Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 letteratura IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum Reżistenza Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kont ili ma naqra dramm, u b'daqshekk pjaċir. It-teatru, fl-aħħar mill-aħħar, mhux magħmul biex jinqara imma biex jintwera u jinħadem. U l-ewwel att ta' kuraġġ huwa li tippubblikah, anki għall- posterità u biex ma jtirx mar-riħ li jibda jinfoħ malli jingħalaq is-siparju. Il- Merlin Publishers, anki fi żminijiet diffiċli għall-ktieb Malti, għażlu li jibqgħu mal- missjoni tagħhom li joħorġu l-kitba ġdida u innovattiva, li madankollu f 'idejn Clare Azzopardi hija dejjem garanzija żgura ta' kwalità. Tebut Isfar kien inħadem bejn it-13 u t-28 ta' Ottubru 2018 fl-MITP, l-ispazju teatrali multifunzjonali tal-Università l-Qadima l-Belt fejn, meta kont insegwi t-teatru wisq u wisq aktar mil-lum, rajt bosta mir-rappreżentazzjonijiet kotrana li kienu jsiru lejn l-aħħar tad-disgħinijiet. M'iniex espert fil-qasam, imma jaf dak kien żmien ta' rinaxximent teatrali b'diversi gruppi u spazji joffru firxa wiesgħa ta' esperjenzi: minn Stephen Florian u l-wiri ta' drammi klassiċi fl-ispazju tan-NAAFI, sa xogħlijiet bħal tal-Aleateia u tat-Teatru Anon, fost bosta oħrajn. Madankollu, qisu t-teatru Malti dejjem jirrokka, b'xi mod. Apparti nuqqas ta' librerija ppubblikata tax-xogħlijiet, maħruġa bl-iskossi u sikwit b'mod indipendenti u inċert, hemm ukoll sulluzzu fil-kontinwità tal-produzzjoni u tal-kitba. Konkorsi bħall-Premju Nazzjonali tal- Ktieb jew il-Konkors Francis Ebejer sikwit jispikkaw bid-diffikultà li jinstab test biex jiġi ppremjat (jekk jinstab it-test!) u, bħal fl-edizzjoni ta' din is-sena, il-Premju jerġa' jara biss żewġ parteċipanti, wieħed bil- Malti u bl-Ingliż, u dejjem l-istess nies, bħallikieku t-teatru oriġinali Malti huwa essenzjalment mejjet. Mhux biss, imma t-taqsima teatrali tal-eżamijiet tal-Malti baqgħet titwieżen mit-tridu 'klassiku' ta' Ebejer, Sant u Calleja, li minkejja l-livell evidenti u l-kontenuti validi u anki attwali, jaf joħorġu astrużi wisq għall- istudent medju, kif ukoll xogħlijiet li diffiċli ġġebidhom tul sena skolastika. Daż-żmien, madankollu, hemm ċertu vantaġġi li ta' min jisfruttahom. Fosthom it-teknoloġija, kif rajna, nagħtu każ, mill- proġett ta' Teatru Malta waqt il-pandemija fejn stajt tara produzzjonijiet ġodda mill- kumdità ta' darek, u ovvjament il-faċilità tar-reġistrazzjoni. Każ speċifiku li juru l-kontradizzjoni tat-tixrid teatrali huwa Menz ta' Francis Ebejer, bħalissa fis-sillabu tal-MATSEC, li nħadem darba fi żmienu u li m'għandniex artefatt irrekordjat biex imqar nuruh lill-istudenti. Id-diffikultà relattiva biex tippreżenta drammi bħal dawn lill-etajiet żgħar, u anki l-espressjoni forsi 'datata' tagħhom, donnha xorta waħda żżomm milli wieħed ifannad

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022