Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Intervista 12 'Kulħadd jistħi jitkellem dwar I l-koppja Amanda u Anton Bria, illum huma ġenituri kuntentissimi ta' tifel ta' sena u xaharejn li wasal wara numru ta' snin permezz tal-IVF. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, il-koppja tkellmet dwar id-dikultajiet u l-piż żiku, nanzjarju u fuq kollox mentali li tgħaddi minnu koppja sabiex nalment issir ġenitur. Amanda tispjega kif sabiex koppja tasal sal-punt li l-professjonisti jissuġġerulha l-IVF, ikunu għaddew minn xhur twal jekk mhux saħansitra snin ta' trattamenti, provi u proċessi, mingħajr suċċess sabiex ikollhom tarbija. Fil-fatt, tgħid kif il-proċess jibda meta l-koppja tmur għall-għajnuna għand il- professjonisti meta ma jkunx jista' jkollhom it-tfal wara xhur jippruvaw, u hemm jibdew testijiet u proċessi sabiex jaraw xi tkun il-problema, bl- IVF ikun l-aħħar pass li tasal għalih. "Bejn kull stadju, trid tagħmel xhur sħaħ ta' stennija. Ċertu testijiet lanqas biss ikunu jistgħu jsiru Malta, u allura trid tistenna iktar. Tipprova minn kollox, u fl-aħħar tmur għall-IVF. Fil-każ tagħna, għamilna madwar 6 u 7 snin biex wasalna għall-IVF, għaliex pruvajna metodi u trattamenti differenti," tispjega Briffa. 'Jien ma kontx naqbel mal-IVF...' "Kont ixxukkjata," stqarret Amanda meta mistoqsija kif ħassitha meta saret taf li l-unika għażla sabiex forsi ssir omm kienet permezz tal-IVF. Stqarret kif kellha idea dwar kemm hi iebsa l-ħajja bl-IVF hekk kif kellha familjari li rrikorrew għal dawn il- proċeduri barra mill-pajjiż. Minbarra dan, Amanda tgħid kif hi stess ma kinetx taqbel mal-IVF qabel ma saret taf li għandha bżonnu. "Ma kontx naqbel mhux minħabba kwistjonijiet etiċi jew morali, u kont ngħid imma din il-mara allura ma tistax tirrassenja ruħha li ma jistax ikollha tfal? Kont nemmen li la ħajtek għaddejja xorta, mhux bilfors irid ikollok it-tfal, imma mbagħad taraha differenti meta tkun taf li int għandek bżonnha," tgħid Amanda waqt li tkompli tirrakkonta li hi u żewġa għamlu sitt xhur jiddiskutu l-possibbiltà ta' IVF. Iżżid tgħid li kienet temmen li l-fatt li ma jistax ikollok tfal, hi xi ħaġa li trid taċċettaha, "imma meta ridt it-tfal jiena, malajr ħadt ir-risposta." Illum il-ġurnata, Amanda tgħid li l-IVF biddlitilha ħajjitha, waqt li żewġha jinsisti li "jiena llum tgħallimt li oġġett, biex tiġġudikah, trid tkun ġo fih. Mill-esperjenzi li għaddejt, illum nemmen li jien m'għandi l-ebda dritt li nċaħħad xi ħaġa lil ħadd sempliċiment għax jien m'iniex bżonnha." Hawnhekk, Amanda żżid tinsisti li meta tgħaddi minn esperjenza bħalma għaddew hi u żewġha bl-IVF, titgħallem tkun iktar tolleranti għall-problemi ta' ħaddieħor." 'Inżilt mill-Ingilterra tqila, imma korrejt wara 8 ġimgħat' Il-koppja Briffa tirrakonta kif snin ilu meta l-professur qalilhom li l-unika mod li huma setgħu jsiru ġenituri kien permezz tal-IVF, huma kellhom jiddeċiedu jekk jiħdux dan il-pass u jekk dan jagħmluhx Malta jew barra, minħabba li s-servizz ma kienx għadu beda jiġi offrut b'xejn f 'pajjiżna. Anton jispjega kif l-unika differenza bejn is-servizz offrut f 'Malta u dak ta' barra kienet fil-liġi għaliex, "barra minn Malta, jekk int għaddejt minn martirju sħiħ biex kabbart il-bajd u ffertilizzajt ħamsa, jistgħu jiffriżawlek minnhom. Malta lanqas biss jistgħu jeħdulek ħamsa." Il-koppja spjegat kif kienet iddeċidiet li tmur tagħmel il- proċess barra mill-pajjiż, bi spejjeż tagħhom, li laħħqu l-€15,000 u kien fl-istess żmien li bdew jinfetħu l-applikazzjonijiet għas-servizz tal-IVF f 'Malta mingħajr ħlas, li għalih applikaw ukoll. Minkejja dan, spjegaw kif xorta waħda ddeċidew li jmorru jagħmlu l-proċedura barra mill-pajjiż minħabba l-kwistjoni tal-iffriżar tal-embrijuni u anke minħabba l-biża' li minħabba li dan kien servizz ġdid, kien wieħed li se jkollu lista ta' stennija kbira, u Amanda kien diġà kellha 39 sena. Għalkemm marru barra minn Malta, il-koppja applikat għas- servizz ta' Malta wkoll għall- ħabta ta' Novembru tal-2015 fuq rakkomandazzjoni tal-professur, u kienu ġew imsejħa f 'Mejju, hekk kif irritornaw mill-IVF barra l-pajjiż. Amanda titkellem dwar l-esperjenza tagħhom fl-ewwel proċess, hekk kif wara żmien ta' trattamenti f 'Malta, u ħmistax-il ġurnata barra mill-pajjiż, irritornat tqila, jiġifieri l-IVF ta' barra kienet irnexxiet, iżda ma kellhiex embrijuni li setgħet tiffriża. "Sakemm inżilna lura mill-Ingilterra, sibna l-karta li kienu bagħtu għalina Malta, u fil-fatt kont se nċemplilhom li l-IVF kien suċċess u kont diġà tqila, imma r-raġel qalli biex nagħti ftit ċans. Fil-fatt, inżilt Malta tqila, imma ta' xi tmien ġimgħat meta mort għall- ewwel ultrasound, kont korrejt," spjegat Amanda. Awwissu ta' wara konna bdejna bit-trattamenti f 'Malta biex imbagħad għamilna l-IVF f 'Settembru. Amanda bdiet tispjega kif il- problemi bil-fertilità jkomplu jikbru iktar ma tkun l-età tal-mara, "imma tiskanta kemm hawn problemi f 'nies li għadhom żgħar u diġà mhumiex fertili. Jiġifieri din mhix xi ħaġa li tolqot lin-nisa kbar biss," issostni Amanda waqt li tgħid kif kien hemm saħansitra nisa għaddejjin mill- istess trattamenti bħala u kien għad kellhom ftit iktar minn 20 sena. 'It-tqala mhix sabiħa...taf li diġà fallejt' Il-proċess kollu tal-IVF huwa wieħed twil u kumpless, u kif jispjega Anton, meta jgħid li kull riżultat waħdu ma jfisser xejn għaliex dejjem taf li hemm proċess ieħor x'jitkompla warajh. "Huwa proċess li jkissrek mentalment, minbarra li jkissrek fiżikament, l-iktar għal Amanda. Anke jekk jirnexxielek tinqabad tqila, ikompli jkissrek tul id-disa' xhur kollha sakemm twelled." Fil-fatt, Anton waqt li kien qed jilgħab f 'idu b'keychain bil-kliem 'Best Dad Ever', jgħid li kieku kellu jistaqsih xi ħadd xi tfisser għalih it-tqala, "għalija mhix sabiħa t-tqala. Meta tmur għall-ultrasound, il-vjaġġ tiegħek mhux ta' disa' xhur, imma ta' snin sħaħ qabel li bdejt il-proċessi." Hawnhekk, dlonk tidħol Amanda li tispjega kif it-tieni esperjenza tal- IVF hi fil-fatt iktar iebsa minn dik tal-ewwel. "L-ewwel darba, ħadd ma jkun jaf għal xiex inhu dieħel, u ma tkunx taf eżatt x'hemm jistenniek. Meta tidħol għaliha t-tieni darba, tkun diġà qtajt qalbek u għadek lanqas biss bdejt, għax diġà fallejt darba u tant hemm affarijiet li jistgħu jmorru ħażin, li diffiċli biex tagħmel kuraġġ. Hawnhekk, Amanda tgħid kif it- tqala tagħha ma kinetx waħda sabiħa minħabba l-biża' li jinqala' xi ħaġa u jkollha terġa' tibda kollox mill-ġdid, "u lanqas għandek ċertezza li tista' terġa' tibda kollox mill-ġdid." 'Li kieku ma mortx għand it- terapista...lanqas kont naf x'nagħmel b'ħajti' Wara l-ewwel tqala li ntemmet f 'korriment wara ftit ġimgħat, Amanda tgħid li kellha tirrikorri għall-għajnuna għand il- psikoterapista, u li kieku ma kienx għal hekk fl-ewwel ġimgħa, "lanqas kont naf x'se nagħmel b'ħajti, għax konna ilna tant biex nagħmlu l-IVF. Meta ħriġt tqila," kompliet tispjega Amanda, "f 'moħħok tkun diġà bdejt tara kif se żżejjen il-kamra u kif se tinbidillek ħajtek, imbagħad f 'daqqa waħda, jkun waqaf kollox ħesrem. Dak iż-żmien ħajti ma setgħetx tkompli għax jien pjanajt mod, u mbagħad ma setax jirnexxieli dak li ridt." Amanda Briffa żiedet tgħid li dan kollu, kważi kważi jwassal għal sitwazzjoni ta' paniku għaliex m'għandhiex kontroll fuqha, bl- età tagħha dejjem tikber, u bil-piż finanzjarju jkun kbir wisq jekk jirrikorru għal trattament privat. "Kont inħossni qisni qiegħda f 'eżami, irqadt u qomt fl-aħħar minuta u indunajt li ma bdejtx il-karta tal-eżami. Hi xi ħaġa li m'għandekx kontroll fuqha u ma tiddependix minnek u tippanikjak minn ġewwa." 'Aħna konna ffortunati...kien hemm min għamel l-IVF 9 darbiet' It-tieni ċiklu tal-IVF, li l-koppja Briffa għamlet Malta xhur wara li Amanda tilfet it-tqala tal-ewwel ċiklu, wassal sabiex Amanda tinqabad tqila b'tewmin. Minkejja dan, il-koppja Briffa tirrakonta kif wara 16-il ġimgħa, korriet wieħed mit-tewmin, iżda xorta waħda ssostni li, "aħna konna ffortunati, għax mat-tieni darba nqbadt tqila. Naf min għamel il-proċess disa' darbiet." Fil-fatt, hawnhekk Anton jgħid li minkejja li koppja tirrikorri għall-IVF sabiex ikollha t-tfal, xorta waħda mhix xi ħaġa sigura u ċerta li fil-fatt, il-proċess se jintemm billi l-koppja jkollha l-ulied. Briffa tkompli tgħid dwar id-diffikultà tal- proċess u t-tul tiegħu fejn saħansitra, "ġieli tant iddum għaddej li tibda bi problema waħda, u sakemm tispiċċa jkollok xi tlieta." 'Biex taċċetta li tkun tqila, tkun diffiċli' Meta konna qed niddiskutu t-tqala li wasslet għall-wild ta' sena u xahrejn tal-koppja Briffa, Amanda rrakkuntat kif hi ma kinetx setgħet temmen li kienet tqila. "Il-fatt li tkun IVF, biex taċċetta li tkun tqila, tkun diffiċli," tgħid Amanda waqt li tiftakar kif kienet tagħmel ħafna testijiet tat-tqala għaliex ma kinetx trid temmen. "Niftakar anke b'żaqq daqsiex kont ngħidlu li r-raġel, żgur għandhom xi żball, u nistaqsi, imma jiena vera tqila? U llum, meta nħares lejn it-tifel nibda ngħid, imma dan it-tifel, żgur tiegħi? Għax hi xi ħaġa li tant tkun ilek tistenna, li ma tistax temminha," kompliet tgħid Amanda. 'Jum l-Omm iweġġa' wisq meta ma jkollokx tfal' Ma' Amanda u Anton tkellimna dwar is-sapport li wieħed isib f 'sitwazzjonijiet bħal dawn, u bħala koppja li għaddiet mill-proċess tal- IVF kemm lokalment, kif ukoll barra mill-pajjiż, il-koppja Briffa kellha kliem ta' tifħir għas-sistema Maltija, bl-isbaħ kliem għall-istaff u tobba tal-isptar. Hawnhekk, Amanda tgħid li kieku kellha terġa' tagħmel l-IVF, tafda biss lill-istaff ta' Mater Dei, anke li kieku kien bil-flus. "Illum il-ġurnata, anke kieku bil-flus biex nerġa' nagħmel IVF, ma nafda lil ħadd ħlief lil ta' Mater Dei." Dwar is-sapport li ssib, Amanda tgħid li ssib sostenn mingħand koppji oħra li jkunu għaddejjin mill-istess problemi. Tgħid kif ċertu żminijiet ikunu ferm agħar minn oħrajn. "Ġurnata bħal Jum Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017