Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Mingħajr l-ebda dubju, waħda mill-aktar statwi titulari popolari li nsibu fi l-gżejjer Maltin hija propju l-vara maestuża ta' San Pawl, meqjuma fi l-Kolleġġjata Pawlina tal-Belt Valletta. Hija s-simbolu ewlieni tal-festa li qed tiġi ċċelebrata llum, mhux biss mill-Pawlini Beltin iżda mill-Knisja kollha f'Malta. L-importanza ta' din il- vara titulari, meqjusa bħala kapulavur tal-iskultur Malti Melchiorre Gafà, ħarġet aktar fi studju li sar fl- aħħar snin u li dwaru tkellimna mal-Kap tad-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti, il-Professur Keith Sciberras, li mal-gazzetta ILLUM spjega kif statwetta ta' San Pawl tefgħet dawl ġdid fuq l-oriġini tal-vara ta' San Pawl tal-Belt Valletta. Iżda qabel ma tkellimna fuq din l-istatwetta, il-kliem waqa' fuq il-vara ta' San Pawl. "Artistikament u teknikament hija statwa ta' valur għoli ħafna," saħaq il-Professur Sciberras u dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel u qabel kollox, il-fatt li din l-istatwa ħadimha Melchiore Gafà, diġà huwa biżżejjed. Sciberras jiddeskrivi lil Gafà bħala l-akbar ġenju, mill-aspett artistiku, li qatt kellha Malta u fost l-aqwa artisti tas-seklu 17, mhux biss f 'Malta iżda anke barra minn xtutna. Dan mhux jgħidu biss il- Professur Sciberras. Biżżejjed wieħed iħares lejn dak li kiteb Lione Pascali dwar Gafà, f 'pubblikazzjoni dwar l-aqwa artisti li rat Ruma u li fiha jfaħħar ix-xogħol ta' dan l-artist Malti, partikolarment l-aspett emottiv li kien jirnexxielu jwassal b'xogħlu. "Ma nistgħux ninsew li fi żmienu stess, Gafà kien diġà rikonoxxut bħala artist importanti," kompla jisħaq il-Professur. Minkejja li miet żgħir ħafna, isem Gafà kien fuq l-istess livell ta' artisti importanti oħra, tant li f 'Ruma kellu kompetizzjoni kbira ma' artisti prominenti bħal Gian Lorenzo Bernini. Hawnhekk, wieħed ma jistax ma jinnotax l-impatt li Bernini ħalla wkoll fuq Gafà. Biżżejjed wieħed iqabbel l-istatwa ta' San Lonġinu, waħda mill- erba' statwi kbar taħt il-koppla tal-Bażilika ta' San Pietru u l-istatwa ta' San Pawl tal-Gafà, b'mod partikolari fejn tidħol l-espressjoni. Iżda, apparti dan kollu, il- Professur Sciberras spjega kif l-importanza ta' din l-istatwa joħroġ ukoll mill-fatt li fi kliemu hija waħda ikonika. "Din l-istatwa ħalliet impatt kbir… kull statwa ta' San Pawl li nsibu f 'Malta hija kopja tagħha. Bla dubju hija l-aktar statwa kkuppjata f 'pajjiżna," saħaq il- Professur. Kien dan li waslu biex jikkonkludi li "dan jagħmel il-vara ta' San Pawl l-aktar statwa importanti f 'Malta." Ercole Ferrata: l-imgħallem li spiċċa jammira lill-istudent Minn hawn, ħarsitna daret lejn Ruma, il-Belt eterna, fejn it-talent tal-Gafà spikka ma' dak ta' artisti prominenti. Gafà tela' Ruma fl-1659, fl-età ta' 23 sena u daħal assistent fil-maħżen ta' artist prominenti ieħor: Ercola Ferrata. Kien hawn li l-Professur Sciberras saħaq mal-ILLUM li huwa ċert li l-istatwa ta' San Pawl inħadmet f 'Ruma fil- maħżen ta' Ercole Ferrata (viċin Via Giulia) u li hija fost l-ewwel xogħlijiet tiegħu, jiġifieri ta' madwar l-1660. Iżda kif inhu daqshekk ċert? Ftit ftit se naraw għalfejn il- Professur Sciberras wasal għal dawn il-konklużjonijiet. Punt importanti ħafna li l-Professur Sciberras għamel enfasi kbira fuqu huwa l-fatt li meta Gafà għamel isem għalih innifsu, baqa' jaħdem fil-maħżen ta' Ercole Ferrata, li flok għer għalih, baqa' ħabib kbir tiegħu u kien jammirah. Tant hu hekk, li meta Gafà miet, fl-età ta' 31 sena, Ferrata kompla x-xogħlijiet li kellu mibdija Melchiorre Gafà u difnuh propju fil-Knisja ta' Santa Lucia del Gonfalone, ftit passi 'l bogħod minn dan il- maħżen. Statwetta ssir dokument għall- istatwa ta' Gafà Dan l-isfond huwa importanti ħafna L-istatwa ta' San Pawl tal-Belt hija bla dubju waħda mill-isbaħ u l-i en statwi li nsibu fi l-gżejjer Maltin. L-istorja tal-oriġini tagħha hija daqstant ieħor interessanti. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Keith Sciberras ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Suppliment II Mingħajr l-ebda dubju, waħda mill-aktar statwi titulari popolari li nsibu fi l-gżejjer Maltin hija propju l-vara maestuża ta' San Pawl, meqjuma fi l-Kolleġġjata Pawlina tal-Belt Valletta. Hija s-simbolu ewlieni tal-festa li qed tiġi ċċelebrata llum, mhux biss mill-Pawlini Beltin iżda mill-Knisja kollha f'Malta. L-importanza ta' din il- vara titulari, meqjusa bħala kapulavur tal-iskultur Malti Melchiorre Gafà, ħarġet aktar fi studju li sar fl- aħħar snin u li dwaru tkellimna mal-Kap tad-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti, il-Professur Keith Sciberras, li mal-gazzetta ILLUM spjega kif statwetta ta' San Pawl tefgħet dawl ġdid fuq l-oriġini tal-vara ta' San Pawl tal-Belt Valletta. Iżda qabel ma tkellimna fuq din l-istatwetta, il-kliem waqa' fuq il-vara ta' San Pawl. "Artistikament u teknikament hija statwa ta' valur għoli ħafna," saħaq il-Professur Sciberras u dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel u qabel kollox, il-fatt li din l-istatwa ħadimha Melchiore Gafà, diġà huwa biżżejjed. Sciberras jiddeskrivi lil Gafà bħala l-akbar ġenju, mill-aspett artistiku, li qatt kellha Malta u fost l-aqwa artisti tas-seklu 17, mhux biss f 'Malta iżda anke barra minn xtutna. Dan mhux jgħidu biss il- Professur Sciberras. Biżżejjed wieħed iħares lejn dak li kiteb Lione Pascali dwar Gafà, f 'pubblikazzjoni dwar l-aqwa artisti li rat Ruma u li fiha jfaħħar ix-xogħol ta' dan l-artist Malti, partikolarment l-aspett emottiv li kien jirnexxielu jwassal b'xogħlu. "Ma nistgħux ninsew li fi żmienu stess, Gafà kien diġà rikonoxxut bħala artist importanti," kompla jisħaq il-Professur. Minkejja li miet żgħir ħafna, isem Gafà kien fuq l-istess livell ta' artisti importanti oħra, tant li f 'Ruma kellu kompetizzjoni kbira ma' artisti prominenti bħal Gian Lorenzo Bernini. Hawnhekk, wieħed ma jistax ma jinnotax l-impatt li Bernini ħalla wkoll fuq Gafà. Biżżejjed wieħed iqabbel l-istatwa ta' San Lonġinu, waħda mill- erba' statwi kbar taħt il-koppla tal-Bażilika ta' San Pietru u l-istatwa ta' San Pawl tal-Gafà, b'mod partikolari fejn tidħol l-espressjoni. Iżda, apparti dan kollu, il- Professur Sciberras spjega kif l-importanza ta' din l-istatwa joħroġ ukoll mill-fatt li fi kliemu hija waħda ikonika. "Din l-istatwa ħalliet impatt kbir… kull statwa ta' San Pawl li nsibu f 'Malta hija kopja tagħha. Bla dubju hija l-aktar statwa kkuppjata f 'pajjiżna," saħaq il- Professur. Kien dan li waslu biex jikkonkludi li "dan jagħmel il-vara ta' San Pawl l-aktar statwa importanti f 'Malta." Ercole Ferrata: l-imgħallem li spiċċa jammira lill-istudent Minn hawn, ħarsitna daret lejn Ruma, il-Belt eterna, fejn it-talent tal-Gafà spikka ma' dak ta' artisti prominenti. Gafà tela' Ruma fl-1659, fl-età ta' 23 sena u daħal assistent fil-maħżen ta' artist prominenti ieħor: Ercola Ferrata. Kien hawn li l-Professur Sciberras saħaq mal-ILLUM li huwa ċert li l-istatwa ta' San Pawl inħadmet f 'Ruma fil- maħżen ta' Ercole Ferrata (viċin Via Giulia) u li hija fost l-ewwel xogħlijiet tiegħu, jiġifieri ta' madwar l-1660. Iżda kif inhu daqshekk ċert? Ftit ftit se naraw għalfejn il- Professur Sciberras wasal għal dawn il-konklużjonijiet. Punt importanti ħafna li l-Professur Sciberras għamel enfasi kbira fuqu huwa l-fatt li meta Gafà għamel isem għalih innifsu, baqa' jaħdem fil-maħżen ta' Ercole Ferrata, li flok għer għalih, baqa' ħabib kbir tiegħu u kien jammirah. Tant hu hekk, li meta Gafà miet, fl-età ta' 31 sena, Ferrata kompla x-xogħlijiet li kellu mibdija Melchiorre Gafà u difnuh propju fil-Knisja ta' Santa Lucia del Gonfalone, ftit passi 'l bogħod minn dan il- maħżen. Statwetta ssir dokument għall- istatwa ta' Gafà Dan l-isfond huwa importanti ħafna L-istatwetta li tefgħet dawl ġdid fuq "Din l-istatwa ħalliet impatt kbir… kull statwa ta' San Pawl li nsibu f 'Malta hija kopja tagħha. Bla dubju hija l-aktar statwa kkuppjata f 'pajjiżna." maħżen ta' Ercole Ferrata (viċin Via Giulia) u li hija fost l-ewwel Iżda kif inhu daqshekk ċert? Ftit ftit se naraw għalfejn il- Professur Sciberras wasal għal l-Professur Sciberras għamel enfasi kbira fuqu huwa l-fatt għalih innifsu, baqa' jaħdem fil-maħżen ta' Ercole Ferrata, li flok għer għalih, baqa' ħabib kbir tiegħu u kien jammirah. Tant hu hekk, li meta Gafà miet, fl-età ta' 31 sena, Ferrata kompla x-xogħlijiet li kellu mibdija Melchiorre Gafà u difnuh propju fil-Knisja ta' Santa Lucia del Gonfalone, ftit passi 'l bogħod minn dan il-

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019