Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Sports 23 Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum 'Bil-barranin li ġibna, il-livell għola ferm u dan qed jiġi ri ess r-riżultati miksuba ' - Leighton Grech minn Cristian Antony Muscat LEIGHTON Grech - fost l-aqwa futbolers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li qed ikollu staġun mill- aqwa ma' Senglea Athletic. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi għall- futbol bdiet minn ta' età żgħira ħafna infatti ta' ħames snin kont diġà bdejt nilgħab fin-nursery ta' Hibernians. Missieri kien dejjem ikun bil-ballun kull fejn immorru għalhekk kif kbirt u bdejt nifhem il-logħba tal-futbol bqajt insegwiha u nħobbha s'issa. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul dan l-istaġun s'issa? Sal-ewwel rawnd tista' tgħid li ma wrejniex xi logħob spettakolari għalkemm konna daqsxejn batuti xorta nahseb li ġibna riżultati raġonevoli għajr għal żewġ logħbiet F'dawn l-aħħar erba' ġimgħat kien hemm tibdil fil-barranin u l-livell għola u deher biċ-ċar mill- ewwel għax bdejna t-tieni rawnd bi tliet rebħiet konsekuttivi. Taqbel mal-format ta' 14- il tim fil-Premier? Iva naqbel għax fl- opinjoni tiegħi qed jingħataw ħafna iktar cans il-Maltin li jilagħbu Premier u anke dik il-ħaġa li ma' tim tilgħab darbtejn u mhux erba' darbiet kif konna qabel togħġobni aktar. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Xi ftit differenza nemmen li hemm iva speċjalment mill-ewwel erba' timijiet li jkunu qed jisfidaw għall-Ewropa, però kif ġiet issa b'seba' barranin nemmen ukoll li fil-ġurnata kulħadd jista' joħodlok il-punti. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx li n-numru tal-barranin jitla' għal 11. Forsi hawn min ma jaqbilx miegħi però jiena plejer lokali u għall-grazzja t'Alla gawdejt il-Premier mhux ħażin u jien naf kemm hu sabiħ li tkun għadek żgħir u tibda tilgħab fl-ogħla diviżjoni mal-aqwa plejers Maltin. Nemmen li bil- 11-il barrani ħa jitnaqqsu ħafna opportunitajiet liż-żgħażagħ u għalhekk kieku jien inħalliha kif inhi jew innaqqasha wkoll. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nemmen li iva jista' jkun aħjar il-livell tal- barranin, għalkemm timijiet li jisfidaw għall- unuri ikollhom barranin ta' kwalità ma nistax ngħid li l-livell li jkun hemm ma' timijiet inqas ikkwotati huwa aħjar minn tal- Maltin. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Dwar il-grawnds inħoss li għamilna titjib fejn snin ilu, għalkemm xorta naħseb li l-Victor Tedesco Stadium huwa l-inqas attrezzat mill-erba' stadia u għandu bżonn jitranġa bħala art. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Għall-partiti tagħna nemmen li l-kontroll tar-referis kien wieħed sodisfaċenti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Biex int jirnexxielek tagħmel karriera mill- futbol hemm hafna affarijiet li trid toqgħod 'il bogħod minnhom u tkun lest li tissagrifika ruħek minn ħafna affarijiet. Trid tkun dedikat - dik hija l-iktar ħaġa importanti. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xoghol tieghek u mal-futbol? Inlaħħaq għax għandi xogħol b'sigħat normali matul il-ġurnata allura kif inlesti mix-xogħol nibqa' sejjer dirett għat-taħriġ. Mhux faċli li wara disa' sigħat tmur għal sagħtejn taħriġ iżda jekk tkun tħobb il-logħba tagħmel minn kollox! Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Iċ-ċansijiet tiegħi nemmen li qed jonqsu għax issa m'għadnix żgħir, però meta tkun tilgħab il-logħba tal-futbol qatt ma trid taqta' qalbek u sakemm jibqali saħħa nibqa' nemmen li forsi ċ-ċans jista' jiġi lili wkoll! Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Għall-karriera tal-futbol m'għadnix daqshekk żgħir. Nieħu sena b'sena qiegħed u li jiġi merħba bih! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Għal dawk iż-żgħażagħ li forsi qed jaqraw din l-intervista nixtieq ninkoraġġihom biex il-logħba tal-futbol jippratikkawha u anke jekk ikunu kapaċi jżommuha bħala professjoni għax hija xi ħaġa li ttik sodisfazzjon kbir, iżżommok attiv u l-iktar ħaġa importanti 'l bogħd minn ħafna vizzjijiet ħżiena. Ritratti - Joe Borg It-tim ta' Senglea Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019