Illum latest edition

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Kif bdiet l-imħabba lejn il-futbol? Kollox beda meta ħabib antik tiegħi jismu Mark Rizzo li kien fanatiku tat-tim Taljan ta' Inter kien iħobb ħafna lill-goalkeeper Walter Zenga. Dan tal-aħħar kien goalkeeper tajjeb fis-snin tmenin u disgħin u barra li kien jilgħab mal-Inter kien spikka anke fit-tazza tad-dinja tal- 1990. Issa dan tant kien iffissat fuq Zenga li kellu par ingwanti tiegħu u meta kien joqgħod gowler, kien jilgħab bihom. Darba kont għedtlu jsellifhomli u lbisthom filwaqt li ntfajt fil-lasta. Dak il-ħin ħassejt li ħadd ma seta' jiskorjali għax ta' tifel li kont bdejt naħseb li meta jkollok par ingwanti ta' champion, int issir invinċibbli. Għoġobni x-xogħol u bdejt nitħarreġ bħala goalkeeper. Dan Mark Rizzo kompla jilgħab il-futbol? Le kien ħabib speċjali tiegħi fi żmien l-iskola. Walter Zenga kien ġie Malta madwar sentejn ilu. Kont iltqajt miegħu? Le ma kontx rajtu iżda kont affaċċjajtu bħala avversarju meta hu kien kowċ ta' Sampdoria u jien kont nilgħab ma' Kalloni. Kienet logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet tliet snin ilu fejn konna qed nippreperaw għall- pre-season. Int bdejt ma' diversi nurseries meta kont żgħir. X'tiftakar minn dawn l-ewwel esperjenzi tiegħek? Jien bdejt ta' ħames snin man- nursery ta' Sliema Wanderers iżda b'xorti ħażina ma tantx tawni ċans nilgħab u għalhekk ingħaqadt ma' Luxol St Andrews. Hawnhekk kont nieħu pjaċir tant li għamilt żmien sew hemm. Ta' 13-il sena mbagħad mort ma' Pietà fejn hemmhekk kien ifisser bidu ta' ħajja ġdida iżda fuq kollox pożittiva fil-karriera tiegħi ta' plejer. Semmejt lil Pietà Hotspurs. M'hemmx dubju li dan il-klabb tak qabża fil-karriera tiegħek. Iva meta mort ma' Pietà għalija kienet qabża fil-kwalità. Kelli biss 13-il sena u diġà kelli moħħ ta' professjonali. Il-president ta' dak iż-żmien Edward Schembri beda jibgħatni barra għat-trials. Jien bdejt nirsisti għax ridt ngħix ħajja professjonali. Liema kien l-iktar trial li tiftakar? Trial li rnexxa kien meta lgħabt mat-tim taż-żgħażagħ ta' Bari. Għamilt perjodu pożittiv ferm ma' dan it-tim tant li bdejt nitħarreġ anke mal-iskwadra tal-kbar taħt il-gwida tal-kowċ Marco Tardelli. Niftakar ukoll li għamilt sena ngħix waħdi u kienet esperjenza partikolari li nibqa' niftakar. Meta ġejt lura Malta komplejt ma' Pietà Hotspurs għal sentejn ilu u kien hemm Carmel Busuttil bħala kowċ. Eventwalment ġejt akkwistat minn Valletta. Xi tgħidli dwar l-esperjenza li kellek ma' Valletta? Esperjenza li diffiċli tinsa. Irbaħt l-unuri kollha li joffri l-futbol Malti. Jien kont ukoll l-ewwel plejer li ġie akkwistat mingħand il-Beltin. X'inhuma l-kummenti tiegħek hekk kif għedek kemm ingħaqadt ma' Birirkara? Ninsab kuntent immens li ngħaqadt ma' Birkikara u qed inħares 'il quddiem b'ottimiżmu lejn din l-isfida l-ġdida fil-karriera tiegħi. Imma kif qatt m'għamiltha li tilgħab ma' tim ta' ċertu livell barra minn Malta bħal pereżempju fl-Italja jew fl-Ingilterra, meta tqis li int goalkeeper ta' ċertu kalibru? Għamilt numru tas-snin nilgħab fil-Greċja li nqisu wieħed mill-aqwa kampjonati tal-Ewropa. Fil-verità kont magħruf bħala wieħed mill- aqwa goalkeepers fil-Greċja. Tajjeb li ngħidu wkoll li timijiet barranin ma tantx jagħtuna ċans lill-Maltin. Wara Wembley Stadium f 'moħħi għedt li dak kien ser ikun il-mument li l-karriera tiegħi tinqaleb ta' taħt fuq. B'xorti ħażina dan kollu ma seħħx. Jiġifieri tikkonferma li l-aqwa partita tal-karriera tiegħek kienet dik li lgħabt kontra l-Ingilterra f 'Wembley Stadium? Le, inħoss li l-aqwa partita tiegħi kienet dik li lgħabt ftit tal-ġranet ilu kontra l-Kosovo. Warajha tiġi l-logħba kontra l-Ingilterra u t-tielet inpoġġi l-partita ta' ħbiberija li kellna ftit tas-snin ilu kontra l-Albanija. Il-goalkeeper internazzjonali Ingliż Joe Hart kiteb fuqek affarijiet sbieħ fejn impressjonajtu f 'dak li għamilt f 'Wembley Stadium. Iva, veru dan li qed tgħid. Ninsab kburi li Hart faħħarni b'dak li għamilt fi stadium daqshekk impressjonanti. Illum il-ġurnata jien u Joe Hart nitkellmu ta' spiss u sirna ħbieb kbar. Int kont ukoll ma' tim Ċiprijott. Kif mort f 'dik l-esperjenza? F'Ċipru kont nilgħab ma' Erosis Paralimni, tim tajjeb ħafna f 'dan il- pajjiż. Dik l-esperjenza nqisha bħala importanti u kienet preludju għal dak li kont ser nagħmel fil-Greċja. Jien ngħid li importanti li plejers Maltin jagħmlu dan il-pass. Trid tibda minn tim żgħir ħalli mbagħad tavvanza għal ieħor ta' kalibru. Ma jistax ikollok tim tajjeb mal-ewwel. Irid ikollok il-paċenzja sabiex tasal fejn tixtieq. U xi tgħidli dwar l-esperjenza ma' Kalloni? Dik kienet sitwazzjoni differenti b'kultura differenti. Ma kienx faċli biex taddatta. Jien ħadt iċ-ċans u għamilt mill-aħjar li stajt. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- kampjonat Premier? Le ma naqbilx. U dwar l-idea li jkollna 11-il plejer barrani? Ifhem jekk tkun plejer Malti tajjeb tilgħab u naħseb huwa hawnhekk fejn il-plejers lokali għandhom iċ- 'Ninsab kuntent immens li ngħaqadt ma' Birkikara Cristian Antony Muscat Andrew Hogg - fost l-aqwa goalkeepers Maltin ta' kull żmien f'pajjiżna u li riċentament għadu kemm ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Hibernians. Ninsab kburi li Hart faħħarni b'dak li għamilt fi stadium daqshekk impressjonanti. Illum il-ġurnata jien u Joe Hart nitkellmu ta' spiss u sirna ħbieb kbar. Jekk iridu li jagħmlu l-qabża fil-kwalità importanti li ma tibżax tieħu deċiżjonijiet iebsa. Ippruvaha u emmen fil-kwalitajiet tiegħek innifsek u tirnexxi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 10 February 2019