Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Nistgħu ngħaddu mingħajr teatru tassew? Wara ftakira f'waqtha fil-manuskritti ta' Francis Ebejer Damian Ebejer, isem id- drammaturgu tagħna Francis, f 'Awwissu s-sena l-oħra temm jgħaqqad L-Inventarju Arkivjali Konċiż tal-Kollezzjoni Sħiħa tal- Manuskritti, Xogħlijiet Letterarji u Oħrajn. Għamel dan biex jiċċelebra għeluq snin missieru. Id-dokumenti jkopru s-snin tletin aktar kollha u jibqgħu sejrin jgħoddu sas-sena 1993. Skont deskrizzjoni li ppubblika fil-Facebook, dan l-inventarju jinkludi 170 paġna li fihom, tul 27 sena sħaħ, ikkatalga u rreġistra l-karti letterarji kollha ta' missieru. Fid-deskrizzjoni kompla jgħid dan jagħmel parti minn madwar 200,000 paġna – għadd ferm impressjonanti. Ma jidhirlix li qatt smajna xi ħaġa dwar x'ser isir – jew x'jista' jsir – minnhom. Ftit tax-xhur ilu kien biħsiebni mmur inżur lil Damian sabiex nintervistah fil-post. Mhux soltu niltaqa' mal-kittieba li nintervista, l-iżjed f 'dawn l-aħħar xhur kaġun tar-ristrezzjonijiet li ddaħħlu fuq il-mobbiltà u l-kuntatti soċjali. Iżda xi dejjem tgħidli li jkun dnub li intervisti bħal dawn – l-iktar meta jkunu jittrattaw materjal arkivjali li abbli mbagħad qatt ma jiġi ppubblikat – isiru biss permezz tal-email. Qabelxejn inkella jintilef ukoll l-aspett viżiv. Barra minn hekk, minkejja li l-kumdità li joffri l-email it li xejn jippermetti konverżazzjoni proprja mal- awturi, jew almenu mas-sidien, tal-materjal. Is-sena li għaddiet kelli f 'moħħi wkoll intervisti simili ma' xi qraba ta' Erin Serracino Inglott u ta' Rużar Briffa – żewġ intervisti li jistgħu jiżvelaw bosta tagħrif interessanti dwar dawn it-tnejn, anke fir-rigward ta' materjal illi s'issa qatt ma rajna. Ma tal-ewwel rigward il-manuskritt tat-traduzzjoni tiegħu tad-Divina Commedia ta' Dante, mat-tieni rigward xi karti li ħalla warajh lill-qrabatu. Għaldaqstant, minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti jkun jaqbel illi għalissa dawn jitħallew jistennew. L-attivitajiet ta' arkivjar donnu rrankaw bis-sod f 'dawn l-aħħar xhur. Bħalma diġà ġieli rrimarkajt hawnhekk, matul din il-pandemija kważi kulħadd sar jinqala' ħafna fil- preżervazzjoni tal-antikalja u tal- kollezzjonijiet ta' kollox. Ngħid dan mhux b'disprezz. Pjuttost b'ċerta nostalġija. Ibda għax żmien ilu kont inġemma' minn kollox u mas- snin din il-paċenzja partikulari tliha. Ngħidu wkoll b'daqsxejn ta' irritazzjoni, għax fi żminijiet bħal dawn it-tiiriet mhux dejjem jagħmlu l-ġid. La semmejna lil Dante, ma ninsewx: "m'hemm ebd'akbar diqa minn dik illi tiakar fiż-żmien hieni meta tkun taħt". It-tfakkir maż-żmien – bħall- kilba għall-kitba – jaf isir wkoll vizzju. Iżda rigward materjal bħal dan ta' Ebejer żgur ma nistgħux nirraġunaw b'dan il-mod. L-istess jgħodd għall-proġett malti.mt tad-Dipartiment tal-Malti li dan l-aħħar ġabar u poġġa aċċessibbli fuq l-internet mijiet ta' intervisti m'awturi u skulari Maltin, fosthom Francis Ebejer: uħud mill-iġsma iħirsa li semmejt ġimgħa ilu. Ħadd ma jista' joqgħod iġorr – lanqas dawk illi ma jaqblux sabarra mal- miżuri restrittivi li komplew jidħlu fis-seħħ waħda wara l-oħra tul dawn l-aħħar ġimgħat – illi ma jistax isib daqsxejn x'jagħmel. Tajjeb li dawn l-inizjattivi jkomplu: huma monumenti awtentiċi fihom infushom u aktarx huma aħjar minn dawk tal-ġebel u tal-irħam: qabelxejn dawn spiss ikollhom potenzjal baxx illi jaqilgħu kontroversji aljenanti ġodda dwar x'jistgħu jkunu l-iżjed stili ta' skultura xierqa sabiex nagħtu ġieh u nweġġgħu lill-kbar ta' qabilna. Mhux għax ħażin li fl-aħħar issa qed jinfetħu diskussjonijiet bħal dawn, iżda f 'xiex nhedew u fuq xiex ninfexxu nitlewmu sar għadna iżjed minn biżżejjed... Ġimgħa ili fakkart f 'Oreste Calleja. Jidhirli wkoll illi ta' min ifakkar lil Francis Ebejer f 'daż-żminijiet. Anzi, f 'dal-jiem drammatiċi ikun jixraq li niakru fid-drammaturgi kollha. Mhux biss minħabba d-dramattizazzjoni medjatika istantanja – spiss artifiċjali – ta' kulma jiġri u iżjed, kemm madwarna u kemm fid- dinja. La ġejna għall-memorji, ngħid għalija l-aħbar imħabbra s-sajf illi għadda minn Damian Ebejer dlonk erġajt akart fiha m'ilux meta ġie f 'idejja ktejjeb vjola għall-istudenti tal-Matrikola minn Mario Azzopardi rigward id-dramm L-Imnarja Żmien il-Qtil. Flimkien mad-dramm Il-Ħadd Fuq il-Bejt, kien fis-sillabu tal-Livell Ordinajru tal-Malti tas-sena 1998. Jinkludi wkoll intervista interessanti mal-awtur. Lil Francis Ebejer skoprejtu dik il-ħabta fil-lezzjonijiet ta' Marco Galea. Ngħid is-sew iż-żewġ drammi ma tantx kienu laqtuni, aktarx għax kont nippreferi d-drammi ta' Alfred Sant u Doreen Micallef. Mill-banda l-oħra kien laqatni ħafna r-ritratt wisq cool illi jidher fil-qoxra tal-Imnarja Żmien il-Qtil. Kellu xeħta partikulari li primavista tagħtik x'tiem li żgur kien daqsxejn avanzat għal żmienu. Ftit wara ġie f 'idi Vum-Barala- Zungaré, bis-saħħa ta' Carmel Aquilina li ħalliena m'ilux. Darba minnhom, wara li fettilli nurih dramm vroma li ktibt, kien ġie jnewilli ktieb u qalli: "Ħallik minn Sartre int! Dad-dramm trid taqra! Vum-Barala-Zungaré! Anke t-titlu jġennek!" Mill-ħarsa t'għajnejh għall-ewwel iżjed ħsibt illi kien qiegħed jirreferi għall-par kuxxtejn tal-attriċi li tidher fuq il-qoxra tal- edizzjoni linotype mitbugħa minn Lux Press – Ħamrun (1977). Ma domtx ma ntbaħt illi kien qalli sewwa, iżda lil Ebejer (kif ukoll lil Sant) imtu iżjed snin wara meta mort ngħix barra minn Malta. Kapaċi nimu xi kemm kemm iżjed illum... Raġuni oħra għaliex nemmen illi forsi għandna nfakkru lil Francis Ebejer dan iż-żmien – Mark Anthony Fenech Francis Ebejer

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021