Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum 'Hemm negozji magħluqa li qed iħallsu YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa għadd ta' ħwienet u stabbilimenti reġgħu fetħu l-bibien tagħhom. Kif kien l-andament matul din il-ġimgħa? Kien hemm bejgħ? Kien hemm ħwienet li xorta waħda għażlu li ma jiħdux riskju u jibqgħu magħluqa? Id-deċiżjoni li jinfetħu ċerti ħwienet intlaqgħet tajjeb ħafna u aħna bħala rappreżentanti konnha wkoll ikkonsultati dwar id-deċiżjoni. Il-maġġoranza ta' dawk li ngħataw permess jiftħu, jidher li fetħu u mir-reazzjonijiet li qed nirċievu b'mod ġenerali ntlaqgħet tajjeb ħafna, minħabba li s-sidien tan-negozji jafu li minn x'imkien iridu jibdew, u b'hekk reġgħet bdiet ir-rutina ftit ftit. Il-membri naturalment rrappurtaw li waqt li beda jirranka l-bejgħ, xorta waħda bl-ebda mod il-bejgħ mhu qrib dak li kien hemm qabel ingħalqu n-negozji. Din kienet ġimgħa ta' ħafna aġġustamenti, bi żmien qasir ta' avviż u sibna ċertu diffikultajiet ta' ppjanar kemm għas-sidien tan- negozji, kif ukoll għal ċertu ħaddiema li kienu ppjanati li jibqgħu id-dar bħall- ġimgħat ta' qabel u ma setgħux jaddattaw daqshekk malajr. B'hekk issa li għaddiet l-ewwel ġimgħa, qed jindraw is-sistemi l-ġodda kemm għas-sidien tan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi li kienet xi ħaġa totalment ġdida għalihom ukoll. Aħna nkomplu nappellaw il-membri biex kif diġà għamlu, jkomplu josservaw id- direttivi b'mod assolut u li l-klijenti ma' jitħallewx jidħlu mingħajr maskri jew mingħajr ma jagħmlu hand sanitisers. Jekk il-bejgħ xorta waħda se jibqa' baxx, jew saħanistra jkollok ħwienet li xorta waħda ma jbiegħux, jagħmel sens li dawn jibqgħu miftuħa? Mhux aktar se jiżdiedu l-ispejjeż għall-istess negozji? Aħna qed naraw sitwazzjoni fejn l-affarijiet jibdew jitjiebu, jekk in-negozji jibqgħu magħluqa mhux se jkun hemm bejgħ, allura ma naraw l-ebda raġuni għaliex għandu jkun hemm negozji li jistgħu jiftħu u jibqgħu magħluqin, dan huwa żmien diffiċli imma rridu nħarsu 'l quddiem u minn x'imkien irridu nerġgħu nibdew, aktar ma ndumu ma nibdew in- negozju, aktar indumu biex nirkupraw mill-effetti tal-covid ekonomikament. Bħala Kamra, kif qed tassiguraw li n-negozji jimxu mal-appelli tal-Gvern. Taħseb li l-Gvern kellu jipprovdi hu l-maskri u s-sanitisers lin-negozji li ngħataw permess jiftħu? L-ikbar problema għall-ftuħ mill- ġdid tan-negozji kienet iż-żmien għall- preparazzjoni għax kien qasir ħafna, iżda s-sitwazzjoni jidher li ġiet taħt kontroll mill-ewwel bil-klijenti mill-ewwel bdew imorru huma bil-maskri. Fl-ewwel ġranet kien hemm stabbilimenti li rnexxielhom jipprovdu maskri lill-konsumaturi li ma kellhomx. Din il-ġimgħa qamet kwistjoni dwar il- prezzijiet tal-maskri u l-visors. Intom għidtlu li l-Gvern ħa lill-pajjiż 50 sena lura meta ffissa l-prezzijiet. Ma taħsibx li hawn ħaristu biss l-interessi tan- negozji u nsejtu lil dawk il-persuni li issa żdiditilhom spiża oħra? Il-Mudell kif intuża u kif ġiet implimentata kien wieħed li ma naqblux miegħu u l-aħħar li ntuża dan il-metodu kien 50 sena ilu kif spjegajna fl-istqarrija. Wara twaqqaf il-bejgħ tal-maskri u bdejna d-diskussjonijiet mal-Gvern, fi ftit siegħat wasalna għall-istess riżultat b'sistema li aktar tagħmel sens, filfatt l-interess tan-negozju ħarisnih biex ma joħroġ flus minn ġewwa sid in-negozju u l-Gvern ra d-dokumenti u qabel li joħroġ id-differenza tal-prezz. X'inhuma x-xenarji għan-negozji li l-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qed tbassar għall-bqija ta' din is-sena? Se naraw titjieb? It-tbassir li qed isir li l-ekonomija mhux se tikber kif konnha mdorrijin u se tmur lura b'mod sinifikanti, iżda li se jibda jinfetaħ is-suq domestiku huwa xi ħaġa pożittiva u se nibdew naraw tibdil żgħir u allura kull progress f 'dan l-istadju huwa punt pożittiv għal dan. Jekk ikun hemm sitwazzjoni fejn dawn il-ħwienet ikollhom jerġgħu jagħlqu, jew inkella din is-sitwazzjoni ttul, xi mpatt taħseb li dan se jkollu fuq in- negozji? Bħal ma wieħed jieħu gost li n-negozji qed jiftħu, tkun sfortuna jekk ikollhom jerġgħu jagħlqu, pero n-negozji dejjem imxew mal-ordni tas-saħħa pubblika u jekk ikun hemm bżonn se jiġri hekk. L-impatt fuq in-negozji u l-ħaddiema ġa kien negattiv, jekk se nerġgħu nagħlqu se jkollna tul ta' żmien itwal biex ikollna forma ta' irkupru. Tafu b'negozju li din is-sitwazzjoni diġà waslithom biex jagħlqu għal kollox il- bibien tagħhom? Minn stħarriġ li għamilna ftit tal- ġimgħat ilu, s'issa nafu b'negozji li kienu diġà f 'riskju li jieħdu din id-deċiżjoni, il- messaġġ tagħna kien biex jistennew kemm jistgħu qabel ma jieħdu deċiżjonijiet iebsa bħal dawk li jitkeċċew il-ħaddiema jew saħansitra jagħlqu n-negozju, allura jidher li n-negozji li kienu f 'diffikultà kbira ssaportew ftit u bdew jieħdu n-nifs meta tħabbru l-iskemi tal-Gvern. Kien hemm stabbilimenti li ilhom ħafna aktar sejrin ħażin. Negozji fil-Belt Valletta rreġistraw tnaqqas fil-bejgħ fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet minħabba l-kwistjonijiet politiċi li qamu fil-pajjiż u issa kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-pandemija. Dawn in-negozji kif qed iħarsu lejn il-futur tagħhom? Ovvjament mhijiex sitwazzjoni faċli bħalissa u l-futur huwa inċert għax m'għandnix timeframes meta l-affarijiet se jmorru għan-normal, fost oħrajn f 'settur importanti bħat-turiżmu. Imma bħalissa kulħadd qed jinvesti ħinu biex jara kif jista' jaddatta għall-isfidi tal- Għaddiet kważi l-ewwel ġimgħa minn meta l-ħwienet fetħu l-bibien tagħhom. Kif sejrin? Qabad in-negozju? Qed ilaħħqu mal-kera? X'seta' sar aktar? L-ILLUM titkellem ma' Abigail Mamo, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Il-maġġoranza tan- negozji qegħdin imorru oltre minn dak it-top up ta' €400

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020