Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 iħallsu eluf f'kera fix-xahar' Covid u l-bidliet li se ġġib magħha. Hemm ukoll il-problema tal-kirjiet. Ċert li ġaladarba diversi negozji ilhom ġimgħat bla dħul, dawn qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-kera tal-ħanut. X'qed isir biex ikunu mgħejjuna dawn in-negozji? Tafu b'negozji li kellhom litteralment iżarmaw minħabba din is-sitwazzjoni? Għandu jkun hemm moratorju fuq il-prezz tal-kera għan- negozji? Hemm kwistjonijiet relatati mal- kirjiet u ċertu inkwiet li l-membri qasmu magħna. Dawn ivarjaw, hemm sidien tal-kera li qed jifhmu s-sitwazzjoni u jikkoperaw u hemm min qed jifhem is- sitwazzjoni ħażina tan-negozju ferm inqas u allura jitlob l-istess ammont tal- kera, li f 'ċerti każi tlaħħaq l-eluf fix-xahar, minkejja li n-negozju jinsab magħluq u mhu jagħmel l-ebda bejgħ. Huwa pożittiv li l-gvern irrikonoxxa li minkejja li l-ħwienet fetħu, l-irkupru huwa bil-mod hafna u b'dan il-mod irridu nħarsu lejn din is-sitwazzjoni. Nifhmu li kulħadd għandu l-obbligazzjonijiet tiegħu, iżda s-sitwazzjoni għandha kuntest speċjali ħafna. Bħala Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji kontu qed tippretendu li jinfetħu xi negozji oħra apparti dawk li nfetħu nhar it-Tnejn li għadda? Kien pass pożittiv, dawn il-ġimgħatejn li ġejjin huma kritiċi u mportanti biex nimxu pass 'il quddiem u konnha kkonsultati u qbilna mad-deċiżjoni li jinfetħu. Jekk kollox imur sew, naslu wkoll għall-ftuħ ta' negozji oħra. Jekk hemm miżura waħda li baqgħet ma daħlitx fis-seħħ u li l-Kamra taħseb li kienet tgħin ħafna aktar lin-negozji u l-ħaddiema tagħhom, din xi tkun? Waħda mill-proposti ewlenin tagħna kienet li l-għajnuna relatata mal-impjegati tiġi estiża għas-setturi kollha li għandhom bżonn mingħajr ebda diskriminazzjoni. Proponejna wkoll li tiċċaqlaq il-kirja relatata mal-Gvern, li jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li jitnaqqsu l-interessi tal-banek u l-ħlasijiet ta' tranżazzjonijiet online. Minn mistoqsijiet li għamlet il-gazzetta ILLUM jirriżulta li kien hemm madwar 140 talba minn kumpaniji jew negozji li ma felħux iħallsu €400 fuq it-€800 li l-Gvern qed jiggarantixxi għal kull impjegat. X'inhi r-reazzjoni tagħkom dwar dan? Taħseb li n-negozji refgħu biżżejjed piż? Minn informazzjoni li għandna, il-maġġoranza tan-negozji qegħdin imorru oltre minn dak it-top up ta' €400, ovvjament hemm negozji li raw sa fejn tista' twassalhom il-likwidità tagħhom u bħalissa l-importanza hi li l-ħaddiema u li n-negozju ma' jispiċċax jerfa' piżijiet finanzjarji aktar milli jiflaħ b'konsegwenza li jagħlaq u jintilfu l-impjiegi. Minn stħarriġ li għamilna ftit tal- ġimgħat ilu, s'issa nafu b'negozji li kienu diġà f'riskju li jieħdu din id-deċiżjoni, il- messaġġ tagħna kien biex jistennew kemm jistgħu qabel ma jieħdu deċiżjonijiet iebsa bħal dawk li jitkeċċew il-ħaddiema jew saħansitra jagħlqu n-negozju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020