Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- fencing? Il-fencing bħala sport minn dejjem niftakarni kien ikun l-iktar ħaġa li nkun qed nistenna f 'kull Olimpjadi. Iktar ma narah iktar kienet iżżid fija x-xewqa li jien nipprattika dan l-isport. U jien rasi iebsa u jekk indaħħal fellus f 'rasi li rrid nagħmel xi ħaġa, nibqa' nibqa' sakemm nasal għaliha. Tħoss li Malta hija attrezzata biżżejjed biex isiru kompetizzjonijiet ta' ċertu livell ta' dan l-isport? Bħal kwalunkwe sport ieħor biex torganizza kompetizzjonijiet ta' ċertu livell trid tkun mija fil-mija attrezzat u trid finanzi kbar.U f 'kultura sportiva bħal dik Maltija fejn donnu l-futbol biss huwa importanti, ikun daqsxejn diffiċli minħabba nuqqas ta' finanzi li wieħed ikompli jespandi kif ikun jixtieq. B'dak li hemm xorta nħoss li qiegħed isir miraklu u hemm livell li bħala Maltin għandna nkunu kburin bih. Dan l-isport kif jgħinek fis-segwenti? - Karattru Karatterjalment, il-fencing jgħinni biex inkompli nsaħħaħ id-determinazzjoni li hemm fija. Il-fencing f 'ħajti jirrapreżenta l-fatt li meta wieħed ikun verament jixtieq jasal jagħmel xi ħaġa, m'għandu qatt jaqta' qalbu u jemmen li ħa jirnexxi. B'dik il-filosofija nemmen li l-karattru tiegħi komplejt insaħħu għaliex il-fencing huwa prova ċara ta' dan kollu li għadni kif għidt. - Psikoloġikament Psikologikament, jgħinni negħleb ħafna ostakli. Nemmen li mhux il- fencing biss imma kull sport jgħin biex niffaċjaw il-ħajja bil-problemi li tista' ġġib magħha, b'mod aħjar. - Kunfidenza fik innifsek Il-fencing huwa sport individwali. Jista' jemmen kulħadd fik imma jekk ma temminx int stess fik innifsek għandek nofs il-battalja mitlufa. Fir- rebħ ovvjament il-kunfidenza tiżdied, però anki fit-telf din tista' tissaħħaħ, fejn inti tagħraf fejn żbaljajt, taċċetta t-telf u tieħdu bħala spunt biex ittejjeb lilek innifsek. B'hekk anki fit-telf tkun qed issaħħaħ il-kunfidenza tiegħek billi temmen li dawn l-affarijiet jiġru fl-isport u li rridu biss nitgħallmu minnhom biex nimxu 'l quddiem bħala sportivi. - Preċiżjoni Il-preċiżjoni hija waħda mill-fatturi importanti f 'dan l-isport, fejn għandek il-kompetitur ftit distanza biss 'il bogħod minnek u biex wieħed jirbaħ il-punti jrid biss ikun preċiż f 'li qed jagħmel fl-azzjoni li verament tieħu ftit ħin. - Relazzjonijiet ma' ħbieb u familjari L-isport nemmen li eventwalment jgħinek biex inti tkun bniedem aħjar. Żgur jgħin biex wieħed ikun iktar rilassat mentalment u għalhekk iktar seren anki fil-kumpanija ta' ħbieb u familjari. M'ilux ħadt sehem f 'esperjenza internazzjonali tal-fencing. Tina iktar dettalji. Iva. Ta' kull sena s-St Paul's Fencing Club jitla' Ingolstadt fil-Ġermanja fejn jipparteċipa bħala klabb f 'dan l-Open fil-Foil, Epee' kif ukoll Sabre. Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fejn ikkompetejt barra minn pajjiżi, fejn għalkemm xtaqt ġibt riżultati aħjar, nifhem ukoll li l-ewwel wieħed irid jitgħallem jimxi qabel jiġri. Jiena bdejt il-fencing sena u tmien xhur ilu. Dan l-isport mhuwiex xi wieħed faċli però nemmen li b'iktar determinazzjoni u taħriġ kapaċi ntejjeb in-nuqqasijiet tiegħi u s-sena d-dieħla hija x-xewqa tiegħi li nerġa' nipparteċipa f 'din il- kompetizzjoni. Int attriċi ewlenija f 'Malta wkoll. Kif dħalt f 'dan il-qasam? Ir-reċtar minn dejjem kien ġo fija. Il-palk kont inħobbu immensament u dejjem kont issibni nieħu sehem f 'xi Prize Day jew attività fl-iskola fejn kienet tinvolvi l-palk. Għamilt żmien twil anki kont nieħu sehem f 'Pantos fejn is-sehem tiegħi kien iktar involut fiż-żfin. Iktar tard kont għamilt kors fejn kont ġejt imħarrġa minn John Suda fejn ressaqni wkoll fuq il-palk b'xogħol kbir bħalma hi 'L-Medea'. Fl-2007/8 ddeċidejt li ninvesti ħini iktar fil-fond fejn jidħol reċtar u tħajjart nagħmel kors tad-drama mal-Freespirit fejn kont ġejt mgħallma minn Carlos Farrugia li llum il-ġurnata huwa wieħed mill-ħbieb kbar tiegħi u jimmotivani ħafna kull meta jkun meħtieġ. Iktar tard dik is-sena ġejt imħajra biex nagħmel audition għal 'Evanġelisti' fejn kien l-ewwel tentattiv tiegħi fejn jidħol reċtar fuq televiżjoni, u kien hemmhekk li ntgħażilt biex ninterpreta lil Cassandra f ''Evanġelisti'. Minn hemmhekk imbagħad qatt ma ħarist lura u bqajt niġi avviċinata biex ninterpreta rwoli differenti f 'serje oħra Maltin. Kif jgħinek ir-reċtar fil-ħajja inġenerali? Permezz tar-reċtar niltaqa' ma' ħafna nies interessanti minn dan il-qasam li jkollhom għal qalbhom l-istess passjoni tiegħi. Għamilt ħafna ħbieb ġodda li llum il-ġurnata tista' Il-Fencing jimmotivaha għas-suċċess Cristian Antony Muscat Doriana Portelli - attriċi ewlenija f 'pajjiżna, bl-isport tal-fencing jimmotivaha bis-sħiħ biex tikseb suċċess konsiderevoli fir-reċtar. "Il-fencing huwa sport individwali. Jista' jemmen kulħadd fik imma jekk ma temminx int stess fik innifsek għandek nofs il-battalja mitlufa. Fir- rebħ ovvjament il-kunfidenza tiżdied, però anki fit-telf din tista' tissaħħaħ, fejn inti tagħraf fejn żbaljajt, taċċetta t-telf u tieħdu bħala spunt biex ittejjeb lilek innifsek. B'hekk anki fit-telf tkun qed issaħħaħ il-kunfidenza tiegħek billi temmen li dawn l-affarijiet jiġru fl-isport u li rridu biss nitgħallmu minnhom biex nimxu 'l quddiem bħala sportivi." "Karatterjalment, il- fencing jgħinni biex inkompli nsaħħaħ id-determinazzjoni li hemm fija. Il- fencing f 'ħajti jirrappreżenta l-fatt li meta wieħed ikun verament jixtieq jasal jagħmel xi ħaġa, m'għandu qatt jaqta' qalbu u jemmen li ħa jirnexxi. B'dik il- filosofija nemmen li l-karattru tiegħi komplejt insaħħu għaliex il-fencing huwa prova ċara ta' dan kollu li għadni kif għidt."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017