Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Minn Brussell 15 amministrazzjoni ta' qabel, u lanqas fetħu ħalqhom dwar l-akkużi li qed jiffaċċjaw l-eks ministri tal-gvern Nazzjonalista" Simon Busuttil (29.01.2017) 'Joseph Muscat m'għadux Malta' "Panama hi kwistjoni Ewropea, u dak li mhux aċċettabbli għalija fuq livell nazzjonali, mhux aċċettabbli fi Brussell għal ħaddieħor. Irridu nagħmlu differenza bejn dak li hu ta' ġid għal Malta u dak li hu ta' ġid għal Joseph Muscat, għax it-tnejn m'għadhomx l-istess ħaġa. Joseph Muscat m'għadux Malta" Miriam Dalli (12.02.2017) 'Fil-PN hemm predominanza klassista li jqisuna ħamalli u inferjuri għalihom' 'Jien iddejjaqni l-politika fejn niġi mgħajra għal xi ħaġa privata, jew fejn uliedek jiġu mżeffnin għax huma tiegħek, fejn int tpoġġi l-persuni qrib tiegħek f 'periklu li jiġu rridikolati. Li nħammġu, nirridikolaw u ngħajru bi problemi ta' saħħa issa missejna l-qiegħ' Neil Kerr (26.02.2017) 'Nemmen li fit-tmiem il-Presidenza se ngħidu... Għamilniha' "Il-ministru jagħti d-destinazzjoni, jien niggwidahom x'toroq jistgħu jieħdu, iżda huma l-ħaddiema li jridu jwasslu l-karozza sad-destinazzjoni. Il-Presidenza kien xogħol ta' 4 snin u mhux ta' sitt xhur…issa nistennew li jasal Lulju u Awwissu ħa ngawdu l-familja" Neil Kerr (02.07.2017) 'Issa rridu nieħdu ħsieb il- pjanta li tkompli tikber' "Il-ħaddiema għandhom wisq biex ikunu kburin b'dak li għamlu. Ultimament l-esperjenza nqisha bħala qasrija bil-pjanta fiha. Kellna l-pjanta qed tikber u issa wieħed irid jieħu ħsieb il-pjanta li tkompli tikber u ssebbaħ l-ambjent tagħha. Investejna fin-nies u għalhekk trid tiżgura li dan l-investiment tkun tista' tikkapitilizza minnu. Għax hawn kellek nies li mhux biss ipparteċipaw iżda mexxew il-laqgħat u dawn tgħallmu eżatt kif jaħdem il- makkinarju tal-Kunsill." Peter Agius (05.03.2017) 'Il-politiku jiġi ġġudikat mhux fuq li jgħid biss iżda anke kif iġib ruħu' "Dwar l-assasinju tal- karattri, irrid ngħid li kull politiku jrid ikun jaf li parti mill-piż li jpoġġi fuq dahru meta jiddeċiedi li se joħroġ għall-politika hu li se jkun taħt l-iskrutinju tal-midja u tal-poplu. Jien li nara inaċċetabbli hu meta ċ-ċirku ta' min jissemma', jinfetaħ ħafna u jiddaħħlu t-terzi persuni u jitħammġu anke dawk." Delegazzjoni Universitarja (16.04.2017) 'L-Ewropa hi palazz inaċċessibbli għal ċertu nies' Anton Grech – Psikjatra:- "Din kienet esperjenza ta' x'inhi l-Ewropa u x'tagħmel l-Ewropa. Aħna meta naħsbu fl-Ewropa qisna naraw dik ix-xi ħaġa mbiegħda, iżda meta tiġi hawn tiddiskuti u titkellem tirrealizza kemm il-ħajja ta' kuljum hi affetwata x'jiġri ġo Brussell." Dr Dione Mifsud:- "Dan ifisser li xi ftit jew wisq dak li qed isir hawn mhux qed jasal għand in-nies. Il-fatt li kelli niġi jiena hawn biex insir nafhom u mhux bil- kontra tagħtina ftit l-idea li hawnhekk jista' jkun palazz li hu xi ftit inaċċessibbli għal ċertu nies." Dr Andrew Azzopardi:- "Ir-relazzjonijiet u l-pontijiet li bnejna f 'dawn il-laqgħat kollha huma kruċjali. Stabbilxxejna 'networks' kif l-Ewropa qed tiġġestixxi din l-aġenda tant importanti u sensittiva fil-qasam soċjali. Iltqajt mal-Ewropa soċjali kif qed tirrispondi għal tant sfidi li għandna f 'dan is-settur. Importanti li mhux biss nieqfu fid-diskors u trattati, iżda li n-nies ikunu jistgħu jirrispondu għal bżonnijiet tagħhom." Silvan Gauci (21.05.2017) 'Illum għandna l-aqwa liġi minn 49 membru tal- Kunsill' "Hu faċli li tmur fi spazju u tibda tpinġi bil-kuluri tal- qawsalla u tpinġi dak li trid. Iżda meta trid tpinġi fost l-poplu kollu fejn m'hemmx wisq spazju u tkompli tiġġieled biex tagħmel il- pittura tiegħek fejn hemm min mhux qed iħallik, allura hemmhekk hi r-rebħa. Iva, il-moviment tal-LGBTIQ ta' Malta għandu mertu kbir f 'dak kollu li sar. Jien għażilt li nirritorna Malta minn Brussell biex tidħol din il-liġi ma kienx faċli meta tkun taf li s-soċjetà Maltija ma kinitx għadha miftuħa biżżejjed. Iżda emmint li nistgħu nagħmluha speċjalment li kellna moviment politiku warajna. Tistennewx Malta li tkun post fejn il-ħaxix hu ħadrani aktar minn ta' kulħadd. Is-sigriet kien li aħna ħdimna ħafna u x-xogħol kbir tana l-frott. Meta ġejna mogħtija l-opportunità, ridna nikkapitilizzaw minnha. Illum għandna l-aqwa liġi minn 49 membru tal-Kunsill, fejn għandna l-politiċi kollha warajna, parti mill-Knisja Kattolika wkoll hi warajna." Helena Dalli (20.06.2017) 'L-Ewropej faħħruna għal kemm konna tajbin fil- Presidenza' "Għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha, lil kull min kien involut f 'din il-Presidenza, sew dawk li ħadmu kif ukoll dawk li wasslu din il- ħidma għand il-poplu. Iżda hemm bosta files li ġew magħluqa, kuntenta b'li sar f 'din il-Presidenza. Ilħaqna ftehim favur il- konsumatur u anke s-CPC li mexxejna 'l quddiem. Kuntenta wkoll li għalaqt il-Presidenza għax għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha, lil kull min kien involut f 'din il-Presidenza, sew dawk li ħadmu kif ukoll dawk li wasslu din il-ħidma għand il-poplu." Il-Prim Ministru Joseph Muscat (21.05.2017) 'Seta' kien hawn persuna waħda xorta kont niġi u niddefendi lil pajjiżna' "Il-konkorrenza għad- dibattitu kienet tidher li kien dibattitu xprunat mill-politika lokali. M'iniex hawn biex nagħmel rassenja, iżda neħodha bħala kunsiderazzjoni. Dak xogħolkom il-ġurnalisti biex teżaminaw dan kollu. Seta' kien hemm persuna waħda xorta kont se niġi u niddefendi lil pajjiżna. Jien ma ssorpendieni xejn it-ton min-naħa tal-MPE. Jien iddefendejt isem Malta u la kont aggressiv u lanqas pastaż. Nieħu biss pjaċir li l-maġġoranza tal- gruppi ddeċidew li dan ma kellux ikun dibattitu li jsir waqt kampanja elettorali. Għalkemm issorprendejt ruħi li kien hemm ċert livell ta' misinformazzjoni minn dawk preżenti. Li jkun hemm stqarrijiet li huma skorretti, dik iva għandi problema..." il-Presidenza Għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017