Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat id-development brief għas-sit tal-ex Jerma Palace Hotel f 'Marsaskala u l-inħawi tal-madwar. Il-policies mill- Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta tal-2006 wasslu għall- bidla fl-użi possibbli tal-art, li issa jagħtu aċċess lill-pubbliku għal kosta tal-baħar u jinkludu kemm akkomodazzjoni residenzjali kif ukoll turistika. Il-lukanda għalqet fl-2007 u s-sit ġie abbandunat. Il-pjan għandu żewġ prinċipji ewlenin - li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku tas-sit u li jissalvagwardja l-kwalitajiet ambjentali tiegħu. Primarjament, dan ser jiffaċilitá l-iżvilupp ekonomiku tas-sit, filwaqt li jikkunsidra l-elementi ambjentali taż-żona u jipproteġi l-kosta. Id- dokument jispeċifika li l-kosta trid tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, il-proposti tad- disinn għandhom jiżguraw il- viżibilità tat-Torri ta' San Tumas, fattur importanti ħafna mil-lat urban. "L-għan ta' din il-policy riveduta huwa li tagħti aċċess lill-pubbliku għax-xatt, li qabel ma kienx possibbli. Il-policy tiggwida wkoll investituri dwar liema żvilupp huwa permess," qal il-Perit Joseph Scalpello, Assistent Direttur fi ħdan l-Awtorità tal- Ippjanar. "Is-sit bħalissa jinsab fi stat t'abbandun f ' żona daqshekk sabiħa. Aħna identifikajna linji gwida stretti dwar liema żvilupp jista' jseħħ, billi tajna direzzjoni ċara għal applikazzjonijiet futuri. L-istqarrija tagħti wkoll prominenza lit-Torri ta' San Tumas, bini storiku ikoniku u importanti." Il-pjan jiddeskrivi d-dettalji għall-investituri li huma interessati li jiżviluppaw is-sit, filwaqt li fl- istess ħin jipproteġu l-ambjent tal-madwar tiegħu billi jrawmu qafas ta' ppjanar komprensiv għar-riġenerazzjoni futura tal- kosta urbana f 'Marsaskala. L-Awtorità ħarġet abbozz għall- konsultazzjoni pubblika, fejn il- pubbliku kien mistieden jibgħat ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu. Residenti, bosta entitajiet u NGOs taw ħafna opinjonijiet dwar l-iżvilupp tas-sit, biż- żewġ stadji ta' konsultazzjoni pubblika jiddeterminaw li t-tħassib primarju jirrelata mal- limitazzjonijiet tal-għoli tal-bini u l-bidla fl-użu tal-art. Valutazzjonijiet preliminari, imwettqa qabel il-pubblikazzjoni tal-policy, indikaw li l-għoli miżjud ta' 6.5m fuq il-bini tal-lukanda eżistenti mhux se jirriżulta f 'impatt negattiv fuq iż- żona residenzjali tal-madwar u l-veduti kostali. "Ir-riġenerazzjoni ta' din iż- żona f 'Marsaskala se tkun ta' benefiċċju għall-pubbliku kif ukoll għall-investituri; f 'termini t' ippjanar, li jkun hemm taħlita t' użi tal-art huwa dejjem ta' benefiċċju. Dan id-dokument jispeċifika li l-għan ewlieni tal- proġett huwa li joffri aktar spazji pubbliċi miuħa biex itejbu l-benesseri tas-soċjetà filwaqt li jipprovdu akkomodazzjoni għat- turisti u r-residenti, u żvilupp kummerċjali." Iż-Żona t' Ippjanar Komprensiv hija maqsuma f 'erba' żoni distinti. Iż-żona tas-sit li tista' tiġi żviluppata, li se takkomoda l-bini l-ġdid, tifforma 33% tal-pjan tas-sit totali. 35% oħra se jkunu nominati biex jipproteġu l-kosta u jiżguraw li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, b' 5% oħra taż- żona tikkonsisti f 'toroq pubbliċi li jiżguraw aċċess għal proprjetà privata barra ż-żona. It-Torri ta' San Tumas huwa wkoll ċentrali għal kwalunkwe żvilupp fil-futur, b' 26% taż-żona magħżula tmur għal dan il-bini skedat, sabiex jiġi salvagwardat għall-użu pubbliku. Spazju miuħ għall-pubbliku għandu joħloq passaġġ mit-torri li jwassal għall-kosta; sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-pubbliku permezz tal-iżvilupp, li bħalissa huwa ineżistenti. Il-passaġġ bejn iż-żoni tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar għandha wkoll tinżamm mingħajr żvilupp u jridu jiġu inklużi kurituri tal-veduta mit-torri sa' promontorji madwar is-sit u l-baħar. Barra minn hekk, is- Supretendent għall-Wirt Kulturali għandu joħroġ it-termini għar- restawr tat-torri għall-benefiċċju tal-pubbliku. Dan se jitħallas mil- kontribuzzjonijiet tal-iżviluppatur permezz tad-development Planning. Il-Kontribuzzjoni ta' €25 għal kull sqm ta' Developable Floor Space (GDF) għandha ssir lid- Development Planning Fund bħala planning gain. Peress li l-GDF totali revedut huwa ta' 65,000 sqm, dan jirriżulta f 'kontribuzzjoni totali ta' €1.6m. Il-fondi għandhom jiġu allokati għall-ispejjeż tar-restawr tat-Torri ta' San Tumas, min ġewwa u barra; inkluż ir-riabilitazzjoni tal-foss. Perit Scalpello għamilha ċara li dan id-development brief joffri linji gwida u li kull applikazzjoni għal permess se tiġi vvalutata fuq bażi individwali, b'diversi valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa kif meħtieġ. Miżuri ta' sostenibbiltà infrastrutturali se jiġu inkorporati wkoll fi kwalunkwe żvilupp, bis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ, l-utilitajiet elettriċi u t-toroq jiġu aġġornati kif meħtieġ, bl-ispejjeż jiġu mħallsa mil-iżviluppatur. L-għan hawnhekk huwa li nillimitaw l-impatt fuq iż-żona kostali tal- madwar, iż-żoni residenzjali u t-Torri San Tumas. Dan id-dokument ġie approvat mill-Ministru Onor. Aaron Farrugia. L-Awtoritá issa se tistenna applikazzjonijiet mill- investituri, iżda Perit Scalpello stima li jista' jdum 12 sa 18 -il xahar biex jinħareġ permess u tibda l-kostruzzjoni fis- sit. Dan minħabba d-diversi valutazzjonijiet li jridu jsiru. Id-dettalji kollha ta' dan id- development brief approvat flimkien mal-mapep rispettivi jinsabu fuq il-websajt tal- Awtorità: https://www.pa.org.mt/ en/development-brief-details/ jerma-development-brief.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021