Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 kotba IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum L-għajta nofs il-bejgħ Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-koppja Mallia & D'Amato proprjament huma t-tnejn Mallia. Roderick u Ritianne, li jmexxu l-aktar ditta eċċitanti fil-bejgħ tal-kotba bħalissa, u żammew l-aħħar kunjom bħala tribut lil wieħed mill-ewwel fundaturi. M'ilux daħlu daqsxejn ukoll fil-polemika li tqajmet dwar il-bini propost ta' lukanda fis-sit tal-mitiku Mireva, malli toħroġ mill-Università. Lil hinn mill-problema li l-Università ta' Malta issa mhijiex se jkollha ħanut tal-kotba, u lanqas għandha pjanijiet għal wieħed, il-Mallijiet wissew kontra s-sempliċi nostalġija għal ħanut li darba kien u issa m'għadux, u sejħu lill-qarrejja wkoll għall- azzjoni. Fil-qofol, stqarrew bl-aktar mod skjett li ħanut possibbli biss jekk ikollu min iżuru u min jixtri mingħandu. Realisti Ritianne u Roderick. Imma wkoll ħabrieka u kreattivi. Fi ftit snin, bnew preżenza online, sit minn fejn tista' tagħżel il-kotba u tordnahom, u jwassluhomlok personalment id-dar mgeżwra f 'pakketti speċjali, b'markapaġna u anki messaġġ speċjali. Jaħdmu wkoll bħala, kif isejħu lilhom infushom, kuraturi tal-ixkafef, fis-sens li jagħtu l-pariri dwar il-kotba li ta' min taqrahom u jintroduċu lill-qarrejja għal titli u awturi ġodda. Is-servizz kollox, insomma, u dik li tagħtihom l-akbar vantaġġ fuq kompetizzjoni li hija qawwija, monolitika u essenzjalment mejta li kieku mhijiex imwieżna mis-saħħa korporattiva. Bil- Malti, jafu x'qed ibigħu, u mhumiex sempliċement lavranti jfittxu t-titli fuq Google jew li l-ixkafef jidhrilhom kollha xorta. Imma l-bejjiegħ, minkejja kull virtwalità tad-dinja tal- lum, jibqa' marbut mal-ħanut. Bħalma hu l-konsumatur, wara kollox, fejn id-dimensjoni tax- xiri hija wkoll waħda fiżika u emozzjonali. Tarah l-oġġett, tmissu jew tippruvah, tkellem lill-espert li jaħdem fih. U għalhekk, fost l-innovazzjonijiet diversi li qed iġibu Mallia & D'Amato, se jfaqqsu ħanut. Għal tlett ijiem, bejn id-29 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru, pop-up shop f '4 Triq l-Inġiniera, il-Belt, se jiftaħ mix-xejn biex imbagħad jagħlaq u jgħib, imma bit-tama li dan l-esperiment ikun wieħed minn ħafna u forsi jwassal għal xi ħaġa wisq aktar permanenti u vijabbli. Il-pop-up shop tal-kotba mhuwiex kunċett ġdid għal Malta. Mill-inqas żewġ intrapriżi tal-bejgħ tal-kotba remainders u skontati jew bir-ribass regolarment jiħu f 'siti battala jew inkella fi swali jew żoni ideali għall-kunċett ta' fiera. Fil-każ ta' Mallia & D'Amato, is-sit tal-Belt qed jingħata mill-AP Architects, l-istudju tal-periti prestiġjuż li huwa wkoll involut fi proġetti oħrajn mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-AP huma magħrufa għall-impenn kulturali tagħhom: bħalma tistqarr il-viżjoni tagħhom stess, jaraw l-arkitettura bħala ħallieqa tal-postijiet, kontenitur tat- tifsir, katalista għar-relazzjonijiet, fabbrikanta tal-miti u produttriċi tan-narrattivi. Storja ġdida għall-ktieb Malti, fil-fatt, li nittamaw li tkompli tiżviluppa u toktor. Ritianne tirrimarka dwar il-bżonn li d-dinja tal-ktieb f 'Malta tfittex dejjem aktar sinerġiji ma' oqsma 'ħbieb' u kumplimentari, u żżid ukoll li l-ilbiet u l-irħula tagħna qed jgħaddu minn bidla li miexja lejn aktar ħwienet ta' konvenjenza u ta' xiri agħmi u immedjat, milli postijiet, bħal ħanut tal-kotba kif nafuh u nixxenqu għalih, li huwa wkoll esperjenza. Din mhix se tkun nieqsa mill-pop-up shop tal- weekend li ġej, li se jkun miftuħ mis-sitta u nofs ta' filgħaxija sat- tard. Id-29 se jilqa' t-tnedija ta' ktieb ippubblikat mill-AP, The Founding Myths of Architecture. Attivitajiet oħra huma qari organizzat minn Inizjamed, fejn se jerġgħu jiġu inviżtati l-kitbiet minn pubblikazzjonijiet diversi tal-NGO li torganizza l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta; taħdita minn Luke Galea, bħalissa l-preżentatur tal-poddata Markapaġna, dwar il-poetessa rebbieħa tan-Nobel Louise Glück; kif ukoll żewġ wirjiet. Waħda fotografika, Spaces in Suspension, ta' Therese Debono u Joe Smith, proġett dwar is-sit abbandunat tal- Grand Hotel Verdala, kif ukoll wirja ta' xogħlijiet tal-bronż mill-Funderija Artistika Joseph Chetcuti, rebbieħa tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat. Sinerġija tassew bejn arti u snajja' diversi, li flimkien mal- kotba, se jokkupaw spazju battal u jġibuh ħaj għal tlett iljieli fil- Belt li qamet u ħadet ir-ruħ iżda li mhux bilfors toffri biżżejjed inizjattivi kulturali. Jien u nisma' lil Roderick u Ritianne, nerġa' Id-dinja tal-ktieb Malti għandha wisq aktar entitajiet indipendenti milli wieħed jaħseb, ibda mill- pubblikaturi li huma impriżi żgħar iwettqu l-mirakli kuljum, sad-diversi spazji u inizjattivi (li spiss tkellimna dwarhom hawn) li, magħqudin flimkien, jistgħu anki b'xi mod jibdew jgħattnu kemxejn ix-xatba mostruża li timblokka l-aċċess għad-dinja tal-ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022