Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 mill-entużjażmu u l-ħidma tad-dilettanti tal-festa Mario Zerafa huwa wieħed mill-membri tal-għaqda tan-nar ta' Santa Marija tal-Qrendi. L-IL- LUM tkellem tiegħu dwar il-ħid- ma tagħhom bħalissa u kif l-imxija tal-COVID-19 affettwat il-ħidma tagħhom. Zerafa beda jisħaq li għad-dil- ettanti tan-nar, il-miżuri ta' miti- gazzjoni ma kienu xejn ġdid għa- lihom għax jippratikawhom ta' kuljum. "F'kamra tan-nar, il-miżuri li ttieħdu, trid tagħmilhom dejjem. F'kamra tan-nar aktar ma tkun waħdek aktar aħjar. Ilbies protettiv bħall-maskri u l-ingwanti għandek tilbishom dejjem. Ħafna minn dawn il-miżuri, ilna nużawhom fil-kamra tan-nar," saħaq Zerafa. Mistoqsi dwar ix-xogħol, Zer- afa saħaq li bħala kamra tan-nar, anke jekk naqsu r-ritmu għax issa għandhom ħafna aktar ċans, ix-xogħol baqa' għaddej. "Kważi kważi aħjar. Għax flok qed tagħmel ix-xogħol taħt press- joni biex tlesti sal-festa, għandek aktar minn sena taħdem," insista. Iżda n-nar jista' jinħażen? Ma jmisshomx waqfu? "In-nar jista' jinħażen jekk ikol- lok kmamar tajbin u żżommu 'l bogħod mill-umditajiet. Hawn min isemmi s-sħanat. Aktar perikolużi s-sajjetti milli s-sħanat," spjega Zerafa. Anke hawn, waħda mill-prob- lemi ewlenin li qed jiffaċċjaw huma l-finanzi għax għalihom bħalissa d-dħul wieqaf għal kol- lox. "Il-materjal kien laħaq inxtara ħafna qabel feġġet il-COVID-19," kompla jispjega. L-ILLUM staqsietu hux qed jip- pjanaw li jaħarqu xi nar f 'Santa Marija anke għax il-Gvern ħabbar li se jingħataw permessi limitati għal ħruq ta' nar. " S a n t a Marija fes- ta kbira. Xi ħaġa rridu n a ħ a r q u , " saħaq Zerafa anke jekk insista li wieħed irid joqgħod attent mill-ispejjeż la bħal- issa d-dħul wieqaf. Fil-fatt jikkalkula li bejn permes- si u spejjeż oħra, jekk jisparaw lejliet u nhar Santa Marija fil-ħinijiet stip- ulati mill-Gvern, għandhom mal- € 2 , 0 0 0 . "Oqgħodu attenti. Jekk il-Bambin irid ma tkunx din is-se- na, tkun is-sena d-dieħla biex in- gawdu x-xogħol ta' xulxin," temm jisħaq Zerafa. 'Dħul ta' xejn ... imma l-materjal kien laħaq inxtara' - Mario Zerafa Wara li l-Kurja tal-Arċisqof ħarġet direttiva biex din is-sena, ġaladarba mhux se jsiru l-festi esterni, il-parroċċi u l-knejjes kollha jiċċelebraw il-festa fil-jum liturġiku biss, jiġifieri fil-ġurnata propja li fiha l-Knisja tiċċelebra l-qaddis/a, il-gazzetta ILLUM qed tippubblika l-lista tal-festi liturġiċi li se jiġu ċċelebrati sal- aħħar tas-sena. Ġunju • 7: Marsa - Trinita Qaddisa • 13: Birkirkara / Għajn Dwieli - Sant'Antnin • 14: Rabat – Corpus • 20: Burmarrad – Qalb ta' Marija • 29: Rabat: Martirju ta' San Pawl Lulju • 16: Belt / Fgura / Balluta / Gżira / Żurrieq / Fleur de Lys / Imdina / Birkirkara – Madonna tal-Karmnu • 26: Wied il-Għajn - Sant'Anna • 26: Santa Venera – Santa Venera Awwissu • 1: Birżebbuġa - San Pietru fil-Ktajjen • 7: Ħamrun - San Gejtanu • 8: Valletta / Birgu - San Duminku • 10: Birgu: San Lawrenz • 15: Gudja / Ħal Għaxaq / Imqabba / Qrendi/ Ħ'Attard / Mosta/ Ħad- Dingli / Mġarr / Tas-Samra - Santa Marija • 18: Birkirkara - Santa Elena • 21: Santa Luċija - San Piju X • 22: Marsa - Marija Reġina • 24: Ħal Għargħur - San Bartilmew • 28: Valletta - Santu Wisitn Settembru • 2: Tas-Sliema - San Girgor • 4: Gudja - Madonna taċ- Ċintura • 7: Gudja / Rabat - Madonna tar-Rużarju • 8: Naxxar / Isla / Mellieħa - Marija Bambina • 12: Ħaż-Żabbar - Madonna tal-Grazzja • 15: San Pawl il-Baħar - Marija Sultana tal-Martri Novembru • 6: Ħal Kirkop - San Leonardu • 11: Baħrija - San Martin • 22: Raħal Ġdid - Kristu Re • 25: Żejtun / Żurrieq - Santa Katarina • 30: Ħal Luqa - Sant'Andrija Diċembru • 6: Siġġiewi - San Nikola • 8: Bormla / Ħamrun - Immakulata Kunċizzjoni • 14: Tax-Xbiex - San Ġwann tas-Salib • 27: Bidnija - Sagra Familja Meta se jiġu ċċelebrati l-festi f'Malta? Ħarsa lejn il-festi liturġiċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020