Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 films illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 Carmel Bonnici L-immaġinazzjoni fertili ta' Jules Verne fiċ-ċinema - l-ewwel parti L-awtur Franċiż Jules Verne kien l-ewwel kittieb awtentiku tax- xjenza fittizja moderna. Uħud mill-aħjar mix-xogħlijiet tiegħu, bħal 20,000 Leagues Under e Sea u Journey To e Centre Of e Earth huma kkaratteriżżati mill-viżjoni intelliġenti tal-futur tiegħu f 'dawk l-akkwisti tekniċi li l-bniedem jista' joħloq. Hu ħareġ b'invenzjonijiet li saru ħafna snin wara li mmaġinahom u li ħadd ma kien jobsorhom fi żmienu, bħal sottomarin, żeppellin u oħrajn li kiteb fuqhom fil-volumi tiegħu. Il-produtturi taċ-ċinema mill-ewwel ħadu indikazzjoni li l-avventuri gwappi, l-intriċċi u avvenimenti fantastiċi oħrajn li jispjega tant tajjeb fil-kotba tiegħu jistgħu jkunu nterpretati b'suċċess fuq il-liżar kbir ċinematografiku, kif kienu sa mis-sena 1916. Għalhekk mill-1954 'il quddiem, ħafna mill- kotba tiegħu ġew addattati ġħaċ- ċinema, kultant b'suċċess qawwi. Jules Verne twieled f 'Nantes, Franza, fit-8 ta' Frar 1828. Missieru Pierre kien avukat popolari u ommu kien jisimha Sophie. Imwieled ġo familja tal-klassi medja, Jules kien jobgħod l-isforzi tal-ġenituri biex jippruvaw jakkwistaw ir-rispett ta' din il-klassi. Minn dejjem ribelluż imma mingħajr suċċess, hu tgħallem jidhol fid-dinja tiegħu ta' immaġinazzjoni fertili. Dawn is- sentimenti tiegħu bdew jidhru fix- xogħlijiet li kiteb snin wara, meta kiber. It-tfulija tiegħu kienet waħda normali b'eċċezzjoni ta' meta kellu 12-il sena u mar jaħdem fuq vapur bħala tifel tal-kabina. Missieru sar jaf b'dan u waqqaf il-bastiment qabel beda jbaħħar. Wara, hu wiegħed lil ommu u missieru li għall-quddiem se jivvjaġġa biss fl-immaġinazzjoni li sikwit kien iġib quddiem għajnejh - tbassir li twettaq b'manjiera li l-ġenituri tiegħu qatt ma ssopponewha. Verne mar f 'Pariġi fl-1847 biex jistudja l-liġi, imma privatament kien diġa' qed jippjana karriera letterarja. Fl-1850 permezz tal- ħbiberija tiegħu mal-awtur Franċiż Alexandre Dumas il-Kbir (1802 - 1870) ipproduċa l-ewwel reċta tiegħu, Broken Straws, li it għamlet suċċess. Mis-sena 1852 sal-1855 hu kellu xogħol mhux bi ħlas xieraq fil- pożizzjoni ta' Segretarju tat-teatru Pariġin, eatre Lyrique. Hu beda jikteb kummiedji u operetti u anki kkontribwixxa stejjer qosra għall-magażin popolari Le Musée des Familles. Waqt żjara f 'Amiens f 'Mejju tal- 1856, Jules iltaqa' ma' Madame Morel - imwielda Hermione de Viane - armla u t-tifla ta' uffiċjal tal-armata. F'Jannar ta' wara żżewġu. Il-fatt li ħu l-mara tiegħu kien aġent tal-kambju, għenu biex beda karriera f 'din il-professjoni fil-Paris Exchange. Dan ix-xogħol ma affetwax dak tal-kitba hekk kif adotta skeda rigoruża li jqum fil- 5.00 a.m biex ikollu diversi sigħat ifittex u jikteb qabel jibda x-xogħol regolari tiegħu fil-Borża. L-ewwel xogħol twil tiegħu kien Five Weeks In A Balloon li jirrakkonta vjaġġ fl-ajru fuq l-Afrika ċentrali li kienet għadha ma ġietx skoperta. Dan il-ktieb, ippubblikat f 'Jannar tal-1863 kellu suċċess immedjat. Dan ħajru li jitlaq mix- xogħol tal-kambju u jiddedika ruħu biss għall-kitba. Il-it kotba li ġew wara għamlulu suċċess kbir fi żmienhom u huma meqjusin bħala l-aħjar li qatt ipproduċa. A Journey To e Centre Of e Earth (1864) jiddeskrivi l-avventuri ta' ċorma esploraturi u xjentisti li jinżlu minn bokka ta' vulkan fl-Iżlanda u jiskopru dinja ġdida u fantastika taħt l-art. e Adventures Of Captain Hatteras (1866) jikkonċentra fuq spedizzjoni fil-North Pole. From e Earth To e Moon (1865) u f 'dak ta' wara, Round e Moon (1870) jirrakkonta kif żewġ Amerikani avventurużi u naturalment magħhom jingħaqad wieħed Franċiż, jaċċettaw li jkunu sparati f 'ċilindru kbir minn kanun ta' forza qawwija, joħorġu mill- gravita' tad-dinja u jersqu qrib il- qamar. Fil-fatt hu kellu l-viżjoni li jkunu sparati minn Florida fejn fil-preżent tinsab kważi l-amministrazzjoni kollha tan-NASA. Kien meta kellu mal-40 sena li kiteb iż-żewġ kapulavuri tiegħu li huma 20,000 Leagues Under e Sea (1870), li jirrakkonta l-vjaġġi tas-sottomarin Nautilus, mibni mill-misterjuż Kaptan Nemo u Around e World In 80 Days li hija l-istorja ta' mħatra - li rnexxiet - magħmula minn Phineas Fogg, raġel tipiku Ingliż li kellu manija li f 'kull appuntament ikun fil-ħin. Novelli oħra popolari tiegħu kienu, e Mysterious Island (1875) u Michael Strogoff (1876). B'kollox Jules Verne kiteb mat-80 ktieb iżda ħafna minnhom, fil-preżent, huma ta' it valur. Fatt ta' min jinnutah hu li fix-xogħlijiet kollha tiegħu jidher ħafna l-idealiżmu morali li fl-1864 għenu biex il-Papa Ljun XIII stess awguralu. L-interess tiegħu fil-progress tax-xjenza kien ibbilanċjat mill-fidi reliġjuża tiegħu. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020