Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Ħsibna li wara l-pandemija n-numri se jerġgħu jonqsu ... imma għadna nqassmu 300 ikla fil-ġimgħa' YENDRICK CIOFFI TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Patri Hilary Tagliaferro qal ukoll mal-ILLUM li żdiedu dawk il- persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom. "Ma nafx kif qed naċċettaw li 300 ruħ jorqdu barra. Iva hawn 300 ruħ żgur bla dar. Id-djar li jilqgħu n-nies bla saqaf fuq rashom, huma mimlija. Ejja hawn bil-lejl u ara n-nies rieqda fuq il- bajjiet. Ħdejna jkun hawn tliet persuni oħra rieqda barra." Fakkar kif il-Millenium Chapel għandha wkoll Foodbank u bħalissa qed toffri xejn inqas minn ikla lil 200 familja darba fix- xahar. "Nagħtuhom xirja tajba. Nagħtuhom l-aktar affarijiet importanti u bażiċi. Tkun tiswa mal-€50," insista Patri Hillary. Ovvjament, l-ispejjeż u l-prezzijiet għolew għal kulħadd, b'Patri Hillary jikkonferma li anke huma qed ibatu minħabba l-inflazzjoni. Madanakollu rringrazzja lil diversi kumpaniji li fi kliemu jagħtu donazzjonijiet kbar, anke ta' ikel u lil diversi individwi li jibqgħu jkunu ta' sostenn għalihom. 'Wara l-pandemija l-familji li jkollhom bżonn l-ikel baqgħu ħafna' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Barbara Caruana, Manager tal-Foodbank Lifeline Foundation li spjegat kif minkejja li ħasbu li wara l-pandemija n-numru ta' familji li kienu qed jgħinu se jonqos, fil-verità n-numru baqa' għoli meta mqabbel ma' kemm kienu jgħinu familji qabel feġġ il-Covid-19. Fil-fatt, Caruana spjegat kif qabel feġġet il-pandemija, kienu jgħinu madwar 100 familja fil- ġimgħa. Fl-eqqel tal-pandemija ġieli kienu qed joffru xirja lil 600 familja fil-ġimgħa. "Ħsibna li n-numri se jerġgħu jinżlu, imma preżentament għadna qed ngħinu 300 familja fil-ġimgħa," qalet Caruana. Li tagħmel din il-Fondazzjoni huwa li tgħin lil dawn il-familji sakemm jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Min imur għandhom, iqabbduh minnufih mal-ħaddiema soċjali għax l-għan tagħhom huwa dejjem li dawn il-familji jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex eventwalment ifendu għal rashom. Diversi familji jkunu riferuti għandhom ukoll mingħand diversi għaqdiet, entitajiet u NGOs. Caruana spjega kif il- Fondazzjoni tipprovdi xirja kull ġimgħa lil dawn il-familji għal sitt ġimgħat. Jekk wara sitt xhur ikunu għadhom ma jifilħux, jibqgħu joffrulhom ix-xirja għal sitt ġimgħat oħra u hekk jiġri għat-tielet darba jekk il-familja tibqa' daharha mal-ħajt. F'din ix-xirja, il-Fondazzjoni toffri biżżejjed ikel għal ġimgħa, biex il-familja tiekol kolazzjon, l-ikla ta' nofsinhar u dik ta' filgħaxija. Mistoqsija jekk bħala Fondazzjoni hux tħoss ukoll il- piż tal-inflazzjoni, anke għax trid taħżen l-ikel, Caruana wieġbet fil-pożittiv anke għax wara kollox għola l-prezz tal-aktar ikel bażiku li huma jqassmu. "Illum baskett ikel qed jiswina aktar. Konxji ta' dan," insistiet. "Qed nonfqu aktar." Madanakollu, fejn jidħlu d-donazzjonijiet, Caruana ma setatx tindika x'inhi s-sitwazzjoni, anke għax il-maġġoranza tad- donazzjonijiet jirċevuhom fi żmien il-Milied. Tittama biss li f 'Diċembru li ġej (u mhux biss) id-donazzjonijiet jibqgħu b'saħħithom biex ikunu jistgħu jkomplu bis-servizz tagħhom u jlaħħqu mad- domanda. 'In-nies li qed jitolbu l-għajnuna żdiedu! Hawn nies li qed iħossu l-piż' Bla dubju ta' xejn, il-parroċċi u allura l-kappillani huma fost l-aktar viċin il-familji fil- komunitajiet Maltin u l-Għawdxin u għalhekk li l-ILLUM tkellmet magħhom ukoll. Dun Mark Andre Camilleri, Kappillan ta' Raħal Ġdid ikkonferma mal-ILLUM li fl- aħħar xhur u ġimgħat kienu ħafna dawk il-familji u individwi li ressqu lejn il-parroċċa jitolbu l-għajnuna għax ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. "Dalgħodu stess ġiet koppja żagħżugħa li għadhom kemm kellhom tewmin. Ikollok wild wieħed ukoll ħafna spejjeż aħseb u ara kollox doppju. Ma jistgħux ilaħħqu," insista l-Kappillan. "Hawn min qed jinqeda, imma hawn nies li l-inflazzjoni qed iħossuha." Camilleri saħaq li anke jekk it li xejn jista' jsir, il-parroċċa qed tipprova tagħmel l-almu kollu tagħha, anke permezz ta' servizz ta' ħaddiema soċjali li qed toffri lil dawn il-familji, bil-għan li jkunu mgħejjuna wkoll iqassmu flushom aħjar u anke jirċievu taħriġ biex isibu mpjieg aħjar. 'Jiġu wkoll ħafna barranin sfruttati" Apparti l-Maltin, Dun Mark tkellem ukoll fuq ħafna barranin li jgħixu fil-parroċċa tiegħu u li jkunu sfruttati minn dawk li jħaddmuhom. "Jiġu għandi barranin li daqqa jkunu xogħol u daqqa le għax ma jkunx fiss. Oħrajn li jaħdmu, mingħalihom se jaqilgħu l-paga, jasal l-aħħar tax-xahar u min iħaddimhom ma jħallashomx. Hemm min qed ikun sfruttat u għax ikunu bla dokumenti, ma jkunux jistgħu jirraportaw," saħaq il-Kappillan. 'Qed inqassam 180 kull xahar' L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Arċipriet tal-Parroċċa ta' Bormla, Dun Anton Cassar li wkoll innota żieda, anke jekk fi kliemu mhux esaġerata, ta' nies li minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, sabu darhom mal-ħajt u kellhom iduru fuq il- parroċċa għall-għajnuna. Fil-fatt, Dun Anton spjega kif preżentament, il-parroċċa Bormliża qed tqassam xejn inqas minn 180 xirja fix-xahar lil dawn il-persuni u l-familji. "Il-parroċċa qed toffri xirja mdaqqsa lil dawn il-persuni," kompla l-Arċipriet. Mistoqsi jekk dawk li qed jitolbu l-għajnuna humiex Maltin, l-Arċipriet wieġeb fil-pożittiv u saħaq li kważi ħadd minn dawk li dahru fuq il-parroċċa ma huma barranin. Hemm aktar parroċċi li qed joffru dawn ix-xirjiet. Fost dawn, l-ILLUM tkellmet mal-Kappillan tal-Parroċċa Dumnikana tal-Belt, Patri Michael Camilleri O.P, li stqarr kif anke jekk ma nnotax xi żieda fit-talbiet għall-għajnuna, madanakollu l-parroċċa toffri mat-80 xirja fix-xahar lil familji Maltin li mhux ilaħħqu mal- ispejjeż. Foodbanks, entitajiet u parroċċi jispjegaw mal-gazzetta ILLUM li qed jiżdiedu dawk il-Maltin li qed isibu ruħhom darahom mal-ħajt u li qed jirrikorru għandhom għall- għajnuna u saħansitra biex jagħtuhom x'jieklu Dun Anton Cassar, Patri Hilary Tagliaferro u Dun Mark Andre Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022