Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

'It-turiżmu intern mhuwiex soluzzjoni għal ajruport magħluq, lanqas qatra f'oċean' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "It-turiżmu intern mhuwiex soluzzjoni għal ajruport magħluq, lanqas biss huwa qatra f 'oċean." Hekk sostna l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) Andrew Agius Muscat għall-mistoqsijiet dwar il- uħ mill-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u allura l-bidu mill-ġdid ta' xi forma ta' attività turistika, f 'pajjiż li jiddependi ħafna mit-turiżmu. Agius Muscat ikkonferma li għaddejjin diskussjonijiet dwar il- uħ mill-ġdid tal-ajruport imma fakkar illi fl-aħħar mill-aħħar din hija deċiżjoni li jeħtieġ jieħu l-Gvern. "Ma nistax ngħidlek jiena hux se jinfetaħ il-ġimgħa d-dieħla jew sitt xhur oħra. Aħna qed nagħmlu l-argument ekonomiku - filwaqt li nimu u nirrispettaw l-argument li jitratta s-saħħa - li l-ajruport huwa kruċjali għall-ekonomija. Issa kif se jiaħ l-ajruport irid jara l-Gvern, dan m'għandux jiaħ l-ajruport kollu f 'daqqa," ifakkar Agius Muscat. Fil-fatt lanqas l-għeluq tal- airport ma kien f 'daqqa bil-Gvern iħabbar l-għeluq ta' vjaġġar lejn gruppi ta' pajjiżi, qabel ħabbar l-għeluq ta' pajjiżi oħrajn b'mod komplet. Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA iżda jiċċara li mhix soluzzjoni li b'xi mod niddependu mit- turiżmu intern. "Anke fl-aqwa tat-turiżmu meta kellna 2.6 miljun qed jiġu pajjiżna kien hawn il- kompetizzjoni, aħseb u ara jekk tagħlaq il-vit," saħaq Agius Muscat. Għalkemm ammetta li jista' jkun hemm lukandi li jmorru tajjeb b'dan - turiżmu ntern xorta ma jibqax xi forma ta' soluzzjoni. Importanti wieħed jinnota wkoll wkoll illi it-turiżmu intern jiddependi wkoll fuq il-flus fl- idejn u l-burdata tal-Maltin, li bħalissa mhumiex fl-aqwa tagħhom. 'L-impatt fuq l-ekonomija allura huwa kbir ħafna' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi fejn qegħdin illum u l-operaturi x'qed jaraw għaż-żmien li ġej. Huwa jfakkar li n-nies fit- turiżmu jinsabu fuq quddiem nett ta' din l-isfida u magħhom jingħaqdu eluf, "għax jekk it- turiżmu jmur ħażin, se jmur ħażin is-sajjied, il-bidwi, tar-ristorant ... it-turiżmu kien qed jiġġenera 2.6 miljun persuna li issa niżlu għal żero. L-impatt fuq l-ekonomija allura huwa kbir ħafna." Agius Muscat qal illi meta saru diskussjonijiet dwar il- miżuri ta' għajnuna - fosthom is-suppliment tal-pagi - konna qed naraw illi l-pandemija tkun għaddiet u f 'Mejju kollox ikun ġie għan-normal. "Sfortunatament naħseb illi dan it-tbassir kien pożittiv. Fejn qabel konna naħsbu ħa jgħaddi kollox sas-Sajf, qed ninduaw li kellna żball. Illum qed inħarsu lejn is-sena d-dieħla," jgħid Agius Muscat. Imma l-operaturi u l-ħwienet jifilħu jagħmlu xhur magħluqin? Agius Muscat huwa skjett u jfakkar illi kull negozju qiegħed hemm biex jonfoq u jinvesti - u allura joħroġ il-flus - biex imbagħad idaħħal u jifdallu l-profitt. "Il-Gvern bħalissa qed jara kif kollox jimxi b'xi mod imma nafu li mhux kulħadd se jiflaħ jibqa' bla dħul u jikkrolla għax ma jkunx jiflaħ aktar." "Irridu nilħqu kompromess bejn l-argument ta' saħħa u l-argument ekonomiku." Intant din il-ġimgħa bdew ħerġin l-ewwel ċifri li juru t-tnaqqis drastiku fit-turiżmu matul ix-xahar ta' Marzu. B'kollox it-tnaqqis meta kkumparat mal- istess xahar is-sena l-oħra kien ta' 56.5%. It-tnaqqis fl-ispiża kienet it inqas minn 63%. L-ajruport se jiftaħ jew le? Il- Kap Eżekuttiv tal-MHRA ifakkar li din deċiżjoni tal-Gvern għalkemm jisħaq illi t-turiżmu intern mhu bl-ebda mod soluzzjoni għall-kriżi f'din l-industrija. Jgħid ukoll illi se jkun hemm dawk li n-negozju tagħhom se jikkrolla 05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020