Illum latest edition

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum ċans jikkompetu għal posthom. Xi tgħidli dwar il-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Il-kowċ Malti huwa motivatur li jrid iġib il-bidla. Bħalissa naħseb li ninsab fl-aqwa żmien tiegħi bħala goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti. Xi tgħidli dwar l-era tal-kowċ Pietro Ghedin? Fl-opinjoni tiegħi ħassejt li stajna għamilna passi akbar. Kellna l-limitazzjonijiet tagħna u bqajna hemm. M'avvanzajniex. Konna staġnati. X'taħseb dwar il-grawnds li fihom tilagħbu intom il-plejers? L-istadium nazzjonali f 'Ta' Qali għandu faċilitajiet tajbin. Madankollu ninsab sorpriż kif resqin lejn is-sena 2019 u għandna nilagħbu l-Premier fil-Victor Tedesco Stadium. Jien nara li dan il- grawnd mhux tajjeb biex jintlagħab l-ogħla kampjonat ta' pajjiżna. X'tikkummenta dwar id-dressing room il-ġdida tat-tim nazzjonali Malti? Hija faċilità ferm sabiħa. Madankollu mbagħad huwa l-wirjiet li nagħtu bħala plejers li jgħoddu. X'tikkummentali dwar il-logħba li lgħabtu m'ilux kontra l-Kosovo? Dan it-tim huwa wieħed qawwi u taw il-mija fil-mija tagħhom. Kien tim diffiċli li kellna naffaċċjaw. Nemmen iżda li fil-logħba li ser nilagħbu f 'darna nistgħu nagħmlu aħjar. Min-naħa l-oħra fil-logħba kontra l-Ażerbajġan li kieku ma kontx int naħseb li ma konniex naslu biex nieħdu d-draw. Ifhem nemmen li kulħadd ta l-almu tiegħu sabiex jasal dan ir- riżultat. Li hu żgur li għandna xorti kbira magħhom. Anke tliet snin ilu konna lgħabna kontrihom u spiċċajna fi dro ta' 2-2. Min-naħa l-oħra t-telfa ta' 3-1 li kellna kontra l-Gżejjer Faroe ġabet ċerta ammont ta' kritika mingħand ħafna segwaċi tal-futbol Malti. Jien nemmen li dawn in-nies iridu jdaħħlu f 'rashom li għandna ċertu limitazzjonijiet. X'inhu l-futur tiegħek? Kieku tiġik xi offerta barra minn Malta lest li toħodha? Kieku noħodha bil-qalb kollha għalkemm irrid inkun realistiku minħabba li għandi 33 sena u ma narax li jista' jkolli karriera twila barra minn xtutna. Ħafna jgħidu li int meqjus bħala l-aqwa goalkeeper ta' kull żmien. X'taħseb int? Inħossni kburi ħafna li n-nies huma ta' din l-opinjoni. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-futbol. Jekk iridu li jagħmlu l-qabża fil-kwalità importanti li ma tibżax tieħu deċiżjonijiet iebsa. Ippruvaha u emmen fil-kwalitajiet tiegħek innifsek u tirnexxi. u qed inħares 'il quddiem lejn din l-isfida l-ġdida' Huwa wieħed mill-aqwa goalkeepers Maltin ta' kull żmien f 'pajjiżna. Riċentament għadu kemm ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Hibernians. Fil-passat lagħab ukoll ma' Pietà Hotspurs u Valletta f 'pajjiżna. Lagħab ukoll ma' Kalloni l-Greċja u Erosis Paralimni f 'Ċipru. ANDREW HOGG Ritratt: Birkirkara FC Andrew Hogg waqt l-irmar ma' Birkirkara FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 10 February 2019