Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa Malta kellha żviluppi kbar u ta' ċerta portata fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan il-każ li tefa' dawl ikrah fuq pajjiżna, poġġa l-istituzzjonijiet taħt stress enormi u naturalment żviluppa f 'wieħed mill-aktar każi straordinarji u xokkanti li kellna fl-aħħar snin, kellu diversi "atturi" prinċipali u kruċjali. Hekk kif il-kobba tidher li qed tiżżarma biċċa, biċċa tliet snin u nofs wara l-assassinju, din il- gazzetta qed tagħti ħarsa lejn il-personaġġi ewlenin li sa issa ssemmew direttament u b'mod prominenti fl-iżviluppi kollha ta' din it-triq għall-ġustizzja! Yorgen: L-intraprenditur Yorgen Fenech jinsab fiċ-ċentru tal-każ tal-qtil tal-ġurnalista u qed ikun akkużat li huwa l-mandant ta' dan il-qtil, anke jekk Fenech jiċħad dan. Fenech kien arrestat il-Portomaso u f 'dawn is-snin sirna nafu li kellu kuntatti fondi mal-poteri kollha tal- pajjiż: Kellu Whatssapp Chats mal- Prim Ministru u Keith Schembri, kien ħabib "kbir" tal-istess Schembri u kellu kuntatti ma' diversi Ministri (Edward Zammit Lewis, Rosianne Cuatajr ...). Kellu wkoll kuntatti ma' nies mill-Oppożizzjoni fosthom Pierre Portelli (dak iż-żmien Kap tal-Midja tal-PN) u Adrian Delia. Melvin euma kien qal illi Fenech għalih kien il-mandant għax hu dejjem kien jihiem miegħu dwar il-pass li jmiss f 'dan l-assassinju. Jirriżulta li kien qallu li ried joqtol lil Caruana Galizia għaliex kienet se toħroġ storja fuq zijuh Ray, iżda maż-żmien irriżulta li Fenech kien is-sid ta' 17 Black. Din il-kumpanija fid-Dubaj kienet marbuta mal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi li fihom - turi email ta' Nexia BT - kellhom jidħlu flus mill-Ażerbajġan u mill-Aġent Lokali tal-Power Station il-ġdida, proġett mmexxi minn Konrad Mizzi u li tagħha Yorgen Fenech kien Direttur. Dan apparti li reġa' ssemma' fil-każ tal-Windfarm fil-Montenegro u x-xiri tiegħu mill-Enemalta għal €10 miljuni aktar milli xtratha Cidifex. Madwar €4 miljuni huwa rrappurtat illi daħlu f '17 Black. Fost il-ħafna informazzjoni interessanti illi euma kien ta fix- xhieda, darba kien qal illi Fenech kien waqqaf il-pjan tal-assassinju u reġa' bdieh biss wara li għaddiet l-elezzjoni tal-2017. Keith Schembri: L-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri qatt ma ġie akkużat b'mod dirett fil-każ imma Yorgen Fenech kien qal lill-pulizija fl- interrogazzjoni it wara l-arrest tiegħu, illi Schembri kien il- mandant ta' dan il-qtil u kien ħallas sa €80,000 għal dan l-assasinju. Hu kien saħansitra qal li Schembri kien kontinwament iħeġġu biex iħaffef il-pass u jgħaġġel il-proċess sabiex tinqatel il-ġurnalista. Schembri dejjem ċaħad xi forma ta' involviment, anke jekk bosta jippuntaw is-swaba' lejh minħabba li Caruana Galizia - apparti li kienet irrapportat dwar kanċer li kellu - kienet qed tikxef ħafna dettalji dwar il-proġett tal-Power Station, il-proġett tal-VGH u diversi oħrajn, ilkoll b'xi mod jew ieħor kellhom lil Keith jew Konrad mdaħħlin fihom. Melvin euma: euma kien is-sensar tal-qtil u minħabba li kien żamm rekordings ta' diversi konverżazzjonijiet li kellu ma' Yorgen Fenech kien meqjus bħala xhud ewlieni f 'dan il-każ. Għalhekk ingħata l-Maħfra Presidenzjali mill- Gvern tal-PM Joseph Muscat biex jikxef aktar dwar il-każ. Fix-xhieda tiegħu ħarġet ħafna informazzjoni dwar dak li kien jgħidlu Fenech, fosthom dwar l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona. euma kien instab fid-dar tiegħu bejn ħajja u mewt wara diversi daqqiet ta' sikkina fl-istonku, wara dak li l-pulizija qalu illi kien attentat ta' suwiċidju. Kważi b'miraklu euma salva u issa qed ikompli jagħti x-xhieda tiegħu. euma kien l-uniku wieħed mill-akkużati u l-implikati, li fil-fatt iltaqa' ma' Daphne fuq bażi informali qabel l-assassinju, meta kien wassalha bit-taxi tiegħu - li kienet tkun Portomaso - u ma talabhiex flus. Chris Cardona: L-eks Ministru Laburista tela' ismu fl- investigazzjoni erba' darbiet. L-ewwel darba li ssemma kien minn euma li qal illi n-numru tal-mowbajl ta' Cardona kien l-uniku wieħed li nstab fuq il- 'burner phones' użati mit- tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia. Kien irrapportat iżda li dan ma kienx minnu minn mezzi tax- xandir differenti. It-tieni darba ssemma' mill- ġdid minn euma f 'xhieda pjuttost splussiva. Din ix- xhieda iżda dejjem torbot fuq dak li qallu Yorgen Fenech. euma qal li Fenech qallu, li Cardona kien ħallas €350,000 għall- qtil ta' Caruana Galizia u kien għadda dawn il-flus permezz ta' Tony "Il-Biglee". Iżda imbagħad kien hemm ukoll ittra li nqrat waqt il-laqgħa famuża tal-Kabinett li damet għaddejja sal-ħinijiet bikrin ta' filgħodu, fl-eqqel tal-kriżi politika tal-2019, u li fiha l-qtil tal-ġurnalista tpoġġa f 'ħoġor Cardona. Cardona ċaħad u qal illi min hu ħati qed jipprova jagħmel frame-up kontrih. Intant jumejn ilu biss Cardona reġa' kien implikat għar-raba' darba meta e Times żvelat kif il-Koħħu qal lill-Pulizija li l-eks Ministru kien imdaħħal fi pjan għal assassinju fl-2015, liema pjan kien abortit. Cardona ċaħad u l-pulizija qalu li qed jitrattaw l-akkużi b'kawtela. L-aħwa Degiorio: Fil-bidu ta' Diċembru 2017 - madwar xaharejn wara l-assainju - f 'operazzjoni kbira m i l l - baħar u mill-art mill- Korp tal-Pulizija kienu arrestati żewġ irġiel: Alfred u George Degiorgio. Fi żviluppi mill-aktar drammatiċi, bl-assasinju għadu frisk f 'moħħ kulħadd, l-aħwa ttellgħu l-Qorti akkużati bil-qtil ta' Daphne. Dwar l-aħwa ħarġet ħafna informazzjoni fosthom tal-ewwel mumenti wara l-qtil. Il-gazzetta La Repubblica qalet illi George Iċ- Ċiniż kien fuq il-Cabin Cruiser dakinhar tal-qtil. Xħin kien se jibgħat l-sms li tixgħel il-bomba induna li ma kellux kreditu. Wara li talab lil ħabib tiegħu jibgħatlu €5 pproċeda bil-pjan. Daphne Caruana Galizia inqatlet nhar is-16 ta' Ottubru 2017, it wara t-3:00 p.m. Fit-3:30 p.m. iċ-'Ċiniż' bagħat sms lil martu, li kien jgħid 'iaħli flixkun inbid, baby'. Il-Koħħu: Vince Muscat, wieħed mill-ewwel tliet irġiel arrestati, din il-ġimgħa kien fl-aħbarijiet hekk kif ammetta l-ħtija tal-involviment tiegħu wara patteġġjament mal- pulizija li rah jagħti informazzjoni lill-pulizija. Huwa mium li kienet din l-informazzjoni li għenet biex kienu arrestati l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella - fuq il-każ ta' Caruana Galizia u fuq il-każ tal-qtil ta' Carmel Chircop. 14 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Assassinju Daphne: Dawk li kienu fil-qalba ta' Kienu tliet snin u nofs straordinarji fir-rigward tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li komplew jikkulminaw fil-ħtija tal-Koħħu u l-arrest tal-Maksar. L-ILLUM tagħti ħarsa ħafifa lejn dawk li kienu fil- qalba ta' dak kollu li ħareġ sa issa ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021