Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu ma' Ġorġ Mallia dwar il-ġabra ta' mikrostejjer tiegħu Mitt Ruħ (Nies li jistgħu jkunu vera). Id-diskussjoni tiftaħ b'valutazzjoni tal-merti u l-perikli possibbli ta' dan il-ġeneru. Id-diskors imbagħad jiffoka l-iżjed fuq it-teknika letterarja tad-dénouement, il-fini tal-ħolqien tat-traġedja miktuba skont Friedrich Nietzsche u Alda Merini u fuq ċertu studju ferm interessanti li sar m'ilux mill-gazzetta The Guardian flimkien mal-Festival Internazzjonali tal-Ktieb t'Edinburgu u għadd ta' riċerkaturi mill-Università ta' Durham. xi ftit mill-impulsi kreattivi li jsejsu l-proċessi kreattivi tiegħek. Fl-intervista li konna għamilna s-sena li għaddiet kont irrimarkajtlek illi jaf ikun hemm ukoll ċerti perikli f'dan, fosthom, pirkażu, li dawk li jittantaw iwettqu katarsi bħal din jispiċċaw, minflok, jirrinfurzaw id- dimonji tagħhom iżjed milli jiskonġrahom. F'dar-rigward, inbidel xi ħaġa fik minn dak iż- żmien 'il hawn? ĠM: Iva, kif ammettejt fid-daħla, din il-ġabra, flimkien mal-wirja ta' pitturi Rhapsody in Pain u l-ktieb ta' versi My Love Had Eyes of Blue and Dreams u anke proġetti oħra li għad irrid nippubblika, kienet frott id-dlam ġo fija mqanqal mit-telfa ħesrem ta' dik il-persuna li fuqha kont bnejt ħajti. Imma nikkontendi li l-ħolqien ma kienx katartiku fis- sens attwali tal-kelma. Ma kienx mod kif innaddaf lili nnifsi mill- ħsus li mbagħad esternalizzajthom fil-ħlejqiet tiegħi. Kien il-proċess ta' kitba kreattiva (jew pittura, jew kitba poetika) innifsu li kien ta' żvarjun, jekk trid, li nessa għal mument id-diqa. U, iva... u hawn qed nantiċipa l-mistoqsija li jmiss tiegħek... uħud mill-karattri huma jien, u dak li kont għaddej minnu. Imma fil-biċċa l-kbira, Mitt Ruħ hu karatterizzat minn diversifikazzjoni qawwija. Kull karattru hu distint. Tassew, huma l-emozzjonijiet predominanti f 'kull wieħed u waħda minnhom li jiddefinixxu ġrajjiethom, f 'ċiklu vizzjuż fejn il- ħsus jitimgħu lill-ġrajja u l-ġrajja, min-naħa tagħha, tiġġenera jew iġġedded dawk il-ħsus u ħsibijiet. Il- pern tal-ktieb qiegħed fil-wisgħa u fil-medda tad-diversità tal-karattri mistħarrġa. L-"iskunġrar tad- dimonji" ma seħħx għax id-dimonji baqgħu hemm. Imma ħassejt ċertu serħan waqt il-mument kreattiv. U, min-naħa l-oħra nammetti li fejn l-emozzjonijiet huma qawwija ħafna u ħarġu minni – aktar milli mill-empatija tiegħi – ġedditt id- "dimonji" fil-forma ta' ħolqien artistiku li ngasta bħal f 'alabastru dawk l-emozzjonijiet. KS: L-ewwel semmejt lil kittieba u poetessa Alda Merini. (Il-21 ta' Marzu li ġej jaħbat id-disgħin anniversarju mit-twelid tagħha). Dan l-aħħar erġajt qrajt xi xogħlijiet tagħha, l-iżjed L'altra verità. Diario di una diversa (Il-Verità l-Oħra. Djarju ta' Mara Xort'oħra, 1986). Hemm vers partikulari li jispikka bil-kbir f'dax-xogħol: "Non avrei potuto scrivere in quel momento nulla che riguardasse i fiori perché io stessa ero diventata un fiore, io stessa avevo un gambo e una linfa" – "F'daka l-waqt ma stajtx nikteb xejn dwar il-uri għax jiena stess kont sirt ura, jiena stess kelli bont u qbadt nipproduċi l-linfa". Wieħed mill- modi kif nistgħu ninterpretaw din l-istqarrija huwa li f'ċerti mumenti bħal insiru proprju l-oġġett illi nkunu qegħdin nikkuntemplaw. Merini kitbet dan il-vers b'tifkira ta' meta tħalliet toħroġ għal ftit fil- ġnien tal-manikomju fejn kienet maqfula. Sintendi, il-każ tiegħek differenti iżda madankollu ser nieħu spunt minn dis-sentenza partikulari: hemm xi jgħidli li f'bosta minn dawn il-karattri li ħloqt bħal tara xi ftit lilek innifsek, tant illi inti u toħloqhom ħassejtek illi sirt huma stess. Sa liema punt tħoss li tħassret il-linja bejn is-suġġett u l-oġġett matul il- kitba ta' dawn l-istejjer? ĠM: Nidentifika ħafna ma' dak li qed tgħid hawn. Jien dħalt fir-ruħ u fil-qalb tħabbat ta' kull wieħed u waħda mill-karattri f 'dawn il- mikrostejjer. Kienu aktar minn ħajjin għalija. Iddettawli l-istil li ridt naddotta biex nirrakkonta l-istejjer tagħhom. Qaluli x'ħassew u x'ħasbu. Iddefinew lilhom infushom lili f 'intimità assoluta. Bażikament, kitbu lilhom infushom. Jien empatiku. Kważi dejjem inħoss lil dawk illi nkun qed ninteraġixxi magħhom. Inħoss li jħossu huma. Kultant anke nantiċipa dak li jkunu se jaħsbu jew jgħidu. Minn dejjem hekk kont, imma l-istudju fil-fond tiegħi tal- kommunikazzjoni personali, tax- xejriet tal-aġir tal-bnedmin huma u jikkomunikaw ma' bnedmin oħra, kompla saħħaħ din il-karatteristika tiegħi bil-qawwi. Taħsibx li din xi karatteristika feliċi. Meta l-ħsus ikunu sbieħ, mela nkun f 'estasi... imma meta jkunu koroh, inħoss it-terrur jgħammadli qalbi. Kollox hu amplifikat, qisu ħsiebi lenti kbira li tixrob u tkabbar. Uħud mill-karattri f 'Mitt Ruħ huma manifestazzjonijiet diversi tiegħi stess. Imma l-kotra m'humiex. U lanqas huma, ħlief għajr it minnhom, nies li naf jien. Huma amalgam ta' ħsus u ħsibijiet li "qbadt" mill-ħajja ta' kuljum. Iva, spiss huma mitmugħin emozzjonijiet qawwija li jien stess inkun ġarrabt, anke jekk il-manifestazzjonijiet ta' dawk l-emozzjonijiet ikunu diversi minn dawk li nkun għaddejt minnhom jien stess. Kull wieħed u waħda mill-mitt ruħ li hemm fil- ktieb huma rakkmu kkumplikat ta' elementi li, iżda, jagħmilhom ħajjin. Ta' vera. Is-sottotitlu tal-ktieb huwa Mikrostejjer dwar nies li jistgħu jkunu vera". Imma għalija kollha kemm huma kienu vera, u, mir- reazzjoni li qed ikolli minn dawk il- ħafna li diġà qraw il-ktieb, saru vera wkoll għall-qarrejja tiegħi. KS: Id-daħla tal-ktieb tintemm billi tgħid "se nieqaf hawnhekk u nħalli kull wieħed u waħda mill-mitt ruħ [...] jitkellmu huma". Is-sena l-oħra l-gazzetta The Guardian irrapportat rigward studju ferm interessanti li sar fost 181 kittieb mill-ġurnal flimkien m'għadd ta' riċerkaturi mill- Università ta' Durham flimkien mal-Festival Internazzjonali tal- Ktieb t'Edinburgu. Skont dan l-istudju, 63% tar-rispondenti qalu li litteralment jisimgħu lill-karattri tagħhom jitħaddtu huma u jiktbu filwaqt illi 61% minnhom qalu li l-karattri tagħhom kellhom il-ħila jaġixxu b'modi indipendenti. Studju simili ieħor illi sar fost għadd ta' kittieba mill- ġurnal Consciousness and Cognition sab li 56% tal-kittieba parteċipanti rrapportaw esperjenzi viżivi jew sensorji mal-karattri tagħhom mentri 20% minnhom irrappurtaw li jħossu lill-karattri jokkupaw l-istess spazju fiżiku tagħhom. Mal-15% minnhom saħansitra żvelaw ukoll li kapaċi jidħlu fi djalogi mal-karattri li joħolqu. F'Mitt Ruħ ħloqt mitt karattru fittizju. Anzi, iktar minn mija ladarba wħud minnhom jinteraġixxu ma' karattri oħrajn. Tal-inqas mitt karattru kważi f'salt mhix ċajta! Qatt ħassejt xi wħud minnhom b'modi strambi bħal dawn? KS: Filfatt weġibt parti sew minn din il-mistoqsija f 'dik ta' qabel. U kif għedt inti aktar kmieni, jien qed nistqarr li dan huwa ktieb għall-qalbi ħafna. Immur oltre minn hekk u ngħid li dan forsi l-aħjar ħaġa li qatt ipproduċejt. Kif għedt fid-daħla, għalkemm l-arti tiegħi timmanifesta ruħha f 'ħafna friegħi... il-pittura, id- disinn, il-kartun, l-illustrazzjoni, il-poeżija... naħseb li hija l-kitba tal-proża l-fergħa ewlenija tal- manifestazzjoni għalkollox neċessarja ta' dak li nħoss u naħseb. U dak kollu, f 'dan il-ktieb, kien ipproġettat f 'dawn il-mitt karattru li saru, iva, jien, waqt li kont qed niktibhom. L-istejjer kitbu lilhom infushom. Qabel għedtlek bil-proċess ta' ħolqien li addottajt, imma ġaladarba l-idea kienet issir solida, jien kont insir biss l-istrument tat-twassil tal- ħlejqa ħajja li tiżviluppa sħiħa fuq il-karta. Kull rakkont hu twil it aktar minn mitejn kelma, imma dan l-ammont hu biżżejjed biex juri l-mewt ġewwiena ta' Evelyn li ma tiflaħx tqum mis-sodda minħabba fid-dipressjoni; ta' Damian li qatta' l-aħħar żmien ta' ħajtu jippjana s-suwiċidju tiegħu; ta' Marija li tiddefinixxi l-imħabba vera minħabba f 'li kien hemm bejnha u bejn il-poeta żewġha, li issa miet imma li sa it xhur qabel kien qed jiktbilha l-poeżiji tal-imħabba; u tan-nuqqas ta' mħabba fil-qalb silġa ta' Miranda, li tuża sbuħitha bħala lixka; u ta' Lucy, li tikleb l-orġażmu bħala validazzjoni ta' sbuħitha; u l-bqija tal-mija (u aktar). Dawn mhux ħżuż fuq karta imma ħlejqiet li mhux biss jistgħu jkunu vera, imma huma. Tal-anqas kienu għalija li għext ħajjithom magħhom jien u nipprova niddeskrivi dak li għaddew minnu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021