Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet wieħed...u t-tiġrija bdiet aċċenn ukoll għall-effett ekonomiku tat-trickle down u jinsisti dwar il- bżonn illi l-ġid maħluq jasal għand kulħadd. Dan juri illi fuq il-linja ekonomika Delia se jkompli fejn ħalla Busuttil u jibqa' jippożizzjona lill-PN lejn iċ-ċentru/ċentru xellug fuq oqsma soċjali. Forsi l-aktar punt illi fuqu Delia jidher li mhux se joffri kontinwità huwa fuq il-kwistjoni tal-koalizzjoni. Mistoqsi minn ġurnalist preżenti hu qal biss li; 'M'hemm xejn x'nagħmel biex inbiddel dan,' u li hu jħoss li koalizzjoni ssir wara, mhux qabel elezzjoni ġenerali. Ejja ngħidu li ma tantx qed juri ħeġġa għall- kontinwazzjoni tal-koalizzjoni mal-PD, pass politiku li ħadu Simon Busuttil, u li bosta fil-PN stess ma tantx laqgħuh b'entużjażmu. B'Delia bħala Kap ikun interessanti allura li wieħed jara x'futur se jkollu l-PD, primarjament Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia fuq il-bankijiet tal- Oppożizzjoni. Notevoli wkoll fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet kien il-fatt illi Delia kien qiegħed, bl-aktar mod ċar, jipprova jibni pontijiet b'saħħithom mal-midja preżenti, b'ċajt u mumenti aktar leġġeri kif ukoll bit-talba tiegħu biex il- ġurnalisti jsejħulu 'Adrian' (tiftakruha 'għiduli Joseph'?). Relazzjoni ottima mal-ġurnalisti, u preferibbilment mal- ġurnalisti kollha hija importanti ħafna għal politiku. Jidher illi dan Delia għarfu. Adrian Delia, għalhekk jidher li se jkun qed joffri taħlita ta' kontinwità, imma wkoll ta' strateġija differenti minn Bususttil. Minkejja li hemm 500 firmatarju fil-PN li qed jappoġġja il- kandidatura tiegħu u allura kellu bidu tajjeb, it-triq għadha twila u Delia se jkun jeħtieġlu jaħdem ħafna aktar u jifforma viżjoni ħafna aktar attraenti biex in-Nazzjonalisti għalissa, u l-poplu wara, jagħtuh il-fiduċja. Perici Calascione; Preparat... imma popolari biżżejjed? Kandidat li tefa' ismu wkoll għal din l-ogħla kariga tal-PN huwa Alex Perici Calascione. L-ewwel dehra tiegħu tat impressjoni li anke jekk ftit kienu qed jistennew li se jitfa' ismu, sa qabel nhar il-Ħadd li għadda, hu kien pjuttost preparat. Perici Calascione, kuntrarjament għal Delia huwa entużjast li juri kemm fil-fatt ilu jopera fl-istrutturi tal-partit. Isemmi lil Ċensu Tabone, Nerik Mizzi, Fortunato Mizzi u lil Eddie Fenech Adami u jsejħilhom 'ġganti politiċi'. Isemmi wkoll lil Lawrence Gonzi u lil Simon Busuttil. Dan jindika illi kuntrarjament għal Delia, Perici Calascione huwa inqas entużjast li jżomm 'il bogħod mill-passat jew li joffri lilu innifsu bħala 'bidla mill- qiegħ' jew 'bidla totali'. Anzi f 'punt minnhom huwa jgħid illi l-partit ma kkomunikax biżżejjed il-proposti 'eċċellenti' tiegħu fil-programm elettorali. Dan huwa l-ewwel endorsement partikolari tat-tmexxija ta' Busuttil. It-tieni endoresement kien meta qal illi l-aqwa messaġġ li kellu l-PN kien fl-aħħar billboard li kien jgħid 'inneħħu l-ħażin u nżommu t-tajjeb'. Għal darb' oħra dan kien, f 'sens partikolari, endorsement tat-tmexxija ta' Simon Busuttil. Dan juri illi Perici Calascione anke jekk irid joffri xi forma bidla, mhux lest li 'jarmi' l-aħħar erba' snin jew jipprova jnessihom. Naturalment, dan se jkun ta' benefiċċju għal Perici Calascione skont l-aptit fost il-Kunsillieri u t-tesserati ta' bidla li hija meqjusa, u mhux waħda kompleta. Jekk it-tesserati se jkunu jridu jaqilgħu l-"qasrija" bl-għeruq b'kollox u jitfgħu "qasrija" ġdida, Perici Calacsione jaf ibati xi ftit. F'dan ix-xenarju Delia jaf ikun l-akbar rebbieħ. 'Il-poplu mhux vera ma jimpurtahx mill- korruzzjoni' Dan il-kandidat, ukoll b'differenza minn Delia, żamm difiża ħafna iktar qawwija u forsi ġustifikata wkoll dwar il-kritika u l-battalja tal-PN kontra allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Fil-fatt, Perici Calascione filwaqt li ammetta illi kien hemm wisq attenzjoni fuq din il- kwistjoni xorta sostna hekk: "Ara ma naħsbux li r-riżultat tal-elezzjoni tfisser li l-poplu Malti jaqa' u jqum minn każi ta' korruzzjoni...huwa obbligu li l-korruzzjoni kull politiku jiġġilidha... il-poplu mhux vera ta ċertifikat favur il-korruzzjoni." Fil-fatt din hija analiżi ħafna iktar preċiża u korretta tas-sentiment fost ħafna switchers u floaters (qabel u wara l-elezzjoni) minn dik illi pinġa Delia. Turi wkoll illi b'Perici Calascione fit-tmun il-kwistjoni tal- korruzzjoni tibqa' waħda miż-żwiemel tal-PN. Kuntrarjament ukoll għal Delia, Perici Calscione qed ikun iktar kawt fuq sa liema punt il-PN jeħtieġ il-bidla. "Qabel ma nivvintaw il-ġdid ejja naraw dak li għandna kif qed jaħdem," sostna f 'punt minnhom. Fil-fatt, fuq dan il-binarju, Perici Calscione għamel 10 proposti fosthom tisħiħ komplet u mill-għeruq tal-Kumitati sezzjonali, tkomplija tar-ristrutturar finanzjarju u l-ħolqien ta' Kumitat konsultattuiv li jagħti pariri lill-Kap tal-PN dwar imġiba ta' membri tal-partit u jagħti pariri fuq kwistjonijiet etiċi. Anke dwar il-koalizzajoni, Perici Calascione kien inqas rassenjat minn Delia. Fis-sens illi sostna li hu se jieħu deċiżjoni jew jikkumenta dwar il- koalizzjoni, wara diskussjonijiet bejn il-PD u l-PN. Perici Calascione deher ħafna iktar preparat minn Delia, iżda minkejja dan se jkollu jaqdef bil-bosta iktar hekk kif Delia telaq jiġri qabel kull wieħed mill- erba' kandidati kif ukoll hekk kif qed jirriżulta li Delia huwa appoġġjat minn ħafna persuni li jafu sew kif taħdem l-istrateġija, kif taħdem il-midja u kif titmexxa kampanja elettorali li tħalli r-riżultati mixtieqa. (Il-ġimgħa d-dieħla nħarsu lejn l-ewwel diskorsi ta' Chris Said u Frank Portelli) Perici Calascione huwa inqas entużjast li jżomm 'il bogħod mill-passat jew li joffri lilu innifsu bħala 'bidla mill- qiegħ' jew 'bidla totali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017