Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
19 illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 TV/Ċinema Mingħand id-direttur Peter Farrelly, flimkien ma' ħuh Bobby, is-soltu nistennew kummiedji sfrenati, mimlija eċċessività u anki banalità. Mgħejjun minn żewġ protagonisti tassew brillanti, minn screen play, oriġinali fluwida u editjar mexxej b'andament frisk, dan id-direttur verament issorprenda fi Green Book. Din hija kummiedja sofistikata b'temi serji u eċċitament kontinwu, fejn kemm Viggo Mortensen u kemm Mahershala Ali kontinwament jiffaċċjaw lil xulxin b'relazzjoni tant mimlija vibrazzjoni li jħalluk sorpriż u skantat. Niftakar li Robert DeNiro u Charles Grodin kienu ġabu wkoll din it-tendenza fuqi f 'Midnight Run (1988), iżda hawn b'aktar impenn u inqas umoriżmu. Bħall-film ta' 31 sena ilu, Green Book hu primarjament 'road movie', ispirat minn storja vera miġjuba mill-veru tifel ta' Tony Lip (Mortensen), Nick Vallalonga. Ambjentat fil-bidu tas-snin sittin, nimbarkaw fuq vjaġġ twil madwar is-Sud profond tal-Istati Uniti fi żmien qalil ta' razziżmu u segregazzjoni. Frank Anthony Vallalonga (Mortensen), magħruf aħjar bħala Tony Lip, jaħdem fil-Copacabana Club ta' New York bħala bouncer u għandu t-tendenza li jsir furjuż u vjolenti, barra li jagħti ħjiel fil-bidu li hu razzist. Meta dan in-nightclub jagħlaq għal xi żmien minnhabba renovazzjoni, jieħu l-inkarigu ta' xufier li jdawwar lil Dr. Don Shorty (Ali), pjanist rinomat iswed li se jagħti diversi kunċerti f 'ħafna Stati. Fit-triq twila tagħhom, dawn it-tnejn jiltaqgħu ma' ħafna ostakoli, bil-problema tar-razziżmu tiddomina. Minkejja li jkunu ta' kulturi, edukazzjoni u dispożizzjoni differenti, fl-aħħar tassew jibdew jammiraw lil xulxin. Green Book hu l-isem tal ktejjeb li Lip jingħata mimli lukandi u postijiet tal-ikel fejn ikunu jistgħu joqogħdu l-Afrikani/Amerikani mingħajr ma jsibu antagoniżmu. Din hi produzzjoni ispirata minn ħbiberija soda li tiddomina fuq razez, klassi u fuq limiti oħra mposti tas-soċjetà diversa li kienet tirrenja f 'dik l-epoka. Żewġ atturi tassew eċċellenti, speċjalment Mortensen, hawn imbaċċaċ sew, b'kilba kontinwa għall- ikel u aptit klubi u kultant bla kontroll, li ma nkunx sorpriż jekk jirbħu l-Oscar fl-aħħar Ħadd ta' Frar. Atturi Ewlenin: Viggo Mortensen; Mahershala Ali; Linda Cardellini; Sebastian Maniscalco; P. J. Byrne. Direttur: Peter Farrelly. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 130 min. Ċert. 12A L-isem Vice jista' jagħti l-impressjoni ħażina li dan hu xi film dwar xi vizzju ikrah bħal tad-drogi jew kriminalità. Dan it-titlu jirreferi għal Dick Cheney, bniedem enigmatiku, li ma tantx iħobb juri, però mimli bil-vizzju ta' vanità u akkwist ta' poter, li minn Casper, belt żgħira f 'Wyoming, fejn kien ħaddiem fl-elettriku, jilħaq Viċi-President tal- Amerika u, fir-realtà, minn wara l-kwinti kien jeżerċita poter aktar minn tal- President - l-aqwa fid-dinja. Biex din il- produzzjoni tiffoka fuq 50 sena fil-ħajja ta' Cheney (Bale) f 'ħin ta' sagħtejn u kwart, l-andament mhux wieħed koerenti. Dan il-film jieħu s-sura ta' kummiedja sottili u oskura biex juri użu ħażin ta' poter istituzzjonali. Il-kataklist f 'ħajtu kienet il-mara leali u formidabbli tiegħu, Lynne (Adams) li kienet kapaċi tikkontrollah u tqabbdu t-triq lejn il-White House fejn ikun imħarreġ fil-politika u l-immanuvrar tagħha minn Donald Rumsfield (Carell), bniedem li jbati bil-burdati, li wara sar Ministru tad-Difiża. Bil-mod Cheney jindafar fil-qalba ta' Washington D.C., fejn beda fl-amministrazzjoni ta' Nixon, isir Chief Of Staff fil-White House meta Gerald Ford kien President u wara segretarju ta' George W. Bush (Rockwell), fejn kellu kontroll assolut fuq dan il-President meta laħqu l-Viċi- President tiegħu. L-immanuvrar politiku tiegħu, meta b'mod stuż, wara l-attakk terroristiku tal-11 ta' Settembru 2001 daħħal lil pajjiżu fi gwerra fl-Iraq, biddel id-dehra politika Amerikana bil-mewt ta' eluf ta' suldati ta' pajjiżu u t-torturi ħorox li saru fuq suspetti mingħajr bażi biss. Mill-banda l-oħra, Cheney kien verament pilastru u devot lejn il-familja tiegħu. Vice juri anki siltiet oħra minn ħajtu fosthom li kien ibati minn qalb marida u kellu jagħmel trapjant li rnexxa u li kien dilettant jinżel fil-baxx fix-xmara jgħaddi ħafna ħin jistad, passatemp li jirrikjedi dik il-paċenzja li servietu tajjeb jilħaq fejn kellu jilħaq. L-irtokk li sar fuq Christian Bale u d-dieta li ħa biex ħxien bħal Cheney huma xi ħaġa meraviljuża. Kemm hu u kemm Amy Adams bħala l-mara li timponilu kollox jagħtu ħajja vivaċi lil din il-bijografija li però ma tinħassx kompluta. Vice Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Christian Bale; Amy Adams; Steve Carell; Sam Rockwell; Tyler Perry; Alison Pill. Direttur: Adam McKay. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 132 min. Ċert. 15 A dog's way home Atturi Ewlenin: Ashley Judd; Jonah Hauer-King; Alexandra Shipp; Wes Studi; Edward James Olmos. Vuċi Ewlenija: Bryce Dallas Howard. Direttur: Charles Martin Smith. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 96 min. Ċert. P.G. Films ġodda għal din il-ġimgħa Green Book Fiċ-ċinema rajna diversi klieb bravi, fosthom l-aktar Lassie li, meħudin 'il bogħod mis-sidien maħbubin tagħhom jitilqu għal għonq it-triq biex jerġgħu jfittxu lil min tassew jieħu ħsiebhom. A Dog's Way Home, ukoll jidħol ma' din il-kategorija, għalkemm aktar imxaqleb lejn il-films ta' Walt Disney ta' xi ħamsin sena ilu, speċjalment The Incredible Journey , fejn il-protagonisti prinċipali kienu żewġt iklieb u qattus Siamese. F'post imħarrbat fejn se jinbena, Lucas (Hauer- King), żagħżugħ isib ġeru qalb xi qtates, jieħdu miegħu d-dar u jsemmi lil din il-kelba Bella. Wara xi żmien tgħix id-dar miegħu u ma' ommu, Terri (Judd), kif ukoll tieħu grazzja magħha Olivia (Shipp), il-ħabiba, jirċievi aħbar ħażina. Fil-belt ta' Denver, Colorado, il-klieb pitbull huma projbiti. Lucas jibgħat lil Bella biex tgħix ma' oħrajn f 'Farmington, New Mexico, 400 mil bogħod minn daru. Tant inkarmet wara l-ħlewwa ta' Lucas li Bella tiskappa minn hemm u tibda vjaġġ li jieħu kważi sentejn, jekk jirnexxilha tibqa' ħajja. A Dog's Way Home hu film avventuruż, immirat perfettament għall-familji u dawk li jħobbu l-annimali, li l-qofol tiegħu hu dan il-vjaġġ maestuż mimli intriċċi, perikli, l-aktar tat-traffiku u sagrifiċċji. Hawn tiddomina ħafna l-fotografija vivida u ċara tal-erba' staġuni kif jolqtu lill-pajsaġġ fejn dan l-annimal iterraq fihom.