Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 Maltin jemmnu li negozjanti għall-pjaċiri problema xejn. Fil-quċċata ta' din il-lista, 78% tan-negozjanti Ċiprijotti jħossu li l-korruzzjoni hija problema għalihom, b'46% minnhom li jemmnu li hi problema kbira. Min- naħa l-oħra 21% biss jemmnu li l-korruzzjoni għalihom mhix daqstant problema. Iċ-Ċiprijotti huma segwiti mill-ġirien, il-Greċja, fejn 76% jemmnu li l-korruzjoni hi problema għan-negozji tagħhom, b'50% minnhom li jemmnu li din hija problema serja ħafna. Simili għaċ-Ċiprijotti, 25% biss tal- Griegi jemmnu li l-korruzzjoni mhix daqstant problematika għalihom. Fit-tielet post fuq din il-lista hemm ir-Rumanija, li bħala ċifri tinsab qrib ħafna tal-ewwel tnejn, b'70% li jemmnu li hemm problema filwaqt li kwart tal-parteċipanti tas-sondaġġ li ma tikkawżalhomx problemi. Il-folja tinqaleb kompletament fl- Estonja, l-Irlanda u d-Danimarka. Fl-Estonja huma 9% biss tan- negozji li jemmnu li taffetwahom il-problema ta' korruzzjoni. Filwaqt li 88% tan-negozjanti ma jemmnux li hemm problema. Simili għal dan, 7% tal-Irlandiżi biss jemmnu li hemm problema ta' korruzzjoni, iżda imbagħad 91% jemmnu li din mhix problema. U finalment l-inqas pajjiż li fih in-negozjanti jindikaw problema ta' korruzzjoni hija d-Danimarka, fejn bħal-Irlanda, 7% jemmnu li hemm problema, 92% jemmnu li ma għandhomx problema ta' korruzzjoni, li minnhom 80% jemmnu li din żgur mhix problematika għan-negozjanti tal- pajjiż. Il-problemi ta' korruzzjoni għan-negozjanti Maltin naqsu b'2% Tajjeb li nirrimarkaw li minkejja li Malta kważi tinsab minn ta' quddiem fuq problemi li jiffaċjaw in-negozjanti Maltin, kawża ta' korruzzjoni, fi żmien tliet snin naqsu b'2% dawk li jemmnu li l-korruzzjoni hija problema. Jiġifieri minkejja li issa 58% tan-negozjanti Maltin jemmnu li jiltaqgħu ma' problemi relattivament serji ta' korruzzjoni, fl-2019 dan il- persentaġġ kien ta' 60%. B'mod ġenerali din tirrifletti x-xejra fl-Ewropa fejn il-medja naqset ukoll. Min-naħa l-oħra n-negozjanti Ċiprijotti, li qed jaraw il-korruzzjoni bħala problema għan-negozju tagħhom, fi żmien tliet snin żdiedu bi 30%. L-istess il-Greċja li minkejja li r-rata taż-żieda kienet kemmxejn inqas minn dik ta' Ċipru, xorta żdiedet bi 17%. Kuntrarjament għal dan, ir- Rumanija li tinsab fit-tielet post, għamlet progress notevoli hekk kif il-persentaġġ ta' dawk li qed jgħidu li taffetwahom il-korruzzjoni naqas bi 18%. L-ikbar progress f 'dan il-perjodu sar minn Franza li kellu l-aktar tnaqqis, b'20%. 51% tan-negozjanti Maltin jemmnu li pajjiżna għandu problema ta' nepotiżmu u klijenteliżmu F'din il-parti tas-sondaġġ, in-negozjanti Ewropej ġew mistoqsija kemm il- klijenteliżmu u n-nepotiżmu huma meqjusa bħala problema fil-pajjiż rispettiv tagħhom. Minkejja li din il-mistoqsija hija differenti minn dik ta' qabilha, nerġgħu naraw ir- ritorn ta' Ċipru, ir-Rumanija u l-Greċja fil-quċċata u lid- Danimarka u l-Irlanda fil- qiegħ. Malta tibqa' mal-ewwel 10. Filwaqt li l-medja Ewropea kienet ta' 33%, 51% tan- negozjanti Maltin irrispondew li jiltaqgħu ma' problemi ta' klijenteliżmu u nepotiżmu. Kienu 40% tal-Maltin li saħqu li dawn ma tantx huma problemi kbar f 'pajjiżna, li minnhom 27% saħqu li ma hi problema xejn. Min-naħa l-oħra 72% taċ- Ċiprijotti jemmnu li dawn huma problemi serji u huma 22% li jemmnu li mhumiex daqstant. Din id-darba Ċipru kienet segwita mir-Rumanija fejn 68% jemmnu li l-klijenteliżmu u n-nepotiżmu huma problemi, filwaqt li 28% qablu li mhix daqstant. Mad-Danimarka u l-Irlanda, issa ingħaqdet l-Olanda. 14% tad-Daniżi biss jemmnu li n-nepotiżmu u l-klijenteliżmu hi problema għan-negozji tagħhom filwaqt li 80%, jisħqu li mhijiex. Intant huma 9% biss tan-negozjanti Olandiżi li jemmnu li din hija problema filwaqt li 88% jemmnu li mhijiex. Fl-aħħar huma 8% tan-negozjanti Irlandiżi biss li jemmnu li hemm problema ta' klijenteliżmu iżda imbagħad 90% tan-negozjanti Irlandiżi jaqblu li din mhix problema għalihom. Huwa tajjeb li ninnotaw li meta il-parteċipanti kienu mistqosija fuq il-korruzzjoni b'mod ġenerali fil-pajjiż, mhux biss fin-negozju, 72% tal-Maltin jemmnu li hi problema, 4% inqas minn meta mistoqsija fl- 2019, inċidentalment l-aħħar sena li fiha Joseph Muscat kien Prim Ministru. Hawn il-medja Ewropea kienet ta' 63%. tal-Ewrobarometru juri kif 45% tal-Maltin għadhom jemmnu li fl-għoti ta' xogħol u tenders, f'kelma oħra korruzzjoni...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022