Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
21 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 KANDITAT TAL-PARTIT LABURISTA GĦALL-10 U GĦAT-12 DISTRETT F L I M K I E N N I B N U F U T U R B I K W A L I T À T A ' Ħ A J J A I S B A Ħ dariovella014 +356 77 220 203 info@velladario.com VelDario 'Fl-ewwel mitt jum ta' Gvern ġdid Laburista se tkun emendata l-liġi tal-IVF' Waqt konferenza tal-aħbarijiet id- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar wegħda ġdida tal-Partit Laburista. "Fl- ewwel mitt jum ta' Gvern ġdid se tkun emendata l-liġi tal-IVF biex ikun hemm iktar opportunitajiet ħalli kulħadd ikollu ċ-ċans li jsir ġenitur," sostna Fearne akkumpanjat mill-Ministru għall- Edukazzjoni u l-Isport Clion Grima. Id-Deputat Prim Ministru fakkar kif l-istorja tal-IVF f 'pajjiżna f 'dawn is-snin riċenti hija storja ta' suċċess, "imma kien il-Partit Laburista fi-Gvern li wettaq dan is- suċċess flimkien mal-koppji, familji ġodda li llum għandha fil-pajjiż, meta daħħal is- sistema tal-IVF mingħajr ħlas f 'pajjiżna." Huwa qal li permezz tal-IVF illum għandna f 'pajjiżna 410 tifel u tifla, 252 minnhom mill-proċess ta' mingħajr ħlas. "Bħalissa hemm 24 mara tqila bil- proċess tal-IVF, tlieta minnhom bi twins, u għalhekk qed nistennew 27 tarbija ġdida li se jġibu ferħ kbir lill-familji ġodda tagħhom," kompla jgħid Fearne. Il-Ministru Chris Fearne tkellem ukoll dwar proposti tal-Garanzija għat-Tfal, fosthom ic-children's allowance u qal li kien il-Partit Laburista li welled ic-children's allowance u għandu l-pjan konkret u fattibli li jsaħħahom, kif diġa ħabbar fil-proposti li tressqu s'issa. "Fil-Garanzija għat-Tfal Gvern taħt amministrazzjoni Laburista se jinvesti €145 miljun ewro f 'ħames snin," sostna. Għaldaqstant il-Ministru Clion Grima spjega kif se jibdew diskussjonijiet dwar ċentru ta' riċerka dwar il-politika tal- edukazzjoni li jkun indipendenti mill- Gvern. "Irridu naraw diskussjonijiet li jkomplu fuq bidliet kbar fil-homework u l-ħin liberu tat-tfal. Wasal iż-żmien li nimxu lejn sistema edukattiva mingħajr il- bżonn tal-homework", sostna Grima. Żied jgħid kif anke għall-għalliema hemm pjan abizzjuż li jinkludi kundizzjonijiet li jixirqilhom u żieda fil-ħames snin li ġejjin b'ehim kollettiv ġdid li jtejjeb il- kundizzjonijiet. Dan filwaqt li jkompli l-investiment strutturali fl-iskejjel. Huwa tkellem dwar il-Garanzija għat- Tfal li tikkumplimenta ideat oħra tal- Partit Laburista għas-settur edukattiv li tfasslu wara diskussjonijiet mal-għalliema, l-għaqdiet li jirrapreżentawhom u mal- ġenituri. Fost dawn semma li fil-leġiżlatura li jmiss se jkun estiż is-servizz tac-childcare, servizz b'xejn għal kulħadd irrispettivament jekk il-ġenituri jkunux f 'impjieg, jistudjaw jew le. Dan jikkumplimenta l-għadd ta' proposti li diġa tħabbru għall-istudenti, t-tfal u l-familji tagħhom. "Gvern Laburista jrid jara lill uliedna kuntenti, b'saħħithom u mħarsa. Tfal li jagħtihom l-aqwa opportunitajiet edukattivi, filwaqt li jgħixu f ' pajjiż isbaħ. Imma mhux se jieqaf fil-Garanzija għat- Tfal għaliex se jġedded il-Garanzija għaż- Żgħażagħ," temm jgħid il-Ministru Clion Grima.