Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Minn Brussell 14 ISSA li ntemmet il- Presidenza ddeċċidejt li mmur lura minn Diċembru tas-sena li għaddiet u nara l-intervisti kollha li għamilt minn Brussell u x'qalulna dakinhar. Kienu d-diversi personalitajiet politiċi li intervistajt u kollha kellhom xi kwotazzjoni li nqalgħet jew għamlet ħoss aktar minn oħrajn. U għalhekk iddeċidejt li nwasslilkom dawn il- kowtazzjonijiet minn madwar 20 personalità li intervistajt fi Brussell li kellha x'taqsam mal- Presidenza. Niftakar li l-ewwel intervista tiegħi kienet ma' David Stellini, li beda l-Presidenza bħala kelliem uffiċjali għall-Partit Popolari Ewropew u spiċċa fil- Parlement Malti. Fil-fatt kont anke intervistajtu 5 xhur wara meta dawwar fehmtu u kif jgħid il-Malti bela lsienu. David Stellini (18.12.2016): 'Qatt mhu se tarani niġi nħabbatlek għall-vot' L-ebda siġġu parlamentari ma jħajjarni li noħroġ għall- politika. La talbuni, u lanqas għandi ħsieb. Jien mhux politiku, imma bniedem tal-midja u jogħġobni ħafna t-televiżjoni u r-radju. Il-ħolma tiegħi hi li jkolli programm tar-radju u tat- TV, iżda qatt mhu se tarani niġi nħabbatlek il-bieb għall- vot." David Stellini (14.05.2017): 'Għamilt deċiżjoni tajba li ma nibqax ċass quddiem l-akbar skandlu fl-istorja' "Minn Brussell, ħassejt li s-sitwazzjoni tal-gvern Malti qed tiggrava sew u meta l-Kap Simon Busuttil qalli li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonni ddeċidejt li naċċetta. Però nixtieq ngħid li verament inħoss li għamilt deċiżjoni tajba. Waħda għax għażilt li ma nibqax ċass quddiem dan l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta' Malta u Għawdex u l-oħra għax nixtieq anki jien nagħti kontribut lil Għawdex. Jien ma nwiegħed xejn ħlief li nkun ta' servizz u ngħin biex Għawdex tkun gżira aħjar. Gżira fejn il-korruzjoni ma toħnoq l-opportunitajiet lil ħadd. Min jafni, jaf li jien m'iniex persuna li nħares lejn l-uċuħ. Din il-mentalità li nħarsu lejn l-uċuħ trid tieqaf. Dik twassal biss għall-firda u għall-imħuħ magħluqa." X'qalu d-deputati Parlamentari Ewropej lejlet il-Presidenza (18.12.2016): PL:- 'Tipprovdi aktar xogħol fil- lukandi u profil akbar, iżda kemm idum dan l-effett hi kwistjoni oħra' – Alfred Sant 'Irridu nkunu realistiċi u nagħrfu li mhux se nbiddlu Ewropa f 'sitt xhur' - Miriam Dalli 'Il-poplu Malti għandu ċ-ċans jingħata widen wara li għal snin twal l-UE mhux dejjem tat kasu biżżejjed' - Marlene Mizzi PN:- 'Jekk il-Gvern ma jsolvix il- problema tal-immigrazzjoni tul il-Presidenza, ikun falla bil-kbir' – David Casa 'Pajjiżna għandu ħafna x'jiggwadanja, iżda l-Presidenza Maltija għandha fid-dell tagħha l-iskandlu tal-Panama' - Roberta Metsola 'Opportunità li għal darb'oħra nkunu fit-tmun tal-politika li tolqot ħafna pajjiżi' - Therese Comodini Cachia Ian Borg (15.01.2017): 'Dan hu l-Mument tagħna' "Waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-Presidenza tagħna hija li aħna se nkunu qed 'inqegħduk fil-qalba tal-Ewropa'. Din hija wegħda lejn il-poplu Ewropew. Irridu naraw li l-Ewropa tisma' iktar l-għajta taċ-ċittadin u t-tħassib tiegħu. Trid tegħleb l-isfidi li qed iwasslu biex ħafna ċittadini ma jridux jikkoperaw mal-proġett tal-Ewropa u minflok qed jersqu lejn il-popoliżmu u nazzjonaliżmu. Malta ħasbet fuq sitt prijoritajiet matul il-Presidenza li kollha għandhom relevanza għall- gżejjer Maltin kif ukoll għall-Ewropa kollha. Dan huwa l-mument tagħna." Ian Borg (30.04.2017): 'Il-ħaddiema ma ħadmux għal Ian Borg u għal Jospeh Muscat iżda għal Malta.' "Sew dak li sar f 'Malta kif ukoll dawk li ħadu ħsieb il-laqgħat fi Brussell għamlu biċċa xogħol tajba, iżda nħalli lil ħaddieħor jiġġudikana. Irrid nammetti li aħna l-Maltin kapaċi nqumu għall-aspettativa u għall-okkażjoni. Aħna qed nagħmlu dan mhux għalina iżda għall-pajjiż. Il- ħaddiema mhux qed jaħdmu għal Ian Borg jew għal Joseph Muscat, iżda għal Malta u hawn ta' min ifaħħar lil mijiet ta' uffiċjali Maltin li ħadmu f 'din il-Presidenza." Marlene Bonnici (22.01.2017) 'Kburija li servejt taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u anke Laburista' "Jiena kburija li servejt taħt diversi amministrazzjonijiet. Jiena dejjem ngħid li meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, bħala nazzjon iddeċidejna li nagħmlu l-almu tagħna biex inħarsu l-interessi ta' pajjiżna. Aktar ma nimmaturaw f 'din l-esperjenza Ewropea, aktar nifhmu l-operat, nagħmlu alleanzi biex immexxu l-interessi tagħna." Siltiet minn Ministri waqt preżentazzjoniji prijoritajiet (29.01.2017) 'Qed ipinġu lil Malta qisha splodiet bomba atomika' Owen Bonnici: "Li kelli nagħmel titlu ta' gazzetta għall-preżentazzjonijiet tagħna fil-Parlament Ewropew kont nikteb silta minn diska ta' Elvis Presley, 'A little less conversation...a little more action' Joe Mizzi: "Irridu nnaqqsu l-fatalitajiet mit-toroq kemm jista' jkun billi nżidu l-edukazzjoni u infurzar ta' liġijiet fuq is-sewqan u aktar taħriġ fuq min isuq il-muturi speċjalment iż-żgħażagħ" Konrad Mizzi: "L-attakki ġew minn Roberta Metsola u David Casa wara li għamlu pressjoni kbira ma' kullimkien, iżda nista' ngħid li Malta se jkollha suċċess kbir fil-qasam tal-enerġija f 'din il-Presidenza" Evarist Bartolo: "Qishom ulied in-nanna Venut fi Brussell. Ġibna l-Parlament Malti fi Brussell minflok bil-kontra. Issa għandna għarukaża fi Brussell. Qed ipinġu lil Malta qisha splodiet bomba atomika fuq id-dinja kollha li jisimha Malta" Michael Farrugia: "Il- membri li qed jikkritikawna hawn, qatt ma kkritikaw lill-akbar Gvern korrot fl- John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt X'qalulna – fi żmien Qishom ulied in- nanna Venut fi Brussell. Ġibna l-Parlament Malti fi Brussell minflok bil- kontra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017