Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 analiżi illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 x'jaħsbu l-għalliema dwar it-tagħlim online? riżorsi. 5. L-edukazzjoni kif nafuha qabel jaf tinbidel xi ftit. L-edukaturi kollha esperjenzajna possibilitajiet ġodda ta' kif jista jsir it-tagħlim. Għalkemm l-interazzjoni tal-għalliema mal-istudenti tagħhom fil-klassi hija kruċjali, fl-opinjoni tiegħi aħna l-edukaturi għandna nevolvu l-modi tat- tagħlim tagħna sabiex nagħmlu l –aħjar użu mit-teknoloġija. Fabio Borg – Għalliem fi skola sekondarja (Kulleġġ Sant' Elija) 1. Huma żminijiet ta' sfida kbira għalina l-għalliema, għaliex parti essenzjali mix- xogħol tagħna huwa l-kuntatt dirett mal-istudenti u din kellha tinbidel mill-qiegħ. Din hija xi ħaġa li ħolqot vojt fix-xogħol tiegħi bħalissa. Kellna naddattaw minnufih hekk kif tħabbret li l-iskejjel kellhom jingħalqu. Bħala skola ħadna mill-ewwel l-inizjattiva sabiex nimplimentaw it-tagħlim online u nkomplu bis-sillabi tas- suġġetti. Il-maġġoranza tal-istudenti kkoperaw u jsegwu regolari, kemm il-lezzjonijiet li nagħmlulhom, kif ukoll ix-xogħol li jkollhom x'jaħdmu. Normali li għall-ewwel il-ġenituri tħassbu xi ftit però hekk kif raw li t-tfal tagħhom xorta qed jirċievu t-tagħlim, bdejna nsibu koperazzjoni min-naħa tagħhom ukoll. Bla dubju ċirkostanzi bħal dawn jafu ħolqu xi ftit tal-anzjetà fuq ċerti studenti, però dan ħsibna għalih ukoll għaliex il-councellors xorta baqgħu jsegwu lil dawk li għandhom bżonn l-appoġġ. 2. Waħda mill-isfidi ewlenin li kellna naffaċċjaw, kienet kif timplimenta tagħlim online u kif wieħed jista' jifhem il-bżonnijiet differenti tal- istudenti. Xi ħaġa oħra li kellna nagħmlu bħala skola kienet kif nipprovdu appoġġ immirat għall- użu tat-teknoloġiji l-ġodda lil ċerti studenti. Ħadd ma kien ippreparat għas-sistema ta' tagħlim online, però mill-ewwel kulħadd irnexxielu jaddatta ruħu għaliha. 3. Naħseb waħda mill-affarijiet pożittivi li ħarġu kienet l-aċċess online li permezz tiegħu wieħed jista' jitgħallem. Nemmen li ser ikun hemm miżuri li kellna nimplimentaw bħalissa u li probabbli wieħed jista' jżomm hekk kif nirritornaw fl- iskejjel tagħna. Waħda mill-affarijiet pożittivi li qed insib hi li l-materjal jasal b'mod elettroniku. Din hi xi ħaġa tajba anki għal quddiem meta jkun hemm xi studenti morda d-dar. B'din is-sistema wieħed m'għandux għal xiex jaqa' lura għaliex xorta jista' jkompli ma' dak li jkun qed jiġri fil-klassi. L-istudenti m'għandhomx jistennew aktar sa ma jerġgħu jiġu lura l-iskola għaliex il- materjal li jkun sar fil- klassi jista' jintbagħat u jinħadem mill- kumdità ta' darhom. It-teknoloġija żgur li għenet sabiex ingħelbu ċerti limitazzjonijiet li forsi niltaqgħu magħhom fil-klassi. 4. Bħala skola tal-Knisja sibna koperazzjoni mis-'Segretarjat tal- Iskejjel tal-Knisja' fejn ipprovdew għajnuna f 'diversi oqsma lil dawk l-istudenti fil-bżonn. 5. Ħa jkun hemm affarijiet li nistgħu nibdew nużaw u nagħmlu użu minnhom sabiex inkunu aktar effettivi fil-ħidma tagħna ta' għalliema, mod partikolari l-aċċess għall-materjal online. Però nnutajt ħaġa oħra. F'kull skola jkun hemm dawk l-istudenti li forsi fil-klassi jagħtu problemi biex jaħdmu jew biex joqogħdu attenti. B'din is- sistema rajt bidla għall-aħjar għaliex uħud minnhom qed jikkoperaw u jaħdmu bla diffikultà. Wieħed hawn jista' jistaqsi jekk il-mudell ta' klassi tradizzjonali għandux jingħata xejra oħra peress li ma' ċerti studenti s-sistemi tat-teknologija moderna qed taħdem aktar għalihom. Dr. George Cremona - Lettur fil- Fakultà tal-Edukazzjoni fl- Università ta' Malta 1. Ngħid għalija, l-ewwel ġimgħatejn ħassejt li għandi nutilizzahom biex nosserva x'qed jiġri. Infurmajt ruħi dwar għodda li permezz tagħhom stajt xorta nkompli nwassal il-lezzjonijiet. Għażilt l-iżjed għodda li ħassejt li jippermettuli li kif nagħmel fil-lezzjonijiet li nagħti meta qiegħed mal- istudenti fil-klassi, jħalluni nkompli npoġġi lill-istudenti fiċ-ċentru. Allura – biex nagħti eżempju sempliċi – meta qed nagħti l-lezzjonijiet online, għażilt per eżempju pjattaformi li filwaqt li jiġbru lill-istudenti flimkien fi klassi virtwali, jippermettuli wkoll li nqassam lill-istudenti fi k m a m a r virtwali separati li bihom xorta jista' jsir xogħol fi grupp. Dan għamiltu biex kemm jista' jkun inqarreb il-klassi reali ma' dik virtwali. Il-koperazzjoni mill- istudenti hija kbira ħafna. Filwaqt li nifhem li hemm min kellu bżonn ftit iżjed ħin biex jidra fis-sitwazzjoni ġdida, ħassejt li l-istudenti għarfu li iva din hija xi ħaġa li qed nagħmlu biex it-tagħlim jibqa' għaddej. Għaqqadna dak li jafu huma ma' dak li naf jien u bis-saħħa ta' din is- sinerġija kollox miexi ħarir. 2. L-akbar sfida li affaċjajt hija li ridt naddata il-pjanijiet tal-lezzjoni u r-riżorsi li kelli ppreparati. Kelli nbiddel u naddatta dawk ir-riżorsi li kont ippjanajt li nuża f 'lezzjoni normali fi klassi, għal riżorsi addatti għal-lezzjonijiet online. Ħassejt li nagħmel żball li nuża l-istess riżorsi għar-realtà online. Il-ħin kien limitat ħafna peress li l-virus ħasadna. Kelli nagħmel dan ix-xogħol fi żmien relattivament qasir. Sakemm ingranajt ħassejtni f 'tellieqa kontra l-ħin. 3. Xi ħaġa pożittiva li affaxxinatni hija l-flessibilità ta' numru kbir ta' kollegi anzjani u anke dawk iżgħar. Flok ħafna għalliema u letturi jsibu skużi li qatt ma ħadmu online, jew li m'għandhomx għarfien, b'mod kuraġġjuż ħafna, qabdu l-barri minn qrunu u fi ftit żmien bdew jagħmlu użu minn dawn l-għodda. 4. L-esperjenza fil-klassi għallmitni li iva hemm studenti li m'għandhomx aċċess għall-Internet. Urietni ukoll li hemm oħrajn li anke jekk għandhom aċċess għal internet, mhux dejjem għandhom kemm jixtiequ aċċess. Hemm min jgħix f 'familja fejn kompjuter irid jintuża minn tlieta jew erba' membri tal-familja. Allura kemm ilni ngħallem, mhux biss f 'dal-perjodu, dejjem rajt li meta nuża l-mezzi teknoloġiċi, nara li dejjem noffri alternattiva li tista' tintuża minn min għandu aċċess limitat. Dejjem ngħid lili nnifsi li anke jekk mhux faċli, jrid ikolli Pjan A u Pjan B. S'issa kull student u studenta li ngħallem l-università kollha sabu mod kif jikkomunikaw online. Fl-eventwalità li tqum iċ-ċirkustanza qed nipprepara lili nnifsi għal dawn is-sitwazzjonijiet. 5. Naħseb iż-żmien li għamilna bogħod mill-klassi għen lil ħafna edukaturi japprezzaw kemm hu sabiħ li tkun fil-klassi, anke jekk sikwit wieħed jgħejja. Xi ħaġa li billi ħafna kienu jagħmluha kuljum, forsi kienet saret rutina għal uħud u allura uħud nsew il-ġmiel tal-vokazzjoni ta' għalliem. Apparti dan naħseb li l-pont li bnejna bejn il-klassi u t-teknoloġija, ġie ħafna qabel ħafna ħolmu. In-neċessità għenitna biex flok il-pjan ta' tagħlim online jibqa' biss possibilità volontarja, issa sar frotta li ħafna daquha u li apprezzaw it-togħma tajba tagħha. Meta jgħaddi kollox, ħafna iżjed se jkunu f 'pożizzjoni li jibbilanċjaw iż-żewġ realtajiet. Fabian Borg Dr George Cremona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020