aktar. L-ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għaddiet sena! Sena minn meta ġurnalisti minn kull dar tal-midja f 'Malta u anke numru ta' djar tal-midja minn madwar id-dinja kienu preżenti għal dik li dehret bħala waħda mill-aktar elezzjonijiet organizzati kemm ili nsegwi elezzjonijiet, minn fuq it-TV jew inkella bħala ġurnalist. F'din il-ħarġa se nanalizzaw l-aqwa ta' Robert Abela u fejn żbalja jew fejn kien ħażin fl- ewwel sena tiegħu bħala Prim Ministru kif ukoll bħala s-seba' Mexxej tal-Partit Laburista. Il-fjask tal-Miżieb F'din l-ewwel sena l-Gvern ta' Abela qala' ħafna kritika minħabba l-famuż ftehim mal- FKNK għal-kustodja tal-art tal-Miżieb. Il-problema kienet aktar il-mod kif sar l-eżerċizzju ta' relazzjonijiet pubbliċi, milli l-ftehim innifsu. Għal jiem tħalliet tingħata l-impressjoni forsi minn għaqdiet u uħud li ma kinux infurmati tajjeb li din l-art se tingħalaq għall- aċċess pubbliku waqt l-istaġun tal-kaċċa tal-Ħarifa, li huwa prattikament kważi kuljum f 'dan iż-żmien. Issa kull min imur jimxi l-Miżieb jaf li matul il-jum ma jkunx hemm kaċċaturi, iżda setgħet ingħatat l-impressjoni li grazzi għal dan il-ftehim l-għeluq ta' din l-art msaġġra u enormi għad-daqs ta' Malta, se jkun infurzat. Dan kollu kkulmina fl-akbar żball. Li mingħajr sejħa għall- midja u l-pompa li s-soltu mdorrijin biha meta jsir xi ftehim jew jitħabbar proġett, kien iffirmat il-ftehim minn wara dahar il-midja. Dan wassal għal rabja u kritika qawwija lejn il-Gvern u lejn il- Ministru Aaron Farrugia mhux biss minn numru ta' għaqdiet iżda fuq il-midja soċjali kollha, inkluż minn nies li ġeneralment aktar jappoġġjaw lill-PL. Pero' din il-mewġa ta' kritika setgħet tkun kollha kemm hi evitata, kieku l-poplu ingħatalu l-kuntratt mill-ewwel u kien hemm spjegazzjoni u assigurazzjonijiet ċari mill- ewwel! Dan kien fjask ta' relazzjonijiet pubbliċi, li Abela seta' evita faċilment! Malta tibqa' fil-wiċċ waqt il-Covid-19 u miżuri ta' fejda Minkejja li ħadna daqqa - soċjalment u ekonomikament u minkejja li l-pandemija ħalliet u għadha qed tħalli l-effetti tagħha fuq diversi setturi, primarjament - it-turiżmu, l - a k k o m o d a z z j o n i , l-avjazzjoni, il-bejgħ bl-imnut u t-trasport - xorta jibqa' fatt li jidher illi l-pajjiż baqa' fil-wiċċ ekonomikament u kien evitat diżastru ħafna akbar ta' qgħad u fallimenti. L-aktar miżura kruċjali kienet is-Suppliment tal- Paga, li għenet mhux ftit biex il-Gvern jilqa' għall- akbar spiża ta' eluf ta' kumpaniji - il-pagi. Kieku ma saritx din il-miżura l-probabilità hija li ħafna kumpaniji diġa' rrevedew il-pagi drastikament, inkella saħansitra n-numru ta' impjegati li jħaddmu. It-tibdil fil-mod kif titħaddem is-sistema issa jagħmel aktar sens u tidher li hija aktar ġusta - biex min l-aktar li qed isofri telf ikun l-aktar li jieħu. B'hekk il-kumpaniji bħal joħorġu mis-sistema tas- suppliment, inqas kemm ikunu qed jesperjenzaw telf. Miżuri oħrajn pożittivi li qed inaqqsu mhux ftit mill-uġigħ ekonomku u finanzjarju kienu l-moratorji, ir-roħs fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, żidiet fi ħlas lil carers, għajnuna għall-kirjiet tal-ħwienet u naturalment il-vouchers tal-€100. Dawn kollha għenu biex għallinqas ir-rota baqgħet iddur xi ftit permezz ta' domanda domestika, b'weekend breaks, mawriet f 'Għawdex, ikliet fir-ristoranti u aktar. Jiġifieri mil-lat strettament ekonomiku Robert Abela jista' jingħad illi mexxa lill-pajjiż fil- mewġ b'suċċess, sa issa, bl-UE saħansitra tbassar li Malta se tkun fost l-ewwel ekonomiji li jirkupraw. Mewġ u 'business as usual' Jidher ċar li Abela għandu problema, li minkejja li ġabitlu ħafna kritika u saħansitra redikolu fuq il- midja soċjali - ma jidhirx li għadu fehem biżżejjed. Filwaqt li l-pożittività hija bla dubju aspett sabiħ, li kulħadd japprezza u li Abela qed juża biex joħloq paragun ma' dak li hu u l-PL jaraw bħala oppożizzjoni negattiva, xi kultant l-pożittività tista' tkun barra minn postha u tagħmlek tidher maqtugħ mir-realtà. U dan huwa eżatt li ġara meta fis-Sajf li għadda - meta in-numri tal-każi tal-Covid-19 niżlu ħafna qal il-famuża frażi "diskors dwar it-tieni mewġa ... il- mewġ fil-baħar qiegħed." Din kienet l-akbar - kif jgħidulha bil-Franċiż - faux pas ta' Abela. Malli n-numri reġgħu bdew telgħin u jmissu total ta' każi rekord, apparti li bdew jiżdiedu l-imwiet, din l-istqarrija daret kontra Abela bil-qawwi. Imma l-problema hija li anke wara dakinhar reġa baqa' għaddej bi stqarrijiet li kienu wisq azzardati - 'it xhur oħra u kollox ikun warajna', qal it xhur ilu - mill-ġdid mhux hekk ġara. U l-aħħar waħda li 'f 'Mejju se nkunu business as usual' meta it jiem wara Chris Fearne qal li f 'Mejju dawk kollha taħt il-55 sena se jibdew jingħataw l-appuntament f 'Mejju! Dan saħħaħ immaġini fost setturi tal- popolazzjoni li ma kienx sensittiv biżżejjed għat- telf tal-ħajja u għall-biża' ġenwina li kellhom ħafna nies b'konsegwenza li kontinwament kien jidher li Fearne kien aktar fdat u meqjus aktar sobriju f 'dak li jirrigwarda il- pandemija. Konrad b'daqqa ta' sieq 'il barra u miegħu oħrajn Waħda mill-aktar affarijiet li qed tidher dejjem iktar ċara hija kemm - minkejja l-akkużi li huwa mmexxi minn Muscat - Abela qed juri mhux biss li huwa politiku b'karatteristiċi għalih imma wkoll li jneħħi u jwarrab lil kull min hu jara li huwa ta' xkiel. L-aktar tkeċċija spettakolari kienet bla dubju dik ta' Konrad Mizzi, minn Deputat Laburista u mill-Grupp Parlamentari wara li tħalla barra mill-Kabinett minn Abela. Hawnhekk Abela wera' illi fejn ma jasalx hu jiġbed lill-partit miegħu kontra l-persuna li jrid ineħħi hekk kif wara li Konrad Mizzi rrifjuta li jirriżenja mill-Grupp Parlamentari laqqa' lill-Eżekuttiv tal- partit li b'maġġoranza qawwija keċċiet lil Mizzi minn postu fil-partit. Huwa spiċċa minflok deputat indipendenti. Bħal Konrad Mizzi spiċċaw barra miċ-ċentru tal-poter jew mill-Gvern nies bħal Neville Gafa' u anke Chris Cardona li ma baqax Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wara li ntalab iwarrab minn Abela. Silvio Parnis, wieħed mill-ftit Deputati li taw appoġġ lil Abela fil- kampanja, ukoll spiċċa kien l-uniku wieħed li tħalla barra minn reshuffle tal-Kabinett - minkejja li diversi rapporti qalu li kien offrut xi ħaġa minflok id-dekasteru tal-anzjani. Parnis kien qal illi ħassu mweġġa' b'dak li għamel il- PM fil-konfront tiegħu. It-tneħħija ta' dawn in-nies tista' tiġi interpretata b'diversi modi: Jew PM determinat li jnaddaf lill-Gvern, jew inkella Prim Ministru illi dak li jrid jagħmel jagħmlu mingħajr titubar - jew inkella, inqas kumplimentuża, Prim Ministru li jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara, jidħaklek, iċapċaplek u fl- istess ħin ineħħik!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021