Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Sports 30 Ritratt - Life Through a Lens Photography L-Assoċjazzjoni tal-BMX f 'Malta torganizza BMX Fest ieħor ta' suċċess l-BMX Track f 'Pembroke BEJN it-8 u t-10 ta' Lulju 2017 l-Assoċjazzjoni tal- BMX f 'Malta organizzat BMX Fest ieħor ta' suċċess fil-BMX Track f 'Pembroke fejn saru diversi kompetizzjonijiet tal-BMX inkluż il-kompetizzjoni tas-Scooter għat-tieni darba f 'Malta. Ir-rebbieħa tal- kompetizzjoni kienu hekk: Riżultati tal-Ewwel Ġurnata: Rebbieħ Game of Bike Group A: Mathias Mangion Rebbieħ Game of Bike Group B: Lydon Tanti Rebbieħ Game of Scoot: Shaun Alfalah Riżultati tat-Tieni Ġurnata: BMX Park Group A: 1st: Luke Farrugia 2nd: Mathias Mangion 3rd: Luke Borg Grech BMX Park Group B: 1st: Lydon Tanti 2nd: Neil Vella 3rd: Mike Borg Grech Scooter Competition: 1st: Grayson Orsini 2nd: Miguel Maggi 3rd: Shaun Alfalah Riżultati tat-Tielet Ġurnata: Rebbieħ tal-Big Air: Karl Naja Rebbieħ tal-Bunny Hop: Luke Farrugia BMX Racing: Taħt is-7 snin: 1st: Korey Joyce 2nd: Austen Sewell 3rd: Matthew Xuereb Bejn is-7 u t-12-il sena: 1st: Lydon Tanti 2nd: Jacob Zerafa 3rd: Rydon Micallef Bejn il-13 u s-16-il sena: 1st: Luke Farrugia 2nd: Mathias Mangion 3rd: Neil Vella Matul dan il-BMX Fest, l-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta għalqet ukoll l-istaġun tat-tiġrijiet tagħha fejn ir-riżultati tal-istaġun 2016/2017 kienu dawn: Taħt is-7 snin: 1st: Austen Sewell 2nd: Jack Borg 3rd: Matthew Xuereb Bejn is-7 u t-12-il sena: 1st: Jacob Zerafa 2nd: Lydon Tanti 3rd: Simon Vella Bejn it-13 u s-16-il sena: 1st: Mathias Mangion 2nd: Neil Vella 3rd: Luke Farrugia Fl-aħħar tal- kompetizzjonijiet, John Zammit u Karl Naja, President u Segretarju tal- Malta BMX Association flimkien ma' Joe Muscat (Jump Street) u Aki Kechagias (Riot Boutique) ippreżentaw it-trofej u premijiet oħra lir-rebbieħa kollha. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lil kull min attenda biex jappoġja dan l-avveniment, kif ukoll lil diversi sponsors li kienu: Riot Boutique, Jump Street, Wheel Wizard (Malta), Kunsill Lokali Pembroke, Buff Malta, UEC - Union Européenne de Cyclisme u SportMalta. Huma jroddu ħajr ukoll lil Kurt Ciangura għar-ritratti. Il-President tal- Assoċjazzjoni tal-BMX Malta John Zammit wera s-sodisfazzjon tiegħu għal konkorrenza dejjem tiżdied ta' bosta diversi tfal u żgħażagħ għal dan l-isport fejn il-faċilijiet kemm indoor, kif ukoll outdoor qed dejjem jitjiebu fejn huma ta' livell internazzjonali. Fil-fatt BMX Malta ilha għal dawn l-aħħar 30 sena tippromwovi u tkabbar dan l-isport u dan grazzi għal ħidma kbira li wettaq u għadu jwettaq il- President u Fundatur John Zammit. Grazzi wkoll għal din il-ħidma l-istess John Zammit riċentament kiseb rikonoxximenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali fejn f 'Marzu tal-2016 kien ġie onorat bil-Merit Award mill- European Cycling Union (UEC) u fi Frar li għadda rebaħ il-People's Choice Award waqt l-iSportMalta Awards-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Il-pateċipanti kollha li ħadu sehem l-BMX Fest. Għajnuna finanzjarja għall-familji fil-bżonn minn Sport-Malta FILJIEM li ġejjin se jitwaqqaf kumitat biex jiddiskuti kif tista' tingħata għajnuna lil dawk il-familji li ma jistgħux jibgħatu lil uliedhom fi programmi bħal SportMalta minħabba problemi finanzjarji. Dan bil-għan li t-tfal kollha jibdew jipprattikaw l-isport u kulħadd jingħata opportunità ndaqs biex ikun jista' jagħmel dan. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-iSport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji, Dr Clifton Grima, meta fil-jiem li għaddew żar il-pixxina nazzjonali fejn għal sena oħra, t-tfal reġgħu qed jattendu bi ħġarhom għal Summer on the move. Fil-fatt din is-sena huma aktar minn 6,000 persuna li għażlu li jkunu parteċipanti f 'dan il-programm ta' attività fiżika tul ix-xhur tas- Sajf b'mijiet għażlu wkoll li jagħtu sehemhom bħala kowċis. L-etajiet ta' dawk li jattendu jvarjaw minn tfal ta' erba' snin sa anzjani. L-Onorevoli Dr Clifton Grima jżur lil uħud mit-tfal li qed jieħdu sehem l-Programm 'Summer on the Move'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017