Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207
14 analiżi IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Sfida li nbidlet f'opportunitajiet ġodda ... x'jaħsbu Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' erba' għalliema dwar l-esperjenza u r-realtà ġdida li ġiet fuqhom bħal sajjetta fi bnazzi YENDRICK CIOFFI Matul din il-ġimgħa kienet iċċelebrata l-ġimgħa ta' apprezzament għax-xogħol kollu li jwettqu l-għalliema u l-edukaturi mal-istudenti tagħhom u għalhekk fi tmiemha, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' erba' għalliema, tnejn minn skola primarja, għalliem tas-sekondarja u anke lettur tal-universita dwar il-ħidma tagħhom bħalissa, hekk kif bħal sajjetta fil- bnazzi, ħajjithom inqalbet ta' taħt fuq. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill- għalliema dwar din l-esperjenza tagħhom, l-isfidi li affaċċjaw, il- pożittiv li ħareġ minn din l-esperjenza ġdida, kif qed jilħqu studenti li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u x'jaħsbu li se jkun l-impatt ta' dan kollu fuq l-edukazzjoni fis-snin li ġejjin: Janet Ciantar – Għalliema fi skola primarja (Kulleġġ Santa Tereża – Imsida) 1. Ġiet fuqna bħal sajjetta fil-bnazzi. Filli qegħdin fil-klassi u filli d-dar. Kif għalaqt il-bieb tal-klassi u ħriġt it-tfal fil-kuritur biex imorru d-dar ħassejt għafsa ta' qalb. Malli qalulna li mhux deħlin lura ridna naraw kif nistgħu naħdmu mid-dar. Użajna l-MSTEAMS biex naħdmu. Qas qatt ma kont smajt bih. Kelli nitgħallem nużah fi ftit ġranet. Miegħi riedu jitgħallmu jużawh il-ġenituri. Għamilt kuntatt mal- ġenituri kollha biex nipprova nilħaq lil kulħadd. Ridt nara li kollha kellhom il-mezzi biex ikunu jistgħu jaħdmu miegħi bħal kompjuter jew l-Internet. Mill-ewwel ġimgħa kelli 22 student jaħdmu miegħi kuljum. Nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri li ħadmu id f 'id miegħi kuljum u lill-istudenti li bil-ħeġġa għat- tagħlim li għandhom immotivaw lili biex naħdem iktar. Żgur mhux faċli għalihom. Saret bidla kbira fil- ħajja tagħhom u kellhom jinqatgħu mill-ħbieb, l-għalliema u anki min- nanniet. Nippruvaw nagħtuhom vuċi biex jesprimu x'qed iħossu. Qed jixorbu dak kollu li jisimgħu u jaraw imma jekk ma nitkellmux magħhom ma nafux kif qed tolqothom individwalment. Dawn eroj żgħar ukoll! 2. L-ikbar sfida kienet li nitgħallem naħdem bl-MSTEAMS. Il-kompjuter naf nużah imma t-tagħlim online kien sfida kbira għalija. Għall- grazzja t'Alla nitgħallem malajr. Bdejt infittex u nitgħallem kemm nista', kif jgħiduli b'xi għodda tgħodd għalija nara kif nista' nibda naħdem biha. Nistqarr li bħalissa qed naħdem ħafna iktar sigħat milli kont naħdem meta konna fil-klassi. Ridt naddatta ħafna mix-xogħol, insib xogħol ġdid u nitgħallem fl-istess ħin. L-istudenti tiegħi jaħdmu ħafna, allura rrid nsib xogħol li jinteressahom kif ukoll jieħdu gost jagħmluh. Learning should be fun! Sfida oħra hi fejn hemm tfal li qegħdin f 'familji eżempju ta' tliet aħwa, u jridu jaqsmu tablet bejniethom. Għal dawn diffiċli ħafna li jingħaqdu live. Għalhekk it-tagħlim għandu jkun aċċessibli għalihom permezz ta' dokumenti jew filmati. 3. Is-sitwazzjoni bħala opportunità kbira għalina l-għalliema. L-għalliema bdew jaqsmu r-rizorsi tagħhom. Issa saħansitra għandna is- sit Teleskola, fejn l-għalliema jistgħu jaqsmu l-lezzjonijiet mal-istudenti ta' Malta kollha. Naħseb li l-għalliema se jakkwistaw għodda importanti għall-futur tal-karriera tagħhom. Napprezza ħafna l-għajnuna li qed ningħataw mill-HoDs tad- dipartiment tad-Digital Literacy. Qed jipprovdu għajnuna u tagħlim kull ħin. Akkwistajt ħiliet ġodda. Inħossni aktar qrib il-ġenituri. Imma nammetti li nimmisja ħafna lit-tfal. 4. Kont naf li se jkun hawn tfal bla kompjuters, bla internet, tfal li qegħdin fi djar fejn hemm vjolenza domestika, tfal li l-iskola hi l-wens tagħhom, tfal li fl-iskola biss jesperjenzaw l-imħabba, tfal li se jbatu minħabba effetti psikoloġiċi u tfal b'abbiltajiet differenti li naqsitilhom l-għajnuna. Hemm tfal li l-ġenituri tagħhom spiċċaw bla xogħol u bilfors se jbatu iktar. Qed isir sforz kbir biex jintlaħqu dawn l-istudenti. Anke jekk ma kellix sitwazzjonijiet simili, ninkwieta ħafna għalihom. 5. It-tagħlim virtwali se jkollu impatt kbir fuq l-edukazzjoni. Għaliha din hija opportunità biex niskopru opportunitajiet u għodod ġodda bħala għalliema u studenti. Nemmen li hemm bżonn ta' riflessjoni serja fuq x'inhu vera relavanti għall-istudenti. Hemm bżonn aktar lezzjonijiet fuq life skills u Emotional Literacy. L-outdoor learning fi żminijiet aktar kalmi, għandu jkollu sehem importanti fit-tagħlim għall- istudenti tagħna. Christopher Borg – Għalliem fi skola primarja (Kulleġġ Marija Reġina – San Pawl il-Baħar) 1. Din hija realtà ġdida għal kulħadd, inkluż għalian l-għalliema. Kellna nsibu modi kif nadattaw sabiex nibqgħu nagħmlu xogħolna. Hemm diversi pjattaformi diġitali onlajn li aħna l-għalliema qed nagħmlu użu minnhom sabiex inkunu nistgħu nagħtu l-lezzjonijiet tagħna u nibqgħu f 'kuntatt mal-istudenti. Personalment nista' ngħid li sibt ħafna koperazzjoni mill-maġġoranza tal- istudenti kif ukoll mill-ġenituri. Fil-primarja b'mod speċjali, minħabba l-età żgħira tal-istudenti, il-koperazzjoni tal-ġenituri hija fundamentali sabiex aħna nkunu nistgħu nilħqu lill-istudenti u ngħidilhom grazzi talli qed jaħdmu id f 'id magħna għal ġid tat-tfal. 2. Hemm diversi sfidi li qed naffaċċjaw. Għal raġunijiet differenti, mhux dejjem ikun faċli sabiex tispjega b'mod ċar u tagħti ċertu lezzjonijiet onlajn. Ħafna għalliema sabu ruħhom f 'sitwazzjoni fejn riedu jitgħallmu jużaw sistemi onlajn li qatt ma kienu għamlu użu minnhom qabel. Dan ma kienx faċli la għall- għalliema u lanqas għall-istudenti u ġenituri li riedu jidraw din is- sistema. Apparti minn hekk, dik l-interazzjoni li l-istudenti jkollom mal-għalliema fil-klassi ma tista' tbiddilha ma' xejn. Sfida oħra hija meta ma jkunx hemm koperazzjoni mill-istudenti jew l-ġenituri. Din tagħmilha diffiċli ħafna sabiex tilħaq lill-istudent. 3. Xi ħaġa pożittiva hija li bħala għalliema, kellna ċ-ċans nesploraw ħafna riżorsi u mezzi diġitali onlajn li qabel ma konniex nafu bihom. Riżorsi li huma ta' benefiċċju għat- tagħlim tal-istudenti u li nistgħu nibqgħu nużawhom anke meta mmorru lura għan-normal. 4. L-ebda student m'għandu jkun żvantaġġat. Kemm jista' jkun nippruvaw inżommu kuntatt mal- ġenituri u naraw x'jista' jsir f 'kull sitwazzjoni individwali sabiex l-istudent ikompli jitgħallem u jkollu aċċess għal-lezzjonijiet u għar- Janet Ciantar Christopher Borg