Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 jitpaxxa bil-minjatura tiegħu, ikun fil-ġranet għeżież tal-festa ta' Santa Marija, meta anke l-knisja ta' Chetcuti tkun fl-aqwa tagħha, armata bil-linef, il-gandlieri u l-uretti tal-festa u ma jonqosx id- damask. Ma għandux kobor, imma għal Joe, din ir-rokna fid-dar tiegħu, qisha l-ġenna. 'Il-knejjes ma għandhomx jispiċċaw sempliċiment mużew tal-arti' Ovvjament, biex tkun taf kif għandek tarma għall-festi differenti, trid tkun ukoll dilettant u kapaċi tosserva dak li jsir fil-knejjes tal- ibliet u l-irħula tagħna. Chetcuti jisħaq mal-ILLUM li l-gost tiegħu jammira kull biċċa armar fil-knejjes tagħna u japprezza x-xogħol tal-arti li jkun hemm warajhom. "Il-knejjes ta' Malta u Għawdex għandhom ċertu faxxinu l-aktar meta jkunu mżejnin sa ruħ ommhom għall-festi. Minn quddiem għajnejja dejjem jgħaddili ħsieb wieħed: minjaf kemm batew ta' qabilna biex illum aħna ingawdu dan kollu. Minjaf kemm qagħdu nieqsa huma biex ħarġu l-flus għal xi opra li tkun qed issir," insista. Iżda hawn Chetcuti waqaf u insista mal-ILLUM li jekk dan kollu, jekk dan l-armar u dawn it- tradizzjonijiet sbieħ ma jressqux lin-Nisrani lejn Alla, u ma jgħinuhx isir jixbah lill-Madonna u l-patruni li nkunu qed niċċelebraw, allura ma jkun ifisser xejn. "Nappella biex il-knejjes ma nġibuhomx mużewijiet tal-arti tul il-jiem tal-festa, imma nagħmlu minnhom għodod effikaċi biex permezz ta' dawn it-tradizzjonijiet, nersqu lejn Alla," kompla jisħaq. 'Altru milli qed imut ... naħseb li huwa delizzju li qed jiżdied' Tkellimna fuq il-futur ta' dan il-passatemp u jekk hux qed imut minħabba l-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu u l-mezzi ta' kommunikazzjoni li saru joħdulna ħafna mill-ħin tagħna. Chetcuti insista li aktar milli jispiċċa, dan l-aħħar snin aktar qed jara li dan id-delizzju reġa' qed jieħu l-ħajja. "Biżżejjed tara it kemm ikun hawn wirjet tal-Ġimgħa Mqaddsa li ħafna minnhom ikunu ambjentati fi knisja minjatura," insista. Saħaq li dan l-interess għadu ħaj bis-saħħa tal-Għaqda Dilettanti Mudelli tal-Knejjes li kull sena torganizza diversi wirjiet u torganizza laqgħat u workshops bil- għan li dan id-delizzju jibqa' ħaj u jissaħħaħ. "Ma hemmx xi tgħid. Huwa passatemp sabiħ. Iżommok miġbur id-dar. Iressqek aktar biex tiem il-liturġija li niċċelebraw għax bla ma trid tistaqsi għaliex narmaw jew għalxiex jintuża ċertu armar. Fuq kollox huwa passatemp li jressqek lejn id-divin. Nittama li ngħożżuh u nżommuh ħaj," temm jgħidilna. dan id-delizzju;' Ibiddel rokna Marija Joe Chetcuti Aktar dettalji mill- minjatura ta' Chetcuti Statwetta ta' Santa Marija maħduma fuq il-vara tal-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021