Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415
9 Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet Ritratt: James Bianchi Michelle Muscat ittemm b'suċċess għawma ta' 10 km Minn Veronica Lynn Mizzi ILMARA tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat irnexxielha ttemm għawma ta' 10 kilometri li bdiet mill-Qawra lbieraħ. Din l-għawma, li kienet it-tielet waħda konsekuttiva min-naħa ta' Muscat kienet l-itwal waħda hekk kif kienet tlaħħaq l-10 km, meta mqabbla mat-8km tas-sena li għaddiet. Michelle Muscat, li hi wkoll iċ-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, għamlet din il-maratona ta' għawm sabiex tiġbor fondi għall-istess Fondazzjoni, sabiex tkun tista' tassisti diversi għadiet volontarji, fosthom l-atleti tal-Ispecial Olympics. Michelle Muscat bdiet l-għawma tagħha, bl-isem ta' 'North to Port' għall-ħabta tal-11 ta' dalgħodu mill-Qawra f 'Ta' Fra Ben, u temmet din l-isfida ftit qabel l-4:30 ta' waranofsinhar, jiġifieri ħames sigħat u nofs wara, minkejja li t-triq kellha tieħu mas-6 sigħat. Muscat temmet il-maratona tal-għawm tagħha fil-Belt Valletta, fil-Port ta' Marsamxett fejn minbarra diversi persuni jagħtuha l-appoġġ, kien hemm ukoll jilqugħha, uliedha u żewġha, l-Prim Ministru. Mart il-Prim Ministru spjegat kif kienet ilha titħarreġ għal maratona bħal din sa mix-xitwa, bil-preparamenti u tħejjijiet fil-baħar jibdew xhur qabel. Fil-fatt, f 'kummenti li għaddiet qabel l-għawma, Muscat qalet li l-Preparamenti kienu ilhom li bdew minn tliet snin ilu, fl-ewwel edizzjoni tal-għawma, hekk kif dakinhar kienet bdiet b'għawma ta' 6km, li żdiedu għal 8km is-sena ta' wara, sakemm waslu għal 10 kilometri għawm f 'din l-edizzjoni.