Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Sports 21 Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, l-atleta ewlenija Maltija Lisa Bezzina ħadet sehem fin-Nofs Maratona ta' Sevilla ġewwa Spanja fejn konna 'l fuq minn 10,000 atleta. Bezzina nnifisha tatna iktar dettalji fejn qalet li: "Din kienet l-ikbar esppereza ta' ħajti u l-ikbar nofs Maratona li ħadt sehem fiha s'issa ovvjament. Qatt u qatt ma kont qed nistenna li nispiċċa mal-ewwel tliet atleti. Jiena tlajt hemm mal-kowċ tiegħi biex inkomli nikseb esperjenza għan-Nofs Maratona u nipprova nagħmel ħin tajjeb għalkemm kienet 200 metru itwal, kont nagħmel PB kbir - ovvjament trid tnaqqas 40 sekonda mill-ħin li għamilt u xorta ġie t-tieni l-aħjar ħin tiegħi. Ma tantx tistennieha maratona daqshekk kbira li ħa tkun 200 mteru itwal imma dawn l-iżbalji jistgħu jiġru kullimkien. Bdejt fil-ħames pożizzjoni u wara kont ir-raba' wara l-aħjar atleta ta' Spanja. Ovvjament xħin dħalt u ġie fuqi l-kummentatur u qalli li ġejt it-tielet, bdejt nibki bil-ferħ! Ma stajtx nemmen u ħadt gost ħafna nagħmilha u kieku kienet imkejla tajjeb kont nagħmel personal best kbir u wkoll ħassejtni b'saħħti l-ħin kollu. Spiċċajna l-ewwel il-Kenja, it-tieni l-Etjopja, u t-tielet Malta. Xħin tlajt fuq il-podju, bdejt inġib quddiem għajnejja s-sagrifiċċju li nagħmel. Inqum kuljum fl-4am għat- taħriġ tiegħi imma tieħu sodisfazzjon kbir. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill- kowċ bravu tiegħi Ivan Rozhnov, lill-ġenituri tiegħi, lir-raġel u t-tfal tas-sapport kbir li jagħtuni, lil SportMalta, MAAA, MOC, lill-fiżjo- terapista Milos Stanisavljevic, lill- isponsors kollha tiegħi li huma Team Barry Malta International Challenge Marathon, Team HUDSON Malta, Urban Jungle House of Sport, Go Sport, Nyoo Hamrun, Uncle Matt's Kitchen, Garmin Malta ,TECHNO GYM Malta, Incper Fitness Centre, lill-ħabib tiegħi Peter Azzopardi, u lill-klabb tiegħi Pembroke Athleta - grazzi kbira lil kulħadd!" Lisa Bezzina tkompli tibbrilla... ittemm mal-ewwel 3 minn aktar minn 10,000 atleta l-Maratona ta' Sevilla qalbi nirringrazzja lill- kowċ bravu tiegħi Ivan isponsors kollha tiegħi Lisa Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019