Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245207
20 analiżi IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum Is-Sors ta' Diskors ta' Mibegħda - X'tgħid CATHERINE SMITH Bħala Riċerkatur fi ħdan il- Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u anke bħala Counsellor nirrifletti ħafna fuq dak li jkun għaddej minnu pajjiżi, speċjalment dak li jkun qiegħed jifridna u jweġġana bħala poplu. Il-kwistjoni taħraq tal- immigrazzjoni u l-immigranti, speċjalment tal-immigranti irregolari li jaslu fuq xtutna bid- dgħajjes, mhijiex kwistjoni ġdida għall-poplu Malti. Anzi, hija waħda li ilna nħabbtu wiċċna magħha u niġġieldu bejnietna, kif ukoll ma' pajjiżi oħra fuqha għal aktar minn għaxar snin. Madankollu, ir-riflessjoni u l-artiklu tal-lum imorru lil hinn mill-kwistjoni friska ta' jekk għandna jew m'għandniex indaħħlu l-immigranti f 'pajjiżna waqt din il-kriżi li ninsabu fiha bħalissa minħabba l-coronavirus jew il-COVID-19. L-għan ewlieni ta' dan l-artiklu hu li nindirizza l-biża' u l-ansjetà li nara riflessi fid-diskors ta' mibegħda, jew kif insejħulu bl-Ingliż, hate speech, li jinkiteb b'reazzjoni għal artikli li b'xi mod jindirizzaw din il-kwistjoni. Messaġġi li l-għan tagħhom hu li jserrħu lil min ikun kitibhom, imma f 'istess ħin ikasbru kemm l-immigranti, speċjalment dawk ta' ġilda skura, kif ukoll lil dawk li jazzardaw jiddefenduhom. Imma qabel nagħmel dan, biex nibni bażi soda għall-għan ewlieni ta' dan l-artiklu, ser nibda billi nagħti tagħrif infurmat mir-riċerka fuq kunċetti bħal razza u razziżmu, kif ukoll temi oħra marbuta ma' dawn il-kunċetti, bħal għaliex nidhru daqshekk differenti minn xulxin u x'jiġri f 'soċjetà stratifikata skont ir- razzez. X'tgħid ir-riċerka: Razza jew razzez? Ħafna nies jemmnu li fid-dinja jeżistu razzez ta' nies differenti, u li dawn ir-razzez għandhom differenzi bijoloġiċi kbar bejniethom. F'Malta, l-iktar li jissemmew huma r-razza li nsibuha bħala tan-nies bojod, ir-razza li nsibuha bħala tan-nies suwed, u r-razza li tinkludi n-nies li joriġinaw mix-xaqliba Ażjatika. Madankollu, tajjeb li wieħed ikun jaf li t-twemmin f 'eżistenza ta' razzez differenti huwa żbaljat. Ir-riċerka tgħid li fid-dinja teżisti razza waħda biss, u din hija r-razza umana. Dan turih biċ-ċar ix-xjenza, speċjalment riċerka li toħroġ mil-kamp tal- ġenetika (e.ż. DNA). Din ir-riċerka internazzjonali, li issa ilha għaddejja it għexieren ta' snin, tinfurmana li hemm iktar differenzi bejn Malti u ieħor milli bejn Malti u xi ħadd li aħna l-Maltin nikkategorizzawh bħala ta' razza oħra. Tinfurmana wkoll li l-bniedem għandu ġenetika iktar omoġenja milli għandhom annimali oħra li fid-dehra tagħhom jidhru iktar omoġenji mill-bniedem (e.z., chimpanzee) u li l-ġenetika tal-bnedmin kollha tal-lum oriġinat mill-Afrika. Għalhekk fis- sena 2000, waqt li qed jippreżenta r-riżultati tar-riċerka tiegħu fil-White House, Craig Venter, pijunier fil-kamp tas-sekwenza tal-ġenetika (DNA sequencing) qal li l-kunċett tar-razza m'għandu l-ebda bażi ġenetika jew xjentifika. Għalhekk il-kunċett tar-razza huwa kostruzzjoni soċjali. Għaliex, barra li huwa xjentifikament żbaljat, it-twemmin fir-razzez differenti huwa wkoll perikoluż? Meta wieħed iħaddan il-kunċett ta' razzez differenti, ifisser li mhux biss ikun qiegħed iħaddan preġudizzji dwar id-differenzi fid- dehra tal-bnedmin, imma wkoll jiaħ il-bieb beraħ għal ideoloġija perikoluża, li tissejjaħ riduttiva u essenzjalista, li tallega li l-abbiltajiet u l-imġieba tan-nies f 'razzez differenti huma distinti, omoġenji u fissi. Biex nagħti eżempju, meta wieħed jemmen li l-bojod kollha huma intelliġenti, ċivilizzati u attraenti; li s-suwed kollha huma l-aqwa fl-isports, fiż-żfin u fil-kant; waqt li l-Ażjatiċi huma l-aħjar fil- ġinnastika, l-arti marzjali u biex jivvintaw aġġeġġi elettroniċi. Dan it- twemmin riduttiv huwa perikoluż għax iwassal għall-konklużjoni żbaljata li kull razza, jew biex inkun xjentifikament korretta, soċjorazza, għandha valur uman differenti. Għalhekk jistabbilixxi ukoll bażi għal ideat razzisti. Fuq l-abbiltajiet u l-imġieba tal-bniedem, ir- riċerka tgħid li l-ambjent li fih jitrabba bniedem, inklużi r-riżorsi disponibbli u l-kultura tal-post u l-familja, huwa importanti għall- iżvilupp tiegħu daqs il-ġenetika li jkun wiret. Għaliex nidhru daqshekk differenti? Ir-riċerka tgħid li d-differenza fid-dehra hija r-riżultat dirett tal- adattament naturali li l-bniedem għadda minnu sabiex ikun jista' jgħix f 'postijiet 'il bogħod mill-post oriġinali tiegħu ġol-Afrika. Filfatt, iktar ma titla' lejn it-tramuntana tad- dinja, iktar issib nies li għandhom dehra li ngħidulha bjonda, u li l-kulur tal-ġilda u xi karatteristiċi fiżiċi oħra jikkuntrastjaw l-iktar meta mqabbla ma' dawk ta' nies li jgħixu fl-Afrika. Madankollu, ir-riċerka tgħid ukoll li kemm il- migrazzjoni lejn artijiet oħra kif ukoll il-bidla fid-dehra tal-bnedmin ma seħħitx mil-lum għall-għada, iżda ħadet miljuni ta' snin u ġrat gradwalment. Barra minn hekk, l-karatteristiċi fiżiċi mhux bilfors jintirtu kollha minn ġenerazzjoni għal oħra. Fil-verità, jintirtu biss dawk il-karatteristiċi fiżiċi li wieħed għandu bżonn biex jadatta aħjar għaċ-ċirkostanzi li jgħix fihom. Għaliex inħass il-bżonn li jinħoloq il-kunċett ta' razzez differenti b'valur uman differenti? Hawnhekk, tajjeb li wieħed iqis kemm minn fejn oriġina l-kunċett tar-razza, kif ukoll ir-raġuni għaliex ġie assorbit daqshekk malajr mill- politiċi u s-soċjetajiet ta' żminijiet varji. Tajjeb ukoll ngħidu li dawn ir-riċerkaturi tal-passat ma kinux indipendenti fi ħsiebhom u xogħolhom, imma kienu jaħdmu f 'entitajiet imwaqqfa u ffinanzjati minn organizzazzjonijiet privati, kif ukoll mill-istat. Ukoll, tajjeb li wieħed ikun jaf li l-opinjoni tal- massa ma kinitx meqjusa fi żmien imgħoddi kif inhi llum. Filfatt, l-opinjoni tas-sinjur biss kienet tgħodd għax hu biss kellu l-qawwa li jivvota u jagħmel il-liġi kif jaqbel lilu. L-ideoloġija li jeżistu razzez differenti oriġinat l-ewwel fl- Ewropa fis-seklu tmintax, waqt l-era ta' esplorazzjoni u espanzjoni ġo artijiet ġodda. Il-kunċett ingħoġob u malajr sar popolari, kemm fl-Ingilterra, li f 'dak iż- żmien kellha l-akbar flotta ta' vapuri kummerċjali u tal-gwerra fid-dinja, kif ukoll fl-Amerika, li f 'dik il-ħabta kienet għadha kolonja tal-Ingilterra, bħal ma darba kienet ukoll Malta. Ir-raġuni ewlenija kienet li din l-ideoloġija ta' razzez differenti b'valur uman klassifikat daħlet kexxun mal- politika tal-mument, u setgħet tintuża biex tiġġustifika l-prattiċi tal-imperjaliżmu, l-kolonjaliżmu, l-iskjavitù u l-istratifikazzjoni soċjali. Prattiċi li damu mijiet ta' snin u li barra li faqqru ħafna pajjiżi Afrikani u Ażjatiċi mir- riżorsi naturali tagħhom, inkluż ir-riżorsi umana, ġabu magħhom ħafna mibegħda u firda bejn il- ġnus tad-dinja, kif ukoll uġiegħ psikoloġiku li għadna nħossuħ sal- ġurnata tal-lum. Wieħed jista' ukoll jargumenta li għalkemm il-barrani żarma u telaq lejn pajjiżu, ħafna eks-kolonji għadhom maħkuma, kemm psikoloġikament kif ukoll ekonomikament, u għadhom joperaw minn istituzzjonijiet imwaqqfa fuq kunċetti kolonjalisti. Ma ninsewx ukoll li fis-seklu dsatax, l-istess kunċett razzist ġie imħaddan, estiż u użat bla ħniena minn Nażi fit-Tieni Gwerra Dinjija, li seħħet bejn l-1939 u l-1945. Fi żmien relattivament qasir, in- Nażi esperimentaw fuq u qatlu aktar minn sitt miljun persuna fil-kampijiet tar-'riċerka' u mewt li ħolqu apposta biex ikunu jistgħu jagħmlu dan. Il-vittmi kienu nies ta' nisel Lhudi, kif ukoll minn gruppi oħra, fosthom nies ta' dixxendenza Maltija u mill-Afrika ta' Fuq, li n-Nażi dehrilhom li ma kinux ta' nisel pur u denju biex jgħixu fosthom. Madankollu, għadna ma tgħallimniex biżżejjed minn dawn l-inġustizzji kollha għax il-kunċett ta' razzez differenti b'valur uman inugwali għadu magħna sal-lum. Dan għalkemm ir-riċerka turina biċ-ċar li din l-ideoloġija hija bla bażi u li hi infurmata biss mill- illużjoni tal-perċezzjoni. Ukoll, li twassal biss għar-razziżmu li jservi biss biex joħnoq u jaħsad il-ħajjiet abbażi ta' dehra differenti. X'tgħid ir-riċerka: Kemm hawn tipi ta' razziżmu? Ir-razziżmu jista' jiġi espress fuq livelli individwali kif ukoll istituzzjonali. Razziżmu avversiv huwa tip ta' razziżmu fuq livell Razza waħda jew ħafna razzez? Huwa dan l-għerq ta' sekli ta' mibgħeda u miljuni mgħakksa jew maqtula. Ir-Riċerkatur fi ħdan il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u Counsellor Catherine Smith tanalizza għaliex maż- żmien ħloqna l-kunċett ta' razzez