Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

Sports 24 illum Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Jitwaqqaf il-Kumitat tal-Media Sportiva tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa t-82 Kungress tal-AIPS F'LAUSANNE l-Iżvizzera riċentament sar it-82 Kungress tal- AIPS (Association Internationale de la Press Sportiv) li laqqa' l-Media sportiva kollha ta' madwar id-Dinja f 'dan il-kungress li jsur kull sena. F'dan il-kungress għall- ewwel darba twaqqaf Kumitat tal-Media Sportiva li tirrapreżenta l-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Din l-ewwel laqgħa kienet ippreseduta minn Charles Camenzuli President tal- AIPS Euorope u li fiha ġew maħtura bħala Chairman Todor Brajkovic mill- Montenegro u Erodotos Militiadous minn Ċipru bħala Segretarju Eżekuttiv. Fil-laqgħa ġie deċiż li l-kariga ta' Chairman ta' dan il-kumitat iddur kull sentejn u għandha tingħata lill-ġurnalist li jirrapreżenta l-pajjiż fejn se jkunu qed isiru l-Logħob kull sentejn. Dan il-kumitat se jaħdem b'kollaborazzjioni sħiħa mal-Kumitati Olimpiċi ta' Andorra, Ċipru, Iżlanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco, Montenegro u San Marino sabiex jiżgura li l-faċilitajiet fejn jintlagħb il-logħob ikunu aċċessibli għall-media u jilħqu l-ħtiġijiet tal-media moderna. Il-Kumitat se jkun qed jikkolabora mal-Kumitati Olimpiċi u speċifikament mal- Kumitat Olimpiku ospitu tal-logħob sabiex dawn il-Logħob jikbru aktar fil- popolarita' tagħhom. Fil-Kungress tal-AIPS kien hemm diversi punti ta' diskussjoni fosthom l-aċċess liberu għall-media sportiva u l-ġurnaliżmu investigattiv. Il-Kungress fetaħ bis-serata tal-ewwel edizzjoni tal-AIPS Sports Media Awards, konkors li kien suċċess u li kien imxandar ukoll dirett fuq diversi stazzjonijiet madwar id-Dinja. Kienu diversi l-mistiedna distinti li attendew u indirizzaw dan il-Kungress fosthom, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach, il-President tal- Federazzjoni Internazzjonali tal- Judo Marius Vizer, id- Direttur tar-Referees tal-FIFA Massimo Busacca u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal- FIFA Zvonimir Boban fost oħrajn. Malta kienet rapreżentata fil-Kungress tal-AIPS mill-President tal- Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef li kien akkumpanjat mis- Segretarju Organizattiv Antvin Monseigneur. ż-Żgħar tal-Ewropa t-82 Kungress tal-AIPS oħrajn. mill-President tal- kien akkumpanjat mis- xx Sandro Micallef u Antvin Monseigneur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019