Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Mingħalihom waslu biex ikollhom id-dar tagħhom u l-banek jirtirawlhom is-sanction letters fl-aħħar ħin Diversi koppji żgħażagħ li naqsilhom id-dħul jew saħanistra spiċċaw bla xogħol kawża tal-imxija tal-COVID-19 qed isibu ruħhom darhom mal-ħajt meta l-banek qed jirrevedu s-sanctions letters u f'diversi każi jirtirawha. Il-gazzetta ILLUM titkellem man-nutara YENDRICK CIOFFI Diversi individwi, partikolarment koppji żgħażagħ li kienu waslu biex jiffirmaw il-kuntratt biex ikollhom il-proprjetà li dejjem xtaqu u li ħadmu għaliha qed jispiċċaw darhom mal-ħajt hekk kif minħabba li f 'dawn iż-żminijiet tal-imxija tal-COVID-19 spiċċaw b'inqas dħul, jew saħanistra mingħajr xogħol garantit, il- banek qed jirriurtaw li jselfuhom, anke jekk tkun laħqet ħarġitilhom is-sanction letter u saħansitra jkollhom appuntament biex jiffirmaw il-kuntratt. Minħabba li f 'dawn iż-żminijiet kienu ħafna dawk il-persuni li raw il- kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom mibdula u dan fisser inqas dħul għalihom, il-banek qed jerġgħu jivverifikaw jekk persuna tkunx tiflaħ tħallas il-pagament ta' kull xahar u f 'diversi każi, għax id-dħul ikun naqas drastikament, il-banek mhux qed jieħdu riskju u mhux talli mhux qed ikun iffirmat il-kuntratt, talli saħansitra qed taqa' l-istess sanction letter. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ nutara differenti li t-tnejn li huma kkonfermaw li din hija realtà li qed jiffaċċjaw diversi persuni, partikolarment koppji żgħażagħ li kienu waslu biex jiffirmaw il-kuntratt. "Mhux talli ma jsirx il-kuntratt, talli kelli każijiet fejn saħanistra waqgħu s-sanction letters," saħaq wieħed min-nutara li insista mal-ILLUM li f '35 sena esperjenza qatt ma ffaċċja sitwazzjonijiet bħal dawn. "Ngħiduha kif inhi? Min għandu moħħu mistrieħ bħalissa? Mill-kbir saż-żgħir ġew affettwati. Il-banek tifimhom, mhux se jieħdu riskju," kompla jisħaq dan in-nutar. "Ħafna nies tilfu x-xogħol jew inkella qed jaħdmu inqas ħinijiet, b'inqas dħul. Il-bank irid ikun ċert li persuna tiflaħ tħallas il- pagament." Wieħed min-nutara spjegalna każ tipiku li qed jiltaqa' miegħu hu u diversi kollegi fil-professjoni. Anke dan in-nutar ikkonferma każijiet ta' persuni li kellhom is-sanction letter maħruġa u x-xogħol min- naħa tiegħu kien konkluż, bid-dokumenti kollha mgħoddija lill-bank, ivverifikati minn Avukat u għalhekk jonqos biss l-appuntament għall-kuntratt. "Tfajla, sa it taż-żmien ilu kienet taqla' €1,700. Spiċċat tieħu biss it-€800 tal-Gvern li minnhom trid taqta' l-bolla. Min iħaddimha qalilha li xogħolha mhux garantit, kellha tgħid lill-bank u l-bank weġibha li ma tikkwalifikax li tħallas pagament ta' €900 fix-xahar meta qed iddaħħal inqas minn €800 fix-xahar," spjega n-Nutar, anke jekk din it-tfajla wkoll kellha s-sanction letter maħruġa u kienet qed tistenna biss li tingħata appuntament biex tiffirma l-kuntratt. Żagħżugħ ieħor kellu jiffirma l-kuntratt għada, iżda din il-ġimgħa kien infurmat li l-kuntratt mhux se jsir għax il-paga naqsitlu b'50% u l-bank ma jridx jieħu riskju u jsellfu. Fil-fatt, waħda mill-klawsoli tas-sanction letter tkun tgħid ċar u tond li l-bank ħareġ dan id-dokument skont l-informazzjoni mogħtija lilu iżda jekk tinqala' sitwazzjoni jew ċirkostanza fejn il-bank jidhirlu li l-firmatarji ma jkunux jistgħu jobbligaw dak li qed jintrabtu bih, il-bank iżomm id-dritt li jirrevedi, jirtira jew jikkanċella l-istess sanction letter. Hemm imbagħad koppji jew individwi li sabu ruħhom f 'din is-sitwazzjoni intortament, bħal dawk li jkunu se jixtru l-proprjetà tagħhom fuq il-pjanta u minkejja li x-xogħol kellu jitlesta f 'Jannar li għadda jew inkella qabel, ix-xogħol ma kienx lest fil-ħin u għalhekk inqabdu f 'din is-sitwazzjoni. "Għandi każ ta' hairdresser. Bħalissa din mhux tiaħ. Il-kuntrattur għadu ma lestix ix-xogħol. Stajna għamilna l-kuntratt fil- bidu ta' Jannar. Issa l-bank qed jgħidilha li la hija hairdresser u bħalissa dħul ma għandhiex, ma tistax tagħti garanzija li tista' tħallas il-pagament u għalhekk se jipprova jwaqqalha s-sanction letter," kompla jispjega wieħed min-nutar waqt li insista li din mhijiex sitwazzjoni ta' it nies. "Qed jaqgħali konvenju fil-ġimgħa li jkun lest minn kollox. Sa issa, tli ukoll disa' konvenji ġodda. Qed nitkellmu fuq valur ta' €4 miljun fi proprjetà." Koppji oħra qed jispiċċaw b'uġigħ ta' ras akbar għax anke jekk dan qatt ma għandu jsir, qabel iffirmaw il-kuntratt, malli kellhom is-sanction letter f 'idhom, serħu rashom u laħqu bdew jagħmlu xi xogħlijiet, fosthom il-madum u issa, għax naqsilhom id-dħul, jew spiċċaw bla xogħol, il-bank mhux se jselliom. "X'se jagħmlu? Ħa jmorru jgħidu lis-sid biex jagħtihom il-flus tax-xogħol li għamlu? Mhux huma ħadu riskju?" "Hija problema enormi," kompla jinsisti mal-ILLUM wieħed min-nutara, filwaqt li l-ieħor saħaq li "għadna lanqas biss bdejna nimu r-riskju u l-isfidi li deħlin għalihom."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020