Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT U AVUKAT APPRENDIST FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjoni għal grad ta' Avukat u ta' Avukat Apprendist biex iwettqu dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit , soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u fil-kaz ta' applikanti għall-grad ta' Avukat irid ikollhom, mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu lill: Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 357953/4, Permit Nos. 52/2019 and 53/2019 Uffiċċju ta'l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 29 ta'Mejju 2020 fis-1300 hrs. 'Għafsa ta' qalb kbira meta tara persuna tmut waħedha Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Patri Bertrand Vella, wieħed mill-Patrijet li ilu xahar u nofs jgħix fl-isptar Mater Dei... YENDRICK CIOFFI "Hija weġgħa ta' ħafna paz- jenti f 'Mater Dei li ma jistgħux ikollhom il-qraba tagħhom viċin fl-aktar mumenti ta' bżonn." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Patri Bertrand Vella, wieħed mit-tliet Patrijiet Franġiskani Kappuċini li bħalissa qed jgħixu lejl u nhar fl- Isptar, flimkien ma' diversi infer- miera u tobba oħra. Anke jekk it huma dawk il-paz- jenti bil-COVID-19 li huma rik- overati f 'Mater Dei, ma jfissirx li ma hemmx pazjenti oħra fl-isptar li bħalissa għaddejin minn mu- menti diffiċli, mhux biss minħabba l-mard tagħhom, iżda anke għax minħabba l-prekawzjonijiet li qed jittieħdu ma jistgħux jirċievu żjarat mill-qraba u l-ħbieb tagħhom. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Patri Bertrand li spjega kif bħalis- sa l-irwol tal-Patrijiet f 'Mater Dei twessa' għax mhumiex qed jisse- jħu biss meta pazjent ikun wasal fl-aħħar mumenti, iżda permezz tal-preżenza tagħhom qed jip- provaw jagħmlu wens lil dawn il-pazjenti li jinsabu waħedhom. "Anke jekk illum għandna l-mowbajls u t-tablets, xejn ma jbiddel il-kuntatt uman. Dik iż-żja- ra u l-attenzjoni tal-qraba, jew il- fatt li xi ħadd jiġi u jġiblek it-tuff- ieħ mgħolli jew pakkett gallettini, huma affarijiet sbieħ," saħaq Patri Bertrand li jiddeskrivi l-preżenza tal-Patrijiet l-isptar bħala tfakkira li anke fil-mumenti l-aktar diffiċli, Alla huma magħna. Fil-fatt, Patri Bertrand saħaq kif qed jirċievu ħafna telefonati min- għand qraba ta' pazjenti li jitolbu- hom iżuru lill-qraba tagħhom biex almenu jpattu xi it jew wisq għal dan in-nuqqas. "Jiġu ġranet li jkollna mhux biss sejħat għad-Dilka tal-Morda, imma anke talbiet biex inżuru paz- jenti li jinsabu waħedhom. Anke jekk bejnietna naħdmu b'xiijiet ta' 12-il siegħa, il-ġurnata f 'Mater Dei saret qasira ħafna. Nispiċċaw eżawriti iżda kuntenti wkoll meta tara l-apprezzament tal-pazjenti." 'Ġieli rajt infermiera li jieħdu nifs qawwi qabel iċemplu' Anke jekk l-isptar qed ikun sen- sittiv ma' dawk il-pazjenti li jkunu waslu fl-aħħar ħin ta' ħajjithom u qed iħallu it qraba jidħlu ħde- jhom biex jagħtu l-aħħar tislima lil xulxin, irrakkonta realtajiet dif- fiċli ta' pazjenti oħra li qed imutu waħedhom. Faħħar ħafna l-prekawzjonijiet li qed jittieħdu f 'Mater Dei, tant li kull pazjent li jidħol fl-isptar, anke jekk jidħol fl-aħħar mumenti ta' ħajtu, qed jitqies bħala persuna suspettata li għandha l-COVID-19 u allura jkun irid isirilhom it-test. Għalhekk, spjega Patri Bertrand, ikun hemm każijiet ta' pazjen- ti li jidħlu fl-aħħar mumenti ta' ħajjithom, ir-riżultat tagħhom ikun għadu ma ħariġx u għalhekk jispiċċaw imutu waħedhom, għax ġaladarba jkun hemm suspett jew riskju, il-qraba ma jkunux jistgħu jmorru. "Hija għafsa ta' qalb kbira li tara persuna tmut waħedha. Meta r-riżultat ikun għadu ma ħariġx u għalhekk ikun għad hemm is-suspett, il-persuna tkun trid tindifen mill-aktar fis," saħaq Patri Bertrand waqt li spjega li ovvvja- ment, l-istess jgħodd għall-vittmi tal-COVID-19. Semma każ par- tikolari ta' wieħed mill-vittmi li miet bil-COVID-19, fejn il-persu- na mietet fis-7am ta' filgħodu u fil- 11:30am kien midfun. "Hija impressjonanti u għafsa ta' qalb għall-qraba. Ġieli kont hemm u inzertajt it-telefonata mill-istaff biex jinfurmaw lill-qraba u jgħid- ulhom li ma jistgħux jiġu. Diffiċli mmens anke għall-istaff. Ġieli kont ħdejhom u narahom jieħdu nifs qawwi qabel iċemplu. Jiena litteral- ment nieqaf u nagħlaq għajnejja għax dejjem nimmaġina kieku kien missieri, ommi jew oħti. Nip- prova nidħol fiż-żarbun ta' dak li jkun," kompla jirrakkonta b'għafsa ta' qalb. "Għall-qraba iebsa ħafna. Ma jkunx hemm closure." L-ILLUM tkellmet ma' Patri Ber- trand dwar il-fatt li apparti l-għejja fiżika, hemm ukoll dik psikoloġi- ka. Ngħiduha kif inhi, kemm hu u anke sħabu Patri Elmar Pace u Patri Mario Borg rari jissejħu għal raġunijiet ta' ferħ, ħlief għal xi twelid ta' tarbija jew meta jaraw pazjent ifieq u ħiereġ mill-isptar. Ħafna drabi jissejħu f 'mumenti kritiċi u ta' disperazzjoni. 'Għajjiena anke psikoloġikament ... ilna xahar u nofs ngħixu l-isptar' "Jiġu ġranet fejn inħossni għajjien ħafna. Hija għejja li nħos- sha ġejja mid-dieqa. Mhux dejjem tkun għejja fiżika. Ħafna drabi tkun għejja psikoloġika. Is-serħan insibu f 'dawk il-it minuti fil-bidu tal-ġurnata u fi tmiemha quddi- em Ġesu Sagramentat. Inpoġġu quddiem il-Mulej il-persuni kollha li nkunu ltqajna magħhom, inkluż l-istaff li wkoll għaddew u għad- hom għaddejin minn żminijiet ieb- sa, 'il bogħod mill-familja," kompla jispjega. "Qabel konnha mmorru dik il-ġurnata l-kunvent, tieħu it

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020