Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana llum iltaqgħet mal- Għaqdiet Volontarji (NGOs) Għawdxin fiċ-Ċentru tagħhom fix-Xewkija. F'din is-sessjoni t'informazzjoni, il-Ministru tkellmet dwar l-importanza tax-xogħol siewi li qed iwettqu. Għal- laqgħa attendew għadd kbir ta' NGOs minn Għawdex li l-ħidma tagħhom tilħaq setturi differenti fosthom sports, kultura u edukazzjoni. Fil-laqgħa l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Mauro Pace Parascandalo u il-Fund Manager tal-istess Kunsill, Maria-Louise Busuttil, għamlu preżentazzjoni ddettaljata biex jispjegaw kif wieħed jista' japplika għal fondi mħabbra mill-Ministeru għal Għawdex aktar kmieni dan ix-xahar. F'din l-iskema ta' għajnuna jistgħu japplikaw organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma rreġistrati mal-Kummissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji. L-ammont massimu ta' assisstenza finanzjarja biex jiġu mwettqa kwalunkwe proġetti, avvenimenti u inizjattivi proposti f 'Għawdex m'għandux jaqbeż il-ħamest elef ewro (€5,000). Il-proġetti, avvenimenti u inizjattivi proposti għandhom iseħħu matul is-sena kurrenti. Il-Kap Eżekuttiv tal- Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat faħħar il-mod kif din is-sena l-proċess imħabbar biex jitqassmu dawn il-fondi hu wieħed aktar strutturat u trasparenti. Kemm il-Ministru Justyne Caruana kif ukoll Pace Parascandalo awguraw li l-NGOs Għawdxin jieħdu din l-opportunità biex iressqu l-proposti tagħhom billi jimxu sew mar-regoli stabbiliti u b'hekk jibbenefikaw mill- iskema li tgħinhom jaħdmu b'aktar effiċjenza u trasparenza fil-qasam tagħhom. Sewwieq ta' mutur jaqa' żewġ sulari wara li ħabat ma' karozza SEWWIEQ ta' mutur sofra ġrieħi gravi wara li spiċċa waqa' għoli ta' żewġ sulari f 'għalqa fis-Swieqi, wara li dan kellu impatt ma' karozza. Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat- traffiku fi Triq Tal-Ibraġġ, fis-Swieqi. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda CB400 u karozza tal- għamla Opel Corsa. Kawża tal-impatt, raġel ta' 59 sena, residenti Tas-Sliema, li kien qed isuq il-mutur, spiċċa biex waqa' f 'għalqa, madwar żewġ sulari 'l isfel. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Is-sewwieq tal-karozza, li hu raġel Taljan ta' 30 sena li joqgħod in-Naxxar ma sofra l-ebda ġrieħi. Fuq il-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 370 familja jgawdu minn aktar prezzijiet imraħħsa tad-dawl MADWAR 370 familja li ma kienx possibbli għalihom li jinvestu f 'pannelli fotovoltajċi minħabba li m'għandhomx aċċess għall- bejt, se jgawdu xorta waħda minn prezzijiet imraħħsa tad-dawl grazzi għall-iskema 'Communal PV Scheme' – l-iskema mħabbra mill- Gvern li permezz tagħha nħoloq l-ewwel solar farm komunitarju f 'pajjiżna. Dan tħabbar mill- Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi fi żjara fuq is-sit ta' fejn qed jinbnew il-pannelli, fuq ġibjun tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fl- inħawi tal-Fiddien, ir-Rabat. Il-proġett sewa madwar €1.46 miljun. Qabel twettaq dan il- proġett, wieħed seta' jibbenefika biss minn dawn l-iskemi jekk kellu spazju fuq il-bejt biex jinstalla sistema ta' pannelli fotovoltajċi. Għal numru ta' familji li joqogħdu f 'appartamenti dan ma kienx possibbli, u kien għalhekk li l-Gvern ħaseb biex iniedi skema innovattiva li tagħti din l-opportunità lil ħafna familji. Il-Ministru għal Għawdex tiltaqa' mal-Għaqdiet Volontarji Għawdxin IKUN jaf kulħadd illi b'rikors ippreżentat l-Qorti tal- Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja s-27 ta' April 2017 (Rikors numru 26/2017 JVC) minn Michelina sive Michelle Attard et, intalbet l-apertura tas-SUĊĊESSJONI ta' Mary Eucharistica Zammit, bint il-mejtin Michael Angelo Grech u Mary nee' Grech, imwielda u gia residenti Victoria, Għawdex, u li mietet Victoria, Għawdex, t-tlettax (13) ta' Frar tas-sena elfejn u sittax (2016), intestata, liema apertura għandha ssir a favur l-eredi ex lege tal-istess Mary Eucharistica Zammit u cioe l-esponenti Michelina sive Michelle Attard u Francesca sive Francine Micallef kwoti ndaqs u indivizi bejniethom Għaldaqstant kull min jidhirlu li għandu interess huwa b'dan imsejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba zmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li h jiġi mwaħħal il-bandu. Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja Illum 4 ta' Mejju 2017 Dorianne Cordina Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex) 10x2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017