Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
Iżda l-għaqdiet se jħossuhom aktar issikkati? Iżda dawn l-emendi b'xi mod jew ieħor jistgħu jkunu qed joħolqu xi tip ta' pressjoni jew joħonqu lil dawn l-għaqdiet? "Lanqas xejn. Anzi, ir- regolamentazzjoni qed tgħinek biex taħdem f 'parametri u qed tgħinek biex tkun konxju ta' kif qed tonfoq flusek," saħaq Grima. "Min jagħtik id-donazzjonijiet jippretendi li l-flus qed imorru fejn suppost għandhom imorru u għandu dritt ikun jaf kif qed jintefqu." Għalhekk, kompla jispjega s-Segretarju Parlemantari, dawn l-emendi qed joħolqu bilanċ important fejn qed jagħtu l-libertà lil dawn l-għaqdiet biex ikomplu jaħdmu, iżda qed ikun żgurat li l-operat tagħhom huwa wieħed ġust u skont il-liġi. Staqsejna lil Grima jekk kienx hemm xi punt partikolari li qajjem xi ftit ta' diskussjoni jew tħassib fost l-Għaqdiet Volontarji. Spjega kif kien hemm numru ta' kumitati ġodda li staqsew kif se jagħtu r-rendikonti tagħhom jekk il-kumitat li kien hemm qabilhom ma ħalliex biżżejjed dokumentazzjoni. "Provajna naraw jekk legalment stajniex nagħtu waiver lil dawn l-għaqdiet. Din ma stajniex nagħmluha. Allura qed nagħtuhom ċans li fejn tidħol id- dokumentazzjoni jerġgħu jibdew mill-bidu," spjega Grima. "Dan aktar jikkonfermali kemm huma importanti dawn l-emendi, għax qabel dawn l-għaqdiet ma setgħux jibbenefikaw minn fondi. Il-flus dejjem problema. Jekk hemm fondi Ewropej jew nazzjonali għalfejn ma għandekx tibbenifika minnhom?" Apparti aktar indipendenza mogħtija lill-Kummissarju, dawn l-emendi jagħtu aktar indipendenza lill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju. Sa ftit tax-xhur ilu, il-membri kollha f 'dan il-Kunsill kienu jinħatru mill-Ministru jew mis-Segretarju Parlamentari responsabbli. Bis- saħħa ta' dawn l-emendi, is- Segretarju Parlamentari se jagħżel ftit mill-membri li jridu jkunu ġejjin minn kull settur, filwaqt li l-bqija tal-membri jintgħażlu b'mod demokratiku mill-għaqdiet volontarji. 'Is-sistema edukattiva għandha tirrikonoxxi l-volontarjat' Staqsejna wkoll lis-Segretarju Parlamentari, jekk jixtieqx jara xi ħaġa oħra fis-settur tal-volontarjat u li dawn l-emendi ma indirizzawx. Grima wieġeb li fl-aspett edukattiv, il-pajjiż fadallu ħafna x'jiftaħ fuq is- saħħa, l-isport u l-volontarjat. "Ma jkunx ħażin li fil-futur ikollok anke kretti li jirrikonoxxu x-xogħol li student jagħmel fil-volontarjat," saħaq Grima. "Is-sistema edukattiva tagħna miexja minn waħda ta' one size fits all, għal waħda li qed tiftaħ ħafna toroq għall-istudenti. Qed naraw li l-ħiliet tal-istudenti tagħna niżviluppawhom għax għandhom valur. U l-volontarjat ma għandux valur? Il-volontarjat huwa l-iskola tal-ħajja," insista Grima. Temm billi rringrazzja wkoll lill- Oppożizzjoni, b'mod partikolari lid- Deputat Hermann Schiavone, għax fi kliemu ħadmu ħafna flimkien fuq dawn l-emendi li l-Oppożizzjoni appoġġjat. 9 Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum trasparenza u aktar opportunitajiet Il-punti prinċipali ta' dawn l-emendi • Persuni illi jkollhom minn 16-il sena 'l fuq jistgħu jwaqqfu għaqda volontarja • Organizzazzjonijiet li jkollhom dħul ta' aktar minn €5,000 huma obbligati li jirreġistraw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall- Għaqdiet Volontarji; dawk bi dħul inqas iridu jinnotifikaw lill- Kummissarju • Organizzazzjoniet reliġjużi ser jiġu rregolarizzati permezz tal- kodiċi kanonika; il-Kurja se tipprovdi lista tal-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx skop filantropiku, bħall-parroċċi, biex dawn ma jirreġistrawx bħala għaqdiet volontarji • Organizzazzjonijiet politiċi ser jiġu rregolati permezz tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi • Il-Kummissarju jista' jwaqqaf kull organizzazzjoni meta din tkun qed tikser ir-regolamenti; jista' jinvestiga u jitlob kull informazzjoni mingħand l-għaqdiet jew amministraturi • L-emendi daħlu fis-seħħ ir-regolamenti tal-MoneyVal biex ikunu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu waqt li joħloq aktar trasparenza fil-kontijiet u prospettivi annwali • Għaqdiet bi dħul ta' anqas minn €50,000, iridu jippreżentaw kontijiet annwali lill-Kummissarju u jkunu ffirmati mit-teżorier u ċ-Chairman • Għaqdiet bi dħul ta' bejn €50,000 u €250,000 jridu jippreżentaw kontijiet annwali lill-Kummissarju u jkunu ffirmati minn accountant estern • Għaqdiet bi dħul ta' aktar minn €250,000, iridu jippreżentati kontijiet annwali lill-Kummissarju u jkunu suġġetti għal full audit • Eliminata kull forma ta' interess privat mill-Għaqdiet Volontarji • Miżjuda wkoll dispożizzjonijiet dwar il-cryptocurrencies (block chains), f 'dak li għandu x'jaqsam ma' dħul finanzjarju minn teknoloġija innovattiva, fejn il-profitt jibqa' għall-iskop prinċipali tal-organizzazzjoni • Il-Kunsill tas-Settur tal-Volontarjat ser jibda jkun appuntat/elett b'mod differenti. Ħames membri se jkunu nnominati mis-settur u appuntati mill-Ministru. Sitt membri ser ikunu eletti direttament fuq il-Kunsill mis-settur. Dawn ser ikunu jirrappreżentaw sitt oqsma li jirrappreżentaw lis-settur li huma dawk: Soċjali u Umanitarju; Saħħa u Disabilità; Ambjent u Ħarsien tal-Annimali; Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport; Arti u Kultura; u Għawdex. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima