Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 kummerċ IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Għajnuna għar-riġenerazzjoni tan-negozju lokali - Webinars mill-Kamra tal-SMEs, il-Bank of Valletta u l-Malta Development Bank Bla dubju ta' xejn dawn huma żminijiet straordinarji speċjalment għan-negozji. Finanzi u deċiżjonijiet f 'waqthom huma essenzjali biex niżguraw is-sopravvivenza fuq medda qasira ta' żmien, iżda l-COVID-19 tista' tkun l-ixpruna biex in- negozji jagħmlu tibdil fl-operat tagħhom. Il-finanzjament tal-working capital u l-likwidita' tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-intrapriżi l-kbar permezz tal- "BOV-MDB COVID Assist' kienet it-tema prinċipali ta' webinars organizzati mill- Malta Chamber of SMEs f 'kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta u l-Malta Development Bank (MDB). "Nimu l-pressjoni li qegħdin iħossu ħafna negozji u qed nagħmlu ħilitna kollha biex ngħinu lill-SMEs jerġgħu jqumu fuq saqajhom. M'aħniex se mmorru lura għaż- żmien ta' qabel il-COVID, u għalhekk irridu naddattaw malajr għal din ir-realtà ġdida," iddikjarat Abigail Mamo Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs fl-indirizz tal-uħ tagħha. "Hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet u dawn jiġu implimentati mingħajr ħela ta' ħin sabiex in-negozji jibqgħu vijabbli fil-futur." Albert Frendo, Chief Credit Officer tal- BOV spjega l-karatteristiċi tal-BOV-MDB COVID Assist u kif in-negozji jistgħu jaċċessaw il-fondi meħtieġa biex jgħinuhom jgħaddu minn dawn iż-żminijiet diffiċli. "Meta jinbidel il-mod ta' kif noperaw, kif ġara issa, huwa l-mument opportun sabiex in-negozji jevalwaw mill-ġdid il- mudell tan-negozju tagħhom u jqisu wkoll l-ispejjeż tagħhom. Wieħed għandu jikkunsidra self addizzjonali biss wara valutazzjoni bir-reqqa u eliminazzjoni tal- attivitajiet li jistgħu jħassru l-valur tan- negozju. Huwa kruċjali li jinżamm kontroll tad-dejn. Issa aktar minn qatt qabel, l-ebda negozju m'għandu jissellef la żżejjed u lanqas in-nieqes. Irridu nkunu konxji tal- fatt li dak li nisselfu llum, irid jerġa jitħallas lura mill-qligħ ta' għada. In-negozji se jiltaqgħu ma' ostakoli u xkiel fix-xhur li ġejjin iżda żminijiet tajbin jerġgħu jaslu wkoll. Ninsab fiduċjuż li l-intraprendituri tagħna se jegħlbu l-isfidi u aħna bħala Bank of Valletta se nkunu hemm biex nappoġġjawhom tul it-triq kollha." Il-BOV MDB COVID-19 ASSIST tibbenefika mill-appoġġ tal-Iskema tal- MDB COVID-19 Guarantee imnedija mill-Malta Development Bank permezz ta' Garanzija Bankarja b'valur ta' €350,000,000, koperta minn garanzija tal-Gvern maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. 'Mit-tnedija tal-Iskema ta' Garanzija, bħala Malta Development Bank, bqajna nsaħħu din l-iskema. Smajna lin-negozji li kienu qed iħossuhom imxekla mill- ammont massimu ta' self li setgħu jieħdu u nnegozjajna mill-ġdid żieda fl-ammonti massimi tas-self sa €10 miljuni għall-SMEs u sa €25 miljun għall-Intrapriżi l-Kbar. L-MDB qed tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li permezz tal-intermedjazzjoni tal- banek akkreditati, l-Iskema ta' Garanzija tipprovdi kemm jista' jkun likwidità lin- negozji u bl-inqas spejjeż ta' self possibbli,' iddikjara Prof Josef Bonnici, Chairman tal- MDB. Il-BOV MDB COVID-19 Assist hija skema ta' finanzjament bl-għan li tgħin SMEs lokali u l-Intrapriżi Kbar li qed jiffaċċjaw sfidi li ġabet magħha il- COVID-19. Dan jippermettilhom jilħqu l-kapital neċessarju għan-negozju, jgħinhom fl- ispejjeż tal-operat, bħal salarji u pagi tal-impjegati, kontijiet, akkwist ta' stock, spejjeż ta' manutenzjoni u spejjeż li huma kritiċi għat-tmexxija tan-negozju. Ir-rati tal-imgħax jibdew minn rata fissa ta' 2.5% għall-ewwel sentejn, bl-esklużjoni ta' ħlasijiet tal-garanzija, bl-ispejjeż bankarji l-oħra kollha jiġu mneħħija. It-terminu ta' ħlas jista' ivarja bejn 18 u 72 xahar, b'perjodu ta' moratorju inkluż minn 6 sa 12-il xahar. "Għal darb'oħra, il-Bank of Valletta qed jappoġġja l-komunità tan-negozju lokali billi jipprovdi l-likwidità tant meħtieġa u faċilitajiet ta' kapital għan-negozju. Flimkien se niżguraw influss ta' likwidità fis-suq sabiex l-ekonomija tirriġenera ruħha u n-negozji lokali tagħna jiorixxu mill-ġdid,' ikkonkluda Albert Frendo. Din is-sessjoni kienet waħda minn serje ta' webinars organizzati mill-Malta Chamber of SMEs għall-membri tagħha. Negozji li jixtiequ jibbenefikaw mill- BOV-MDB COVID Assist għandhom jibagħtu email lil smefinance@bov.com, jew jekk huma klijenti tal-BOV jikkuntatjaw lir-Relationship Manager tagħhom, il- Business Centre jew Corporate Centre tal-Bank. Aktar informazzjoni tinstab fuq https://www.bov.com/content/bov-mdb- covid19-assist.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020