Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 IV Suppliment LGĦAQDA tal-Pawlini hija ċentrali għall-festa ta' San Pawl. Il-gazzetta ILLUM żaret il-maħżen tal-armar, fejn kienu għaddejjin l-aħħar preparamenti u tkellmet mal-President Mario Cassar. Ma' Cassar tkellimna fuq dak li sar matul l-aħħar sena b'rabta mal-festa, fejn spjega kif aktar minn armar ġdid, l-Għaqda ħadmet fuq ir-restawr u t-tkomplija tal- armar. "Aħna l-festa tagħna tiġi fix-xitwa u allura minħabba l-elementi dejjem issib xi ftit jew wisq ta' ħsara u għalhekk ir-restawr ma jiqafx" spjega Cassar. Apparti dan, tkomplew ukoll xi settijiet tal-pavaljuni li kienu mibdija, saret liedna ġdida biex tlibbes it-toroq tal-kapitali u anke sett labardi għal fuq l-arbli fi Pjazza Reġina. Iżda ma' Cassar tkellimna wkoll fuq proġett li ilu għaddej ftit tas- snin mhux ħażin. Fil-fatt, ftit ftit, il- Pawlini Beltin qed jaqilbu l-istatwi li jintramaw fit- toroq, minn kartapesta għal fibre, bil-għan li x-xita ma tagħmlilhomx ħsara. "Mhux ċajta. Meta taqleb statwa minn karatapesta għal fibre, qisek qed tagħmilha mill-ġdid," spjegalna Cassar. Iżda proġetti ġodda ma jonqsux. Cassar spjegalna kif matul is-sena d-dieħla, l-Għaqda tal-Pawlini se tiċċelebra l-50 sena mit- twaqqif tagħha u biex tfakkar dan l-anniversarju se tagħmel sett ta' 32 pavaljun ġdid għal Triq San Pawl, jiġifieri t-triq tal-knisja. Ovvjament proġett bħal dan jirrikjedi wkoll ħafna spejjeż, għax kif qalilna Cassar, biex tagħmel pavaljun wieħed ukoll trid ħafna flus. Kien hawn li fakkar li l-Għaqda tal-Pawlini, minbarra l-armar, tieħu ħsieb ukoll il-festa esterna ta' San Pawl u allura trid tħallas il-baned, l-attivitajiet, in-nar, il-permessi meħtieġa u elf ħaġa oħra. "Mhux faċli tvara proġett ġdid u tibqa' xorta waħda torganizza festa kompluta. Imma għall-grazzja t' Alla dejjem wasalna," kompla Caruana. U t-temp ma jaqtgħalhomx qalbhom? Meta jagħmlu tlett ijiem maltemp kif għamlu din il-ġimgħa, xi ftit jew wisq jaqgħu ftit lura fl- armar, iżda fi kliem Cassar, ix-xita hija parti mill-festa ta' San Pawl. "L-importanti li fl-10 ta' Frar ma jkollniex maltemp ħalli nkunu nistgħu noħorġu lill-Magnus," temm jgħidilna l-President. L-Għaqda tal-Pawlini tipprepara biex tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha L-Għaqda tal-Pawlini tiġbor fi ha diversi kumitati fosthom anke dawk li jaħdmu fuq aspetti soċjali u kulturali, iżda l-għan prinċipali tagħha tibqa' l-festa esterna ta' San Pawl. X'qed jippreparaw il- Pawlini Beltin? Mario Cassar Il-kolleġġjata ta' San Pawl tal-Belt Valletta hija mżejna b'diversi teżori. Biżżejjed issemmi x-xogħol fil-fidda li ħallew il-fratellanzi, fosthom 13-il ventartal tal-fidda, iżda anke l-appostli tal-fidda ta' fuq l-artal maġġur, l-opri li rregalaw diversi Gran Mastri u Kavallieri, il- lapidi tal-oqbra li jiksu l-paviment tal-Knisja u l-affreski ta' Attilio Palombi. Iżda fost dawn it-teżori, hemm żewġ relikwi importanti li jinżammu b'għożża mill-Pawlini Beltin. Dwar dawn tkellimna mal-Kanonku Dun Ġwann Ciarlò. Żewġ relikwi uniċi fost it-teżori tal-Kolleġġjata Pawlina • Skont it-tradizzjoni, din hija biċċa għadma mid-driegħ il-leminija ta' San Pawl • Kienet proprjetà ta' ċertu Giovanni Battista Tonna… mhux magħruf kif waslet għandu • Diversi isqfijiet awtentikawha u kien jesponiha għall- pubbliku • Ftit qabel miet, għadda din ir-relikwa lil ċertu Vincenzo Antonio Bugeja • Bugeja kien ħa din ir-relikwa Ruma u kien ġab l-awtentifikazzjoni tas-Sagristan tal-Papa • Dan kien irregala din ir-relikwa lill-Knisja ta' San Pawl fis-seklu 16 • Għamel kuntratt mal-Kleru Pawlin li din kellha tinżamm esposta u tinġarr fil-purċissjoni ta' San Pawl • Għal din ir-relikwa kien inħadem ukoll relikwarju rikk u prezzjuż • Daret mhux biss parroċċi f 'Malta iżda daret anke barra minn Malta, fosthom fi Spanja • Din hija parti mill- kolonna li skont it-tradizzjoni kienu qatgħu ras San Pawl fuqha • Il-bqija tal-kolonna tinsab fil-Knisja tat- Tre Fontane f 'Ruma fejn San Pawl kien ingħata l-martirju • Kien il-Papa Piju VII li fl-1817 kien irregala din il-kolonna lill-Kapitlu tal- Kolleġġjata • Dan b'ringrazzjament għas-servizzi li offrew il-Kanonċi lill-morda tal-pesta tal-1813 Tre Fontane f 'Ruma fejn en il-Papa Piju VII li fl-1817 kien irregala din il-kolonna lill-Kapitlu tal- għas-servizzi li offrew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019