Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham F'sentenza qasira; inti favur jew kontra l-legalizzar tal- marijuana għal skopijiet rikreattivi? L-ewwel ħaġa l-kelma rikreattiva ma tantx tinżilli. Nippreferi użu personali. Nagħmilha ċara li jien ma naqbel mal-ebda droga, ibda minn kafè u spiċċa fil-karririżmu. Imma mbagħad assolutament kontra li għax xi ħadd juża d-droga nagħmlulu ħajtu nfern. Ladarba inti favur, ma tħossx illi hija xi ftit ta' kontradizzjoni li int tant voċiferu fir-rigward tal-faqar u fl-istess nifs taqbel li għandha ssir legali sustanza li tista' twassal għad-dipendenza u, sussegwentement, għal problemi finanzjarji serji? Le. M'hemmx kontradizzjoni. Hija ħrafa li l-ħaxixa twassal għal drogi oħra. Hemm ħafna riċerka xjentifika li turi li mhux vera. Barra minn hekk x'qed nagħmlu bħalissa? Min jinqabad bil-cannabis jew inwaħħluh multa u jekk ikollu aktar minn ċertu ammont nistgħu nibagħtuh il-ħabs. Jiġifieri min ikun fqir qed inkomplu nfaqqruh. Waqt konferenza tal- OASI dwar dan is- suġġett qamu diversi argumenti, fosthom persuna li kienet vittma tad-droga eroina li qalet li hi hekk bdiet, b'joint. Kif tista' tillegalizza l-ewwel pass minn proċess li jista' jwassal għal dipendenzi serji? Kif diġà għidt din li l-ħaxixa twasslek għal drogi oħra hija ħrafa. Ħrafa li minkejja kollox tibqa' tiġi rrepetuta. Aktarx ħafna għandhom din il-perċezzjoni għax il-ħaxixa hija llegali u meta jitkellmu jgħidu kif minn droga llegali għaddew għal oħra. Imma qabel il-ħaxixa aktarx inkunu diġà użajna l-alkoħol, it- tabakk, il-kafè, iz-zokkor, il-junk food. Ilkoll huma forma oħra ta' droga, fis-sens li huma addictive. Allura nistgħu nagħmlu kollox illegali u nitrasformaw il-pajjiż kollu f 'ħabs. Ikkaġunat mill- ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, minn sistema ekonomika li l-ħin kollu timbuttana biex naħdmu aktar u nikkunsmaw aktar. Sistema mibnija fuq l-individwaliżmu, meta l-bnedmin huma annimali soċjali. U huwa dan l-istress li jimbuttana biex nużaw sustanzi (alkoħol, tabakk, cannabis, eċċ) jew proċessi (gambling, pornografija, eċċ) bħala ħarba mir-realtà (escapism) jew biex nimmedikaw lilna nfusna (self medication). Ngħidu li se nneħħu l-kannabis minn idejn it-traffikanti. Imma traffikant xorta jifdallu għażliet oħrajn. Jista' jbigħ il-kokaina, l-eroina, pirmli XTC... allura x'benefiċċju qed tara li jista' jkollha azzjoni bħal din għas- soċjetà inġenerali? Int stess qed tgħid li t-traffikant jista' jbigħ il-kokaina, eroina, XTC, u drogi oħrajn. U tibżax, bħalissa hekk qed isir u hekk se jibqa' jsir. Imma hemm benefiċċju li min ipejjep joint, għall-anqas, ma jmissx ma' din id- dinja ta' kriminalità. Is-separazzjoni tas- swieq hija wieħed mill- vantaġġi li l-marijuana tkun legali. X'jiġifieri separazzjoni tas-swieq? Jiġifieri li meta tneħħi l-marijuana mill- ambitu tal-illegalità, int qed tnaqqas iċ-ċans li persuna li tpejjep joint se tiltaqa' ma' min ibigħ kull tip ta' droga oħra, kif fil-fatt semmejt. Bħalissa meta persuna tixtri l-ħaxixa, min qed ibigħ jista' joffrilek jew iħajrek biex tixtri droga oħra. F'pajjiżi bħall- Olanda, għax għandek din is-separazzjoni, meta persuna tmur biex tixtri joint ħadd ma jgħidilha 'għandi naqra coke tajba, trid?' Nerġa' ngħid, kif għidt fl-ewwel risposta, jien kontra kull tip ta' droga imma t-triq 'il quddiem għandha tkun mibnija fuq l-edukazzjoni mhux il-kastig. Hekk, ir-responsabbiltà aħħarija tal-għażla, la mhux qed jagħmel ħsara lil ħaddieħor, għandha titħalla f 'idejn l-individwu u mhux tkun f 'idejn l-istat. 'Hija ħrafa li l-ħaxixa twasslek għal drogi oħrajn' Id-diskussjoni dwar il-legallizzar tal-mari- juana għal skopijiet rikreattivi kompliet tik- karga matul dawn l-aħħar jiem. Wara li fuq din il-gazzetta Fr Hilary Tagliaferro u d-Diret- tur Ġenerali tal-OASI Dun Manwel Cordina, iddeskrivew dan il-pass bħala wieħed 'lura' għas-soċjetà Maltija, l-ILLUM tkellmet ma' Charles Miceli, mill-Alleanza kontra l-Faqar Charles Miceli jisħaq dwar il-bżonn ta' separazzjoni tas-suq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017