Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd10 ta' Frar2019 L-Ispettur Sandro Camilleri jisħaq mal-ILLUM li min dieħel fi l-Korp irid jifhem li se jkollu jċedi ħafna mid-drittijiet tiegħu u għalhekk il-paga għandha tirrifl etti d-delikatezza ta' dan l-irwol ILPRESIDENT tal-Police Officers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, saħaq mal-gazzetta ILLUM dwar l-importanza li jkun hemm monitoraġġ kontinwu fuq il-membri tal-Korp tal- Pulizija għax fi kliemu, il-pulizija għandhom ikunu l-mera tas-soċjetà. Huwa qal dan wara li nhar l-Erbgħa li għadda, il-gazzetta ILLUM żvelat kif kuntistabbli ta' 21 sena ġie arrestat fl-istadium ta' Għawdex wara li nqabad bid-droga kokaina. Skont is-sorsi tal-ILLUM, il-Pulizija kienet ilha jiem tosserva lil dan iż-żagħżugħ. B'reazzjoni, l-Ispettur Camilleri saħaq li dan il-każ juri kemm il-Pulizija hija effettiva għax kapaċi wkoll tnaddaf lilha nnifisha minn ġewwa, xi ħaġa li fi kliemu l-ebda entità oħra fil-pajjiż ma tagħmel. Iżda jibqa' l-fatt li każ wieħed bħal dan jispiċċa biex itappan ir-reputazzjoni tal-Korp. Fi kliem l-Ispettur Camilleri, dan bħal meta għalliem jew qassis jinqabad jabbuża mit-tfal. "Kemm hemm saċerdoti u għalliema tajbin? Imma l-każ ta' dak il-wieħed jissemma," saħaq l-Ispettur. "F'korp ta' 1,200, tagħmel kemm tagħmel tajjeb, dejjem se ssib il-ħażin kif issib kullimkien. Iżda trid tkun kapaċi ttajjar lit-tuffieħa l-ħażina." 'Biex tkun pulizija għandu jkollok il-kondotta kristall' Kien għalhekk li mal-gazzetta ILLUM, Sandro Camilleri insista li jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ fuq dawk li jidħlu fil-Korp tal-Pulizija iżda kompla li dan il-monitoraġġ jeħtieġ li jibqa' għaddej, għax fi kliemu, is-sitwazzjoni tal- ħajja tal-individwu tinbidel kontinwament. Dwar il-każ ta' dan iż- żagħżugħ, li kien ilu madwar sentejn iservi fil-Korp, l-Ispettur Camilleri saħaq li bla dubju l-ewwel ħaġa li wieħed jistaqsi huwa fejn kien il- monitoraġġ. "Mhu qed ngħid xejn ta' barra minn hawn. Il- monitoraġġ kontinwu għandu jsir f 'kull entità tal-pajjiż, inkluż il-politika," kompla Camilleri waqt li insista li dan jibqa' jgħodd ħafna aktar għall- pulizija minħabba l-irwol li għandhom. Insista li anke jekk dan jitfa' piż fuq il-Korp, fid-dawl tal-fatt li naqsu l-ammont ta' persuni li japplikaw biex isiru pulizija, l-enfasi għandu jkun dejjem fuq il-monitoraġġ u d-dixxiplina kontinwa. "Il-kwalità ħafna aktar importanti mill-kwantità… Ħafna ma jistgħux jifhmu li l-Pulizija hija waħda mill- pilastri tas-soċjetà," kompla l-Ispettur. "Jiena nibqa' ninsisti li biex tidħol fil-Korp u biex tkun pulizija għandu jkollok il-kondotta nadifa kristall." 'Ninsisti li jsiru testijiet għall- għarrieda għad-droga' Fost dawn, fakkar fl-appell li għamel diversi drabi, biex il-Pulizija jkunu ttestjati wkoll għad-droga, test li fi kliemu għandu jsir għall-għarrieda u r-riżultat joħroġ dak il-ħin stess. "Ma jagħmilx sens li tagħti kampjun tal-awrina u r-riżultat joħroġ ġimgħa wara. It-test għandu jsir għall-għarrieda u r-riżultat joħroġ dak il-ħin," saħaq l-Ispettur Camilleri. "Mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn. Uffiċjal tal-Pulizija għandu ċertu responsabbiltajiet u ma għandu jkun hemm l-ebda dubju." Forsi ftit jafu, imma mal- Ispettur Camilleri tkellimna dwar il-fatt li l-Pulizija diġà jitolbu permess biex isiefru, biex jagħmlu part-time u saħansitra anke biex jiżżewġu. 'Il-paga tal-Pulizija għandha tirrifletti d-delikatezza tax- xogħol' Iżda staqsejna lill-Ispettur jekk jaħsibx li dan imur kontra d-dritt tal-privatezza tal- individwu, b'Camilleri dlonk iwieġeb li filwaqt li nitkellmu ħafna dwar id-drittijiet qed ninsew li jeżistu wkoll id- doveri. "Meta individwu jidħol fil- Korp, irid jifhem li qed iċedi ħafna mid-drittijiet tiegħu," saħaq l-Ispettur u kien hawn li insista li dan għandu jkun rifless fil-paga tal-Pulizija. Mal-ILLUM, Camilleri spjega għalfejn ma jaqbilx meta l-Pulizija jitpoġġew fuq l-istess livell ta' forzi ta' ordni oħra. Anke jekk kollha kemm huma importanti, fi kliemu l-irwol tal- Pulizija huwa uniku u ma jista' qatt jitpoġġa fuq l-istess livell ta' entitajiet oħra. "Meta tkun pulizija kważi kważi ma tista' tmur imkien. Għandek doveri kbar u l-paga jeħtieġ li tkun tirrifletti d-delikatezza tal-irwol li għandu l-Pulizija," kompla l-Ispettur. 'Monitoraġġ kontinwu: mid- dħul sal-ħbieb' Fil-fatt, l-Ispettur Camilleri saħaq li apparti dawk imsemmija hawn fuq, għandu jkun hemm aktar monitoraġġ fuq il-Pulizija. "Ġieli ħriġt barra u staqsejt kif persuna li għandha ċertu paga jew għad għandha xi 18-il sena, issuqlek xi karozza lussuża?" staqsa l-Ispettur. "Nemmen li l-monitoraġġ għandu jkun anke fuq id-dħul tal- individwu, minn fejn qed iġib il-flus jew inkella ma' min qed jagħmilha," kompla jisħaq. "Meta wieħed isir pulizija jrid ikun lest il-ħin kollu biex juri l-purezza tiegħu. Ma jistax ikun hemm dubji." Hawn wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li ħafna żgħażagħ jiddeċiedu li jidħlu fil-Korp tal-Pulizija biex sempliċiment ikollhom impjieg, mingħajr ma jifhmu verament għal xiex deħlin. Kien għalhekk li temm jappella lil dawk li jixtiequ jissieħbu fil-Korp biex jifhmu li l-irwol tal-pulizija mhuwiex sempliċiment impjieg iżda vokazzjoni li trid tgħixha kontinwament. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio L-Ispettur Sandro Camilleri jisħaq mal-ILLUM li min dieħel fi l-Korp irid jifhem li 'Il-monitoraġġ ma għandux isir biss qabel wieħed jidħol fil-Korp' Xi żvelat il-gazzetta ILLUM? • Pulizija żagħżugħ ta' 21 sena arrestat bħal-lum ġimgħa waqt logħba futbol bejn ix-Xewkija Tigers u n-Nadur Youngsters • Il-Pulizija kienet ilha jiem issegwi l-passi ta' dan iż-żagħżugħ • Iż-żagħżugħ tħalla jidħol it-toilet u ġie arrestat malli ħareġ hekk kif allegatament instab fil-pussess tad-droga kokaina • Skont sorsi, iż-żagħżugħ beda jirreżisti l-arrest • Fil-karozza taż-żagħżugħ tinstab aktar droga bit- tfittxija tkompli wkoll fir-residenza taż-żagħżugħ u fi stabbiliment tal-familja • Iż-żagħżugħ irriżenja mill-Korp immedjatament • Il-Pulizija għadha għaddejja b'investigazzjonijiet oħra dwar dan il-każ L-Ispettur Sandro Camilleri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019