Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415
Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Sports 31 45 weightlifter jieħdu sehem l-kompetizzjo- ni għall-aqwa klabb Matul il-ġimgħa li għaddiet, 45 atleta tal-weightlifting minn sitt klabbs ħadu sehem fil-kompetizzjoni għall- aqwa klabb tal-weightlifting f`Malta, kif ukoll ma' ħafna aktar klabbs internazzjonli, fosthom iż-'ZKC International Club'. L-avveniment ra lil uħud mill-aqwa atleti promettenti ta' Malta li kienu jinkludu lil Yazmin Zammit Stevens li se tikkompeti fil-Logħob Universitarju f 'Taipei, f 'Awwissu u Kieran Mifsud li qed jipprepara għall- kompetizzjoni internazzjonali ewlenija oħra, il- Kampjonati tal-Commonwealth fl-Awstralja f 'Settembru. Il-klabb Alpha WL iddomina l-avveniment li għandu l-akbar ammont ta' atleti li l-maġġoranza tagħhom jinsabu fil-quċċata tal-grupp tagħhom. Il-Kadetti bdew il-ġurnata b'wirja eċitanti. Għall-ewwel darba l-kompetitriċi, Tenishia Thornton (Alpha WL Club), fil-kategorija għall-kadetti kisbet riżultati eċċellenti b`total impressjonanti ta' 50 kilo kif ukoll kisret tliet rekords nazzjonali. Altleta ieħor kadett, Rylee Borg ta' Alpha WL Club wera li huwa aktar minn sempliċiment weightlifter ta' esperjenza b'rendiment kunfidenti, li jikser r-rekords nazzjonali preċedenti tiegħu u spiċċa b'total ta' 76kilo. Il-grupp tan-nisa ra r-ritorn tal-atleta tat-tim nazzjonali, Elisia Scicluna, li kienet lura għall-ewwel kompetizzjoni tagħħa peressli kella kirurġija tal-irkoppa f 'Mejju li għadda. Elisa Scicluna tal-Klabb Alpha WL refgħet total rispettabli ta' 148kilo. Yasmin Zammit Stevens tal-Klabb Northern Strength kellha l-aqwa prestazzjoni tagħħa sal-lum meta kisret total ta' erba' rekords nazzjonali. Hija rnexxielha terfa' 79kilo Snatch u Clean and Jerk ta' 97kilo fit-tieni tentattiv tagħha. Zammit Stevens ippruvat 100 kilo fuq it-tielet u l-aħħar tentattiv, waqt li kien ta' suċċess fuq il-parti tal-clean iżda falliet fil-Jerk. Riżultati impressjonanti oħra ġew minn Junior weightlifter, Rebecca Fitz li tirrapreżenta lil Degree + tal-Università ta`Malta, li refgħet b'suċċess total ta' 119-il kilo u anki kisret ir-rekords nazzjonali. Il-grupp ta' 20 irġiel għamlu l-kompetizzjoni battalja sħiħa għall- aqwa riżultati personali kif ukoll għall-klabb rispettiv tagħħom. Kieran Mifsud tal-Alpha WL iddominat il- grupp b'finitura totali faċli ta' 275kilo u punteġġ totali ta' 300, biex b'hekk spiċċa bi 19-il punt qabel l-atleta li kklassifika fit-tieni post Matthew Camilleri ta' Northern Strength. Rodmar Pulis ta' Alpha WL Club wettaq sorpriża b'rendiment kbir, u spiċċa fit-tielet post b'mod ġenerali fil-grupp tal-irġiel. Kollox ma' kollox, Alpha WL Club spiċċa fil-quċċata b'total ta' 3727.48 punti, segwit minn Northern Strength Weightlifting Club b'1497.80 punti, Crossfit 356 spiċċa fit-tielet post b'1239.20 punti, Degree+ UM, The Garage u Tritones SC segwew rispettivament. Ir-rebbieħa tal-midalji l-kompetizzjoni għall-aqwa klabb tal-weightlifting f`Malta. Ritratt - MWA Maurice Formosa b'rebħa soda f 'Selmun fir-raba' tellieqa tal-BDO Malta National Points Series ILMEWĠA ta' sħana li laqtet lill-gżejjer Maltin matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ma fixklitx lis- 26 ċiklist li kienu qegħdin jikkompetu fir-raba' tellieqa tal-cross country mountain bike - il-BDO Malta National Points Series li saret f 'Selmun. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, l-organizzaturi ddeċidew li jnaqqsu dawra mir-rotta għall-kategoriji kollha.Il-Kategorija Elite, bħas- soltu kellha bidu mgħaġġel, meta Mark Bonnici u Maurice Formosa ħadu l-ewwel postijiet fuq quddiem biex stabilixxew il-pass. Iż-żewġ ċiklisti poġġew l-esperjenza tagħhom f 'korsijiet tekniċi biex jippermettulhom joħolqu distakk fit-taqsima downhill. Madankollu, kien Formosa li ħa postu fuq quddiem fl-ewwel telgħa meta kompla jżid dan id-distakk u biex b'hekk jkollu vantaġġ komdu. Formosa spiċċa biex rebaħ l-ewwel tellieqa tiegħu tas- Serje f 'ħin ta' 53 minuta u 46 sekonda. Fil-frattemp, Etienne Bonello naqqas id-distakk li kien hemm bejnu u bejn Bonnici u Patrick Scicluna biex jipożizjona ruħu fit-tieni post. Madanakollu, panċer fil-bidu tat-tieni dawra tellfitu ħin sostanzjali. Minkejja dan id-dewmien, Bonello għamel dawra impressjonanti f 'tentattiv biex ilaħħaq ma 'Bonnici u Scicluna li kienu għaddejjin flimkien għall- maġġoranza tat-tellieqa. Sfortunatament għal Bonello, l-isforzi tiegħu ma kinux biżżejjed u ma rnexxielux jikseb post fuq il-podju għal 14-il sekonda. Scicluna u Bonnici spiċċaw it-tellieqa fit-tieni u tielet post, b'ħinijiet ta' 57 minuta 36 sekonda u 58 minuta 21 sekonda rispettivament. Fil-Kategorija Open, it-tellieqa kienet dominata mill-kompetizzjoni qawwija bejn Mark Zammit, Ryan Darmanin u Wayne Schembri. Dawn it-tliet ċiklisti ddominaw il-podju għall-biċċa l-kbira tas-Serje. Bi tliet rebħiet Zammit jinsab fuq quddiem. Il-ħinjiet ta' kull dawra reġistrata minn dawn iċ- ċiklisti tikkumpara sew ma' xi wħud mill-ħinijiet taċ-ċiklisti fil-Kategorija Elite. Fil-Kategorija tal-Masters, kienet tellieqa bejn Enrico Bradamante, Domenic Cutajar u Alessandro Frullani. Bradamante, li rebaħ it-tlielaq kollha li kkompeta fihom, żamm l-ewwel post matul it-tellieqa. Il-Kategorija Junior kienet tellieqa waħdiena għal Benjamin Mangion, filwaqt li fil-Kategorija tan-Nisa, Marie Claire Aquilina kompliet id-dominju tagħha b'rebħa komda fuq Lara Buttigieg. RIŻULTATI Elite (5 laps) 1st Maurice Formosa 53:46 2nd Patrick Scicluna 57:36 3rd Mark Bonnici 58:21 Open (3 laps) 1st Mark Zammit 34:39 2nd Ryan Darmanin 35:48 3rd Wayne Schembri 36:18 Ladies(3 laps) 1st Marie Claire Aquilina 39.58 Masters 40+(3 laps) 1st Enrico Bradamante 40:33 Juniors(3 laps) 1st Benjamin Mangion 1:01:06 Wara r-raba' tellieqa tal-BDO Malta National Point Series, huma Patrick Scicluna, Etienne Bonello u Brandon Sultana li qegħdin imexxu l-Klassifika Ġenerali. Meta fadal biss żewġ tlielaq u tletin punt li jisseparaw lil Scicluna u lil Bonello, it-titlu għadu miftuħ. Bl-istess mod, fil-Kategorija Open jidher li l-pożizzjonijiet fuq il-podju huma riservati għal Zammit, Darmanin u Schembri, għalkemm id- differenza bejniethom hija minima u b'hekk il-Klassifika Ġenerali għadha miftuħa għall-bidliet. Sakemm ma jkunx hemm xi forza maġġuri, Marie Claire Aquilina tidher li għaddejja sew għat-titlu globali fil-Kategorija tan- Nisa. Enrico Bradamante jeħtieġ li jikkompeti u jikseb post tajjeb fil-Kategorija tal- Masters fiż-żewġ tlielaq li għad fadal. Il-Kategorija Junior, li hija l-kategorija l-anqas ikkompetuta, tara rabta bejn Nicholas Attard Montalto u Benjamin Mangion, li ż-żewġ rebħu tellieqa kull wieħed. "L-Assoċjazzjoni tinsab kuntenta bil-parteċipazzjoni, li kienet konsistenti ma tlielaq oħra minkejja is- sħana li ħakmet lil Malta fit-tmiem il-ġimgħa. Għadna ftit diżappuntati bil-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-juniors iżda ninsabu ferm sodisfatti bin-numri u l-prestazzjoni - iċ-ċiklisti qedin jagħtu spettaklu tajjeb lill-ispettaturi li regolarment jaraw it-tlielaq tagħna," temm jgħid Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association. Il- BDO Malta National Point Series se tieħu waqfa qasira għas-sajf u terġa' lura b'żewġt itlielaq nhar il-Ħadd 3 u l-10 ta' Settembru. Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Cross Country se jsiru nhar il-Ħadd l-1 ta' Ottubru. Is-Serje Cross Country 2017 qed tiġi sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti tas-SIS) u Island Beverages (H20nly). Għall-aħħar aħbarijiet u l-kalendarju tal-avvenimenti tal-Assoċjazzjoni, wieħedjista' jżur - http:// www.maltamountainbike. org.mt u Facebook u l-paġni ta' Instagram. Inkella jista' jikkuntattja lill-Assoċjazzjoni fuq info@maltamountainbike. org.mt. Iċ-ċiklista Maurice Formosa jifraħ wara li rebaħ ir-raba' tellieqa tal- BDO Malta National Points Series. Ritratt - Angie Conti