Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 22 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Il-pandemija fi Spanja Ġ iet f 'idejja kitba dwar il-pandemija fi Spanja, biċċa xogħol ta' Ruth Galve mill-provinċja tal-Katalonja. Dil-kitba tagħti stampa tas-sitwazzjoni li l-pan- demija COVID ħolqot fi Spanja u liema kategoriji tal-popolazzjo- ni l-iżjed li qed jintlaqtu minnha. Ruth Galve tgħid li l-pandemija preżenti, iżjed minn kriżijiet oħra, qed tikxef id-dgħufija tal-poplu Spanjol, kemm tal-individwi kif ukoll tas-soċjetà, l-iżjed ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli, fosthom ħafna invalidi, għax ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom mingħajr l-għajnuna ta' ħaddieħor. Galve tisħaq fuq il-qagħda ta' tliet kategoriji minħabba l-għadd ta' nies milqutin: il-faqar tat-tfal, il-vjolenza maskili jew femminili u l-fraġilità tax-xjuħ. Hija tagħfas fuq it-tielet waħda għax tgħid li hija l-inqas imsemmija. Galve tqis il-qagħda ta' diversi xjuħ bħala traġedja kif tixhed is-sitwazzjoni f 'ċerti sptarijiet, iċ-ċentri residenzjali kif ukoll in- nuqqas ta' attenzjoni fid-diskors politiku li jingħad dwar l-iżjed fost ix-xjuħ. Hija tistqarr li l-vittmi tal-faqar u tal-vjolenza għandhom tama ta' bidla imma n-nies l-iżjed xjuħ għadhom jistennew u dak li qed jistennew ma jimlihomx bit-tama. Ftit ċifri Galve tgħid li f 'kull waqt tal-ħajja l-għażliet tagħna huma kkundizzjonati minn saħħitna u mill-qagħda soċjo-ekonomika. Fost ix-xjuħ, is-saħħa sikwit tkun imhedda, id-dħul finanzjarju hu baxx jew ma jeżistix, speċjalment għan-nisa. L-appartamenti li fihom ngħixu, ix-xogħol li nagħmlu, l-attenzjoni liż-żgħażagħ u lit- tfal it iħallu post għax-xjuħ. L-għadd ta' xjuħ 'il fuq minn 65 sena li jgħixu weħidhom fil- Katalonja kien 334,000 fl-2018. Il-maġġoranza , tlieta minn erba' huma nisa u minnhom 139,300 huma ixjeħ minn 80 sena. Kważi 60,000 jgħixu f 'residenzi apposta u iżjed minn 4,000 qed jistennew jidħlu f 'bini pubbliku. F'dan il- grupp hemm persuni dipendenti u inkapaċitati - fl-2018 kien hemm iżjed minn 260,000 'l fuq min 65 sena b'inkapaċità legalment magħrufa, speċjalment dawk milquta mid-dimensja, fuq kollox mill-Alzheimer. Il-Fondazzjoni Alzheimer tal-Katalonja tistma li hemm milquta biha madwar 86,000. Twissija dwar il-ġejjieni Galve tgħid li fis-snin li ġejjin il- popolazzjoni tal-Ewropa se tixjieħ fil-għadd li qatt ma kien magħruf fl-istorja tal-umanità. Hija twissi li jekk ma neħdux passi minnufiħ, b'intelliġenza umana u umanistika b'politika li taħseb fit-tul, inkunu qed nesponu lill-maġġoranza tal-poplazzjoni għal traġedja ta' kuljum, ikun hawn u ma jkunx hawn pandemija. Iċ-ċiviltà titkejjel mill-kwalità ta' ħajja ta' dawk l-iżjed invalidi. Fil-bidu tar-razza tal-bnedmin nafu li l-ewwel bnedmin, kif jagħmlu l-pellikani, kienu jgħixu minn fuq dahar l-ixjeħ fosthom, fil-grupp, dawk bla snien u kienu ikkundannati għall-mewt jekk l-oħrajn iżgħar minnhom fil- għomor ma kinux jomgħodulhom l-ikel għalihom. Aħna obbligati niddedikaw żmienna billi nibnu preżent li jagħti iżjed merħba. Ejjew, kull wieħed u waħda minna, nagħtu l-ħajja lis-snin tagħna b'soċjetà iżjed traversa, bl- imħabba, bir-rispett u kumpanija tajba. Imissna ninsistu fuq regolamenti, u dan ifisser nagħmlu politika addattata u fuq kollox nagħtuhom baġit li jagħmilha eħfef b'risq il-ġid tax-xjuħ li meta kienu tfal tul il-Gwerra Ċivili u ż-żmien warajha u qattgħu żogħżithom taħt id-dittatorjat ta' Franco, li ħadmu għall-familji tagħhom u ħadu ħsiebhom u li issa għandhom il-jedd li nieħdu ħsiebhom u ħsieb il-ġid tagħhom. Aħna għandna d-dejn soċjali li nieħdu ħsieb tal-libertà u tad- dinjità tax-xjuħ u tad-dgħajfa, u nerfgħu responsabilità tagħhom kemm bħala individwi kif ukoll bħala grupp. Nota Naomi Klein fl-1 t'April 2020 għamlet din l-istqarrija; 'Nies li qatt qabel ma osservawha qed jaraw it-televiżjoni u jaraw lill- kummentaturi ta' Fox News jgħidu li forsi jmisshom jissagrifikaw lin- nanniet tagħhom ħalli l-prezzijiet tal-flus tagħhom ikunu jistgħu jogħlew. U int tistaqsi: din x'sistema hi? Dun Anġ Seychell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021