Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Tensjoni u ġlied ma' Arrigo - hekk kif il-ħaddiema tal-PN tpoġġew fuq three-day-week Rabja u tensjoni fid-Dar Ċentrali hekk kif ħaddiema jispiċċaw bi three day week bi ġlied u saħansitra theddid li "mmorru għand il-Labour" ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Iktar persuni li jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista tkellmu ma' din il- gazzetta wara l-istorja esklussiva tal-ġimgħa l-oħra fuq l-ILLUM dwar l-impjieg ta' Chief of Staff ġdid, liema impjieg tħalla f 'segretezza kbira - anke minn nies li jkunu ta' kuljum id-Dar Ċentrali - u li għalih Justin Anastasi qed jitħallas paga ta' madwar €40,000. Ħaddiema li tkellmu ma' din il-gazzetta żvelaw it-tensjoni u dak li deskrivew bħala "taħwid u tgerfix" li qed jiżdied hekk il- ħaddiema tal-partit - mhux tal- midja - tpoġġew kollha fuq three- day week. "Qam ferment u ġlied fuqha din u qed iwaħħlu f 'Robert Arrigo għax hu qed jiddeċiedi...tant li anke nies saħansitra jargumentaw l-ikrah ma' Arrigo rajna u nies oħrajn jheddu li jmorru għand il-Parrtit Laburista u jikxfu dak li qed jiġri fid-Dar Ċentrali," qal wieħed mis-sorsi tal-gazzetta fid- Dar Ċentrali. Jidher ukoll li fejn jirrigwarda midja kienet saret laqgħa indirizzata minn Karl Gouder - Chief operating Officer ta' Medialink - illi fiha dan kien ħabbar illi l-ħaddiema kollha se titnaqsilhom il-paga b'10%. Ħaddiema li tkellmu magħna qalu iżda li madwar ġimagħtejn wara bdew isiru laqgħat privati illi matulhom nies oħrajn kienu qed jgħidulhom li se jitnaqqsilhom aktar jew inqas minn din l-10%. "Hawn ħafna inċertezza fost il-ħaddiema u anke rabja. Dan mhux sew li min iġorr ammont ta' responsabilità u min iġorr aktar. Dan qed joħloq ħafna problemi hawn ġew," jgħid is- sors tal-ILLUM. "Kien hawn nies li argumentaw sew ma' Robert Arrigo u bi ġlied kbir sew spiċċaw. Anke theddid li jmorru għand il- Partit Laburista. Imbagħad din il-biċċa xogħol taċ-Chief of Staff iktar rrabjat nies! Hawn min jaħdem hawn ġew stess, jgħid li kieku issir elezzjoni llum, lanqas jivvutaw. Ħaddiema tal-partit dawn," temm jgħid dan is-sors. Il-ħaddiema fil-PN imma speċjalment Media Link ilhom jiffaċċjaw problemi, tnaqqis u dewmien fil-ħlas minn mindu kien żvelat illi l-PN għandu miljuni kbar f 'dejn. Fil-fatt kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat illi l-PN għandu €12-il miljun dejn mal-Gvern biss, f 'bolol, VAT u dawl u ilma, biex id-dejn totali kif kienet żvelat il-gazzetta Maltatoday huwa ta' €34 miljun. 'Il-PM Abela m'għandux il-kredibilità u l-istatura biex jikkonvinċi dwar l-immigrazzjoni' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia staqsa kif fl- ekonomija se nerġgħu nieħdu l-pariri ta' min, skontu, biegħ lill-pajjiżna. "Robert Abela għandu jdejh marbutin u bilfors kellu jerġa jdaħħal lil Muscat fil-Gvern?' staqsa Delia. Huwa qal illi Muscat kien "l-aktar Prim Ministru korott li qatt kellha Malta" u "l-aktar Prim Ministru korrott tad- dinja" u allega wkoll illi f 'Kastilja inħema l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Filwaqt li qabel illi l-mossa li jieħu pariri minn Muscat huwa "żball kardinali" tal- Gvern, huwa allega wkoll li l-eks Ministru Konrad Mizzi maħrub mill-pajjiż u fakkar kif ma kienx fil-Parlament meta kien diskuss kuntratt li ffirma hu stess. Delia qal illi l-Gvern baqa' jdaħħal lill- barranin bil-konsegwenza li Malta spiċċat popolata żżejjed, b'ħafna jitħallsu, skontu, biċ-cheap labour. Għalhekk qal li l-Gvern Laburista mhuwiex kredibbli meta jgħid li ma jridx idaħħal barranin. "X'inhuma s-soluzzjonijiet tal-Gvern? Jekk Abela se jirritalja kontra l-UE irridu naraw imbagħad l-effetti tar-ritaljazzjoni. Jiena nemmen fil- poltika tal-persważjoni ... l-MEP Roberta Metsola ppreparat dokument dwar il-mod kif għandna nimxu 'l quddiem f 'din il-kwistjoni," qal Delia - li indika l-importanza tal-ħniena maż-żgħir u l-ġlieda kontra l-kriminali. Hu sostna li ma jaħsibx li l-politika taħdem bir- ritaljazzjoni imma billi nipperswadu lill-UE tkun solidali. Minkejja dan, skontu, Robert Abela m'għandux il-kredibilità u l-istatura biex jikkonvinċi lill-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni. Delia saħaq illi l-istrutturi kkritikati u kontroversjali hemm għadhom, fosthom il-kuntratt li kien sar mal-VGH. "Iva ħadd mill-Gvern ma jidhirlu li għandna nbiddlu xi ħaġa? Ħadd ma jaħseb li għandna nbiddlu l-proċess tat-tendering? " staqsa Delia. Dwar il-Partit Nazzjonalista Delia qal li l-oppożizzjoni qed taħdem biex turi kemm kapaċi toffri viżjoni alternattiva wara l-pandemija tal-Covid-19. "Is-sensazzjoni tiegħi hija li qed nimu l-karba għall-bidla. Ifisser li l-pajjiż huwa għatxan għal-Gvern modern u Gvern nadif."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020